Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2375

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2375/2001 tad-29 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikelTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 321, 6.12.2001, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2375/oj

    32001R2375



    Official Journal L 321 , 06/12/2001 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2375/2001

    tad-29 ta' Novembru 2001

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jippreskrivi proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2] jistipula li oġġetti ta' l-ikel m'għandhomx, meta jinħarġu fis-suq, jikkontjenu livelli ta' kontaminati aktar għolja minn dawk speċifikati f'dak ir-Regolament.

    (2) It-terminu "dijossini" ikopri grupp ta' dibenzo-p-dioxin ("PCDD") poliklorinati u 135 dibenzofuran ("PCDD") congeners poliklorinati, li minnhom 17 huma ta' interess tossikoloġiku. Il-congener l-aktar tossiku huwa 2,3,7,8-tetrachlordibenzo-p-dioxin (TCDD) huwa klassifikat mill-Aġenzija Internazzjonali għal Riċerka dwar il-Kanċer u organizzazzjonijiet internazzjonali magħrufa bħala karċinoġen uman magħruf. Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ("SCF"), f'linja ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ("WHO"), ikkonkludiet li l-effett karċinoġeniku ta' dijossini ma' jseħħx f'livelli aktar baxx minn ċertu għatba. Effetti ta' ħsara oħra, bħal ma huwa l-endometrijosi (endometriosis), effetti neurobehavioural u immunosuppressive jistgħu jseħħu f'livelli aktar baxxi u huma għalhekk kunsidrati rilevanti għall-istabbilizzazzjoni ta' dħul bil-ħalq tollerabbli.

    (3) Bifenilijiet poliklorinati ("PCB"), huma grupp ta' 209 congener differenti li jistgħu jitqassmu f'żewġ gruppi skond il-propjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: 12-il congener jesebixxu propjetajiet tossikoloġiċi għal dijossini u għalhekk huma ħafna drabi mogħtija t-terminu ta' "PCBs li jixbħu d-dijossini". Il-PCBs ma jesebixxux tossiċita bħal dijossini imma għandhom profil tossikoloġiku differenti.

    (4) Kull congener ta' dijossini jew PCBs li jixbħu d-dijossini jesebixxi livell differenti ta' tossiċita. Sabiex ikun jista' jsir kalkolu tat-total tat-tossiċita ta' dawn il-congeners differenti, il-kunċett ta' fatturi tossiċi ta' ekwivalenza ("TEFs") ġie ntrodott sabiex tiġi faċilitaat stima tar-riskju u kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi li għandhom x'jaqsmu mas-17-il congener tad-dijossinu individwali u t-12-il PCB li jixbħu d-dijossinu huma espressi f'termini ta' unit wieħed kwantifikabbli: "TCDD konċentrazzjoni ekwivalenti tossika" (TEQ).

    (5) Dijossini u PCBs huma estremament resistenti għal degradazzjoni kimika u bijoloġika u għalhekk jippersistu fl-ambjent u jakkumulaw fil-katina ta' l-ikel ta' l-għalf ta' l-annimali u ta' l-ikel tal-bniedem.

    (6) Aktar minn 90 % ta' esposizzjoni ta' dijossinu lill-bniedem tiġi minn oġġetti ta' l-ikel. Oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali normalment jikkontribbwixxu għal approssimament 80 % ta' esposizzjoni totali. Il-tagħbija tad-dijossinu f'annimali jiġi prinċipalment minn tgħam ta' l-annimali. Għalhekk tgħam ta' l-annimali, u f'xi każijiet ħamrija, iqajmu interess bħala sorsi potenzjali ta' dijossini.

    (7) Il-SCF adotta opinjoni dwar Stima ta' Riskju ta' Dijossini u PCBs li jixbħu d-dijossini fl-Ikel fit-30 ta' Mejju 2001, aġġornament ibbażat fuq tagħrif xjentifiku ġdid li sar disponibbli mill-adozzjoni ta' l-opinjoni tal-SCF fuq din il-materja fit-22 ta' Novembru 2000. Il-SCF iffissa dħul bil-ħalq tollerabbli fil-ġimgħa ("TWI") għal dijossini u PCBs li jixbħu d-dijossini ta' 14 pg WHO-TEQ/kg tal-piż tal-ġisem. Stimi ta' esposizzjoni jindikaw li proporzjon konsiderevoli tal-popolazzjoni tal-Komunita għandha dħul bil-ħalq ta' ikel li huwa aktar mit-TWI. Ċerti gruppi ta' popolazzjoni f'xi pajjiżi jistgħu ikunu f'riskju aktar għoli minħabba fi drawwiet partikolari ta' ikel.

    (8) It-tnaqqis ta' esposizzjoni tal-bniedem għal dijossini permezz ta' konsum ta' l-ikel huwa għalhekk importanti u meħtieġ biex tiġi żgurata protezzjoni tal-konsumatur. Partikolarment livelli għolja ta' dijossini ġew osservati f'ċerti gruppi ta' l-ikel. Minħabba li kontaminazzjoni ta' l-ikel għandha x'taqsam direttament mal-kontaminazzjoni ta' ikel ta' l-għalf ta' l-annimali, avviċinament integrat irid jiġi adottat biex titnaqqas l-inċidenza tad-dijossinu matul il-katina ta' l-ikel, jiġifieri minn materjali ta' l-għalf permezz ta' annimali li jipproduċu l-ikel tal-bniedem għall-bnedmin.

    (9) Il-SCF irrakkomanda li sforzi kontinwi għandhom isiru biex jillimitaw rilaxxi ambjentali ta' dijossini u komposti relatati għall-livelli l-aktar baxxi possibbli. Dan huwa l-mod l-aktar effettiv u effiċjenti biex titnaqqas il-presenza ta' dijossini u sustanzi simili fil-katina ta' l-ikel u biex jiġi żgurat it-tnaqqis kontinwu tat-tagħbija tal-ġisem tal-bniedem. Il-SCF innota li investigazzjonijiet riċenti fuq il-ħalib u d-demm tal-bniedem jidhru li jindikaw li l-livelli tad-dijossinu m'għandhomx qed jonqsu.

    (10) Livelli massimi għal dijossini u PCBs li jixbħu d-dijossini huma għodda xierqa biex tiġi prevjenuta l-esposizzjoni għolja mhux aċċettabbli tal-popolazzjoni tal-bniedem u biex tiġi prevjenuta t-tqassim ta' oġġetti ta' l-ikel b'kontaminazzjoni għolja mhux aċċettabbli per eżempju minn tniġġiż aċċidentali u esposizzjoni. Barra minn hekk, l-istabbilizzazzjoni ta' livelli massimi hija ndispensabbli għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll regulatorju u biex jiġi żgurat applikazzjoni uniformi.

    (11) Miżuri bbażati biss fuq l-istabbilizzazzjoni ta' livelli massimi għal dijossini u PCBs f'oġġetti ta' l-ikel ma jkunux effettivi biżżejjed fit-tnaqqis ta' esposizzjoni tal-bniedem għal dijossini minbarra jekk il-livelli jkunu ġew stabbiliti tant baxxi li parti kbira tal-provvista ta' l-ikel ikun irid jiġi dikjarat bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Huwa ġeneralment magħruf li, sabiex titnaqqas b'mod attiv il-presenza ta' dijossini f'oġġetti ta' l-ikel, livelli massimi għandhom jiġu akkompanjati minn miżuri li jistimulaw avviċinament pro-attiv, inklużi levelli ta' azzjoni u livelli ta' mira għal oġġetti ta' l-ikel f'kombinazzjoni ma' miżuri biex jiġu limitati emissjonijiet. Livelli ta' mira jindikaw il-livelli li jridu jinkisbu sabiex l-esposizzjoni tal-bniedem għall-maġġoranza tal-popolazzjoni titniżżel finalment għat-TWI mfassal mill-Kumitat Xjentifiku. Livelli ta' azzjoni huma għodda għal awtoritajiet kompetenti u operaturi biex jagħtu prominenza lil dawk il-każijiet fejn huwa xieraq biex jiġi identifikat sors ta' kontaminazzjoni u biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tiegħu mhux biss fil-każ ta' nuqqas ta' konformita mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, imma anke fejn livelli sinifikanti ta' dijossini ‘l fuq mill-livelli normali fl-isfond jinstabu f'oġġetti ta' l-ikel. Dan l-avviċinament jista' jirriżulta fi tnaqqis bil-mod il-mod ta' livelli ta' dijossini f'oġġetti ta' l-ikel u l-livelli tal-mira finalment jinkisbu. Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni qegħda għalhekk tiġi ndirizzata lill-Istati Membri.

    (12) Għalkemm, mill-lat tossikoloġiku, kull livell għandu japplika għal dijossini, furans u PCBs li jixbħu lid-dijossini, għal issa, il-livelli stabbiliti huma stabbiliti biss għal dijossini u furans u mhux għal PCBs li jixbħu d-dijossini, meta tqis Id-data limitati ħafna li huma disponibbli rigward il-prevalenza ta' dawn ta' l-aħħar. Madankollu, monitorjar ikompli, partikolarment dwar il-presenza ta' PCBs li jixbħu d-dijossini, bil-ħsieb li dawn is-sustanzi jiġu nklużi fil-livelli massimi.

    (13) In-nuqqas ta' aċċettazzjoni tal-kontenut ta' dijossinu f'oġġetti ta' l-ikel għandu jiġi stmat fid-dawl tal-livelli korrenti fl-isfond ta' kontaminazzjoni, li huma differenti minn oġġett ta' l-ikel għall-ieħor. Waqt li titqies il-kontaminazzjoni fl-isfond, il-livell massimu għandu jiġi fissat, f'livell strett imma possibbli.

    (14) Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi kollha fil-katina ta' l-ikel ta' l-għalf ta' l-annimali u ta' l-ikel tal-bniedem jibqgħu jagħmlu l-isforzi kollha possibbli u biex jagħmlu dak kollu meħtieġ biex tiġi limitata l-presenza ta' dijossini f' ikel ta' l-għalf ta' l-annimali u ikel tal-bniedem, il-livelli massimi applikabbli għandhom jiġu riveduti f'perjodu ta' żmien definit bil-għan li jitfasslu livelli massimi aktar baxxi. Tnaqqis totali ta' mill-inqas 25 % ta' l-esposizzjoni tal-bniedem għal dijossini għandu jinkiseb sas-sena 2006.

    (15) Livelli massimi huma stipulati prinċipalment għal oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali. L-ebda ma jgħoddu korrenetement għal prodotti bħal ma huma laħam taż-żiemel, laħam tal-mogħoż, laħam tal-fniek u bajd mill-papri, wiżż u summien. Data limitati biss huma disponibbli dwar il-prevalenza ta' dijossini f'dawn l-oġġetti ta' l-ikel. Barra minn hekk, huma ta' sinifikanza limitata mill-lat ta' dħul bil-ħalq, l-ebda livell massimu ma ġiew preskritt għal issa. Livell massimu lanqas ma japplika f'dan il-mument għal ċereali, frott u ħaxix, minħabba li dawn l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ġeneralment livelli aktar baxxi ta' kontaminazzjoni u huma għalhekk fattur kontributorju minuri fl-esposizzjoni totali tal-bniedem lil dijossini. Madankollu, huwa xieraq li l-livelli ta' dijossini u PCBs li jixbħu d-dijossini f'dan l-oġġetti ta' l-ikel jiġu monitorjati regolarment.

    (16) Żjut veġetali normalment ma jikkontjenux livelli sinifikanti ta' dijossini jew PCBs li jixbħu lid-dijossini. Minħabba li żjut veġetali huma regolarment maħruġa fis-suq jew huma wżati bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel bħala taħlita max-xaħmijiet ta' l-annimali, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu għal żjut veġetali għar-raġunijiet ta' kontroll.

    (17) Id-data korrentement disponibbli ma jippermettux li livelli massimi jiġu preskritti għal kategoriji differenti ta' ħut u prodotti mis-sajd. Il-livell massimu ta' dijossini f'tgħam għall-ħut ifisser li, ħut ħaj ikkultivat għandu livelli ta' dijossinu sinifikament aktar baxxi. La darba aktar data tkun disponibbli, jista' fil-futur ikun xieraq li jiġu preskritti livelli differenti għall-kategoriji varji ta' ħut u prodotti mis-sajd jew jiġu eżenti kategoriji ta' ħut, sakemm u safejn ikunu ta' sinifikanza limitata mil-lat ta' dħul.

    (18) Ċerti speċje ta' ħut li joriġinaw mir-reġjun Baltiku jistgħu jikkontjenu livell għoli ta' dijossinu. Parti sinifikanti mill-ħut xaħmi Baltiku, bħal ma hija l-aringa Baltika u s-salamun Baltiku, ma tikkonformax mal-livell massimu u għalhekk għandha tiġi eskluża mid-dieta Svediża u Finlandiża. Hemm indikazzjonijiet li l-esklużjoni ta' ħut mid-dieta jista' jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa fl-Isvezja u l-Finlandja. L-Isvezja u l-Finlandja għandhom sistema li għandha l-kapaċita li tiżgura li konsumaturi huma mgħarrfa kompletament bir-rakkomandazzjonijiet ta' l-ikel li għandhom x'jaqsmu ma' restrizzjonijiet fuq il-konsum ta' ħut mir-reġjun Baltiku permezz ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji potenzjali ta' saħħa.

    (19) Monitorjar ta' data jindika li bajd ta' firxa ħielsa jew semi-intensive jikkontjeni livelli aktar għolja ta' dijossini minn battery eggs. Miżuri jistgħu jittieħdu biex jiżguraw li jitnaqqsu l-livelli tad-dijossinu f'dan il-bajd. Huwa għalhekk xieraq li jipprovdu għal perjodu ta' transizzjoni qabel ma' l-livelli massimi japplikaw għal bajd ta' firxa ħielsa jew semi-intensive.

    (20) Huwa importanti li titnaqqas il-kontaminazzjoni totali tad-dijossinu f'oġġetti ta' l-ikel. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi pprojbit it-taħlit ta' oġġetti ta' l-ikel li jikkonformaw mal-livelli massimi ma' oġġetti ta' l-ikel li jaqbżu dawn il-livelli massimi.

    (21) Bil-ħsieb tad-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-riskju konsegwenti ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni, huma meħtieġa miżuri Komunitarji sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-unita tas-suq fil-waqt li jżommu mal-prinċipju tal-proporzjonalita.

    (22) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

    (23) Il-SCF ġie konsultat, bi qbil ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 315/93, dwar id-disposizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-saħħa pubblika.

    (24) Il-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel ma tax opinjoni favorevoli. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tadotta d-disposizzjonijiet maħsuba bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 315/93,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "1a. Bħala deroga minn paragrafu 1, l-Isvezja u l-Finlandja huma awtorizzati għal perjodu trasizzjonali, sal-31 ta' Diċembru 2006, biex joħorġu fis-suq ħut, li joriġina mir-reġjun Baltiku, li huwa maħsub għall-konsum fit-territorju tagħhom b'livelli ta' dijossinu aktar għoljin minn dawk stabbiliti f'punt 5.2. tat-taqsima 5 ta' l-Anness I, basta iżda li sistema tkun fis-seħħ biex tiżgura li konsumaturi huma magħrufa bis-sħiħ bir-rakkomandazzjonijiet dwar l-ikel rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-konsum ta' ħut mir-reġjun Baltiku permezz ta' gruppi vulnerabbli identifikabbli tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji potenzjali.

    Kwalunkwe applikazzjoni futura ta' din id-deroga tkun ikkunsidrata fil-qafas tar-reviżjoni tat-taqsima 5 ta' l-Anness I, provvdut fl-Artikolu 5(3).

    Il-Finlandja u l-Isvezja għandhom jikkomunikaw lil Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, ir-riżultati tal-monitorjar tagħhom tal-livelli ta' dijossini f'ħut mir-reġjun Baltiku u jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda biex titnaqqas esposizzjoni għal dijossini minn ħut fir-reġjun Baltiku.";

    2. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 4a

    Rigward dijossini fi prodotti riferiti fit-taqsima 5 ta' l-Anness I, għandu jiġi projbit:

    (a) li jitħalltu prodotti li jikkonformaw mal-livelli massimi bi prodotti li jeċċedu dawn il-livelli massimi;

    (b) li jintużaw prodotti, li ma jikkonformawx mal-livelli massimi bħala ingredjent għall-fabbrikazzjoni ta' oġġetti oħra ta' l-ikel.";

    3. fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi taqsima 5 ta' l-Anness I għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2004 l-aktar tard fid-dawl ta' data ġdida dwar il-presenza ta' dijossini u PCBs, partikolarment bil-ħsieb ta' l-inklużjoni ta' PCBs li jixbħu d-dijossini fil-livelli li jridu jiġu stabbiliti.

    Taqsima 5 ta' l-Anness I għandha tiġi riveduta aktar sa' l-31 ta' Diċembru 2006 l-aktar tard bil-mira li jitnaqqsu sinifikament il-livelli massimi u possibilment jiġu preskritti livelli massimi għal oġġetti oħra ta' l-ikel.";

    4. L-Anness I għandu jiġi emendat b'mod konformi ma' l-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fid-29 ta' Novembru 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Vanderpoorten

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Fl-Anness I, tiżdied il-taqsima 5 li ġejja:

    "Taqsima 5: Dijossinu (somma ta' dibenzo-para-dioxins (PCDDs) poliklorinati u dibenzofurans (PCDDs) poliklorinati espressi f'ekwivalenti tossiċi, permezz ta' l-WHO-TEFs (fatturi tossiċi ta' ekwivalenza, 1997)

    Prodotti | Livelli massimi (PCDD + PCDD) (pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam jew prodott) | Kriterji ta' qadi għal teħid ta' kampjuni | Kriterji ta' qadi għall-metodi ta' analiżi |

    5.1.1.Laħam u prodotti mill-laħam li joriġinaw minn

    Ruminanti (annimali bovini, nagħaġ) | 3 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    Tjur u selvaġġina | 2 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    Majjali | 1 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    5.1.2. Fwied u prodotti derivati | 6 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    5.2. Laħam tal-muskoli tal-ħut u prodotti mis-sajd u prodotti minnhom | 4 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g użin frisk | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    5.3. Ħalib u prodotti mill-ħalib, inklużi xaħam tal-butir | 3 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    5.4. Bajd tat-tiġieġ u prodotti mill-bajd | 3 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    5.5.Żjut u Xaħmijiet

    Xaħam ta' l-annimali

    minn ruminanti | 3 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    minn tjur u selvaġġina | 2 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    minn ħnieżer | 1 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    Xaħam ta' l-annimali mħallat | 2 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    Żejt veġetali | 0,75 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE |

    Żejt tal-ħut maħsuba għal konsum uman | 2 pg WHO-PCDD/F-TEQ/g xaħam | Direttiva 2001/ …/KE | Direttiva 2001/ …/KE" |

    --------------------------------------------------

    Top