Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1936

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna

    ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/10/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1936/oj

    32001R1936



    Official Journal L 263 , 03/10/2001 P. 0001 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001

    tas-27 ta' Settembru 2001

    li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) Il-Komunità ilha mill-14 ta' Novembru 1997 Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-konservazzjoni ta' Tonn Atlantiku [3], minn hawn il quddiem msejħa "l-Konvenzjoni ICCAT."

    (2) Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali fuq il-konservazzjoni u t-tmexxija ta' riżorsi ta' tonn u ħut bħat-tonn fl-oċean Atlantiku u l-ibħra biswit bit-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-konservazzjoni ta' Tonn Atlantiku, l quddiem msejħa "ICCAT", u l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet fuq konservazzjoni u t-tmexxija fl-arja tal-Konvenzjoni li jsiru jorbtu għall-Partijiet Kontraenti.

    (3) ICCAT adottat numru ta' rakkommandazzjonjiet li joħolqu obbligi ta' kontroll u sorveljanza, l-akar fuq it-twaqqif u t-trasmissjoni ta' statistiċi, spezzjoni fil-port, sorveljanza tal-bastiment bis-satellita, osservazzjonijiet tal-bastiment u trasbordi, u verifiki fuq partijiet mhux kontraenti u fuq bastimenti apolidi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet saru obbligatorji għal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu implimentati.

    (4) Ċerti obbligi ġew trasposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1351/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jipprovdi ċerti miżuri ta' kontroll biex ikun żgurat li jitħarsu il-miżuri adottati mill-ICCAT [4] u fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2742/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiffissa għall-2000 l-opportunitajiet tas-sajd u kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid tal-ħut u li jemenda r-Regolament (KE) No 66/98 [5]. Għar-raġuniet ta' ċarezza dawn il-miżuri għandhom ikunu inkorportati f'Regolament waħdieni, tħassir u bdil tar-Regolamenti ta' qabel.

    (5) Għall-għanijiet ta' riċerka xentifika kaptana ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jenħtieġu li jħarsu l-istruzzjonijiet tal-"Manwal operattiv għall-istatistika u teħid ta' kampjuni tat-tonn u ħut bħat-tonn fl-Oċean Atlantiku" ippubblikat mill-ICCAT.

    (6) Il-Komunità approvat dan il-Ftehim għat-twaqqif ta' Kommissjoni tat-Tonn fl-Oċean Atlantiku [6], minn hawn 'il quddiem msemmija bħala "IOTC". Il-Ftehim jipprovdi qafas utli għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali għal għan tal-konservazzjoni u l-użu razzjonali ta' tonn ta' l-Oċean Indjan u speċi relatati, permezz tal-ħolqien ta' l-IOTC u l-adozzjoni ta' rakkommandazzjonijiet fuq il-konservazzjoni u t-tmexxija fl-arja tal-kompetenza tagħha li jsiru jorbtu fuq il-Partijiet Kontraenti. Il-Komunità għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll adottati mill-IOTC.

    (7) L-IOTC adottat rakkommandazzjoni fuq l-irreġistrar u l-bdil ta' informazzjoni fuq it-tonn tropikali. Din torbot lill-Komunità, li għandha għalhekk timplimentha.

    (8) Il-Komunità għandha interessi tas-sajd fil-Paċifiku tal-Lvant u bdiet proċedura għas-sħubija fil-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala "IATTC". Fil-pendenza tas-sħubija u skond il-ħtieġa tagħha ta' kooperazzjoni li toħroġ mill-Konvenzjoni fuq il-Liġi tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda, għandha tapplika miżuri ta' kontroll adottati mill-IATTC.

    (9) Il-Komunità, li ffirmat il-Ftehim fuq il-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil [7], iddeċidiet bid-Deċiżjoni 1999/386/KE [8] li tapplikha proviżorjament fil-pendenza ta' l-approvazzjoni tagħha, u għandha għalhekk tapplika l-miżuri tagħha ta' kontroll.

    (10) Biex jiżguraw ir-rispett ta' miżuri ta' kontroll applikabbli ta' l-IOTC, IATTC u tal-Ftehim fuq il-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil, l-Istati Membri għandhom l-azzjoni meħtieġa.

    (11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll li trid tiġi applikata għall-politika komuni dwar is-sajd [9] japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd imwettqa fuq it-territorju u fl-ibħra marittimi suġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, inkluż dawk tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għall-ftehim tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jew konvenzjonijiet internazzjonali li fihom tkun Parti l-Komunità.

    (12) Il-miżuiri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [10],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Għan

    Dan ir-Regolament jipprovdi miżuri ta' kontroll u spezzjoni dwar l-istokkijiet tal-ħut ta' l-ispeċi tal-ħut li jpassi ħafna elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandu japplika għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istati Membri u reġistrati fil-Komunità, minn hawn 'il quddiem msejħa bħala "bastimenti tas-sajd tal-Komunità", li joperaw f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2.

    L-Artikolu 2

    Żoni

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, iż-żoni marittimi li ġejjin huma speċifikati:

    (a) Żona 1:

    L-ibħra kollha ta' l-Oċean Indjan u l-ibħra ta' biswit inklużi fl-arja tal-Konvenzjoni ICCAT speċifikati fl-Artikolu I ta' dik il-Konvenzjoni.

    (b) Żona 2:

    L-ibħra kollha ta' l-Oċean Indjan inkluż l-arja ta' kompetenza speċifikata fl-Artikolu II tal-Ftehim għat-twaqqif ta' l-IOTC.

    (ċ) Żona 3:

    L-ibħra kollha ta' l-Oċean Paċifiku inklużi fl-arja speċifikata fl-Artikolu III tal-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.

    L-Artikolu 3

    Tifsiriet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

    (a) "jitla' abbord:" li wieħed jitla abbord bastiment tas-sajd fl-arja ta' kompetenza ta' l-organizzazzjoni minn spettur wieħed jew iżjed awtorizzati biex isir spezzjoni;

    (b) "trasbord": il-ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dan il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għall-ieħor kemm fil-baħar jew fil-port, mingħajr ma l-prodotti jkunu ġew reġistrati ma' port ta' Stat bħala mħatta l-art;

    (ċ) "ħatt": ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dak il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għal port jew l-art;

    (d) "ksur": kull att presunt kommess jew ommess minn bastiment tas-sajd li jkun irreġistrat f'rapport ta' spezzjoni u jagħti raġunijiet serji għas-suspett ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew kull Regolament ieħor li jittrasponi rakkommandazzjoni adottata minn organizzazzjoni reġjonali għal waħda miż-żoni indikati fl-Artikolu 2;

    (e) "bastiment ta' Parti mhux Kontraenti": bastiment osservat u identifikat bħala mħaddem f'attivitajiet tas-sajd f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2 li qed itajjar il-bandiera ta' pajjiż li mhux Parti Kontraenti fl-organizzazzjoni reġjonali rilevanti;

    (f) "bastimenti apolidi": bastiment fejn hemm bażi raġonevoli biex ikun issuspettat li huwa mingħajr nazzjonalità.

    IL-KAPITOLU I

    MIŻURI TA' KONTROLL U SPEZZJONI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 1

    It-Taqsima 1

    Miżuri ta' kontroll

    L-Artikolu 4

    Kampjunarju tal-qbid

    1. Kampjuni meħudin mill-qbid għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u t-tmexxija tad-data meħtieġa sabiex titmexxa l-politika komuni dwar is-sajd [11] u l-ħtiġiet tal-"Manwal fuq il-post għall-istatistiċi u kampjuni ta' tonn u ħut bħat-tonn fl-Atlantiku" (It-Tielet edizzjoni, ICCAT, 1990).

    2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

    L-Artikolu 5

    Notifika tal-qbid

    1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tittrasmetti lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT, id-data tal-qbid annwali nominali (ħidma I kif definita mill-ICCAT), għal dawk l-ispeċi li huma indikati fl-Anness II. Biex jitħarsu l-ħtiġijiet ta' l-ICCAT, it-trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni m'għandiex tkun aktar tard minn:

    L-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara: estimi preliminarji għas-sena sħiħa;

    Il-15 ta' April tas-sena ta' wara: estimi definittivi.

    2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu id-data li ġejja (ħidma II kif definita mill-ICCAT) kull sena qabel il-31 ta' Lulju lis-Segretarjat Esekuttiv ICCAT b'aċċess elettroniku lill-Kummissjoni:

    (a) data tal-qabda u ta' l-isforz tas-sajd għas-sena ta' qabel, tingħata lista dettaljata maqsuma skond l-ispazju u ż-żmiem;

    (b) kull data li għandhom fuq qbid tal-ħut għall-isports ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I.

    3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

    L-Artikolu 6

    Informazzjoni fuq qbid ta' klieb il-baħar

    1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu kull data disponibbli fuq qbid ta' u negozju fi klieb il-baħar lis-Segretarjat Esekuttiv ICCAT b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni:

    2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

    L-Artikolu 7

    Qbid mhux dikjarat

    Għall-importazzjonijiet ta' tonn bluefin iffriżat u prodotti tat-tonn bigeye li jinstadu b'bastimenti long liners akbar minn 24 metru fit-tul, fuq talba tal-Kummissjoni l-Istati Membri għandhom jiġbru kemm jista' jkun u jeżaminaw data ta' informazzjoni u kull informazzjoni relatata bħal ismijiet tal-bastiment, ir-reġistrazzjoni tagħhom u s-sid, l-ispeċi maqbuda u l-piż, iż-żona tas-sajd u l-post ta' esportazzjoni.

    L-Artikolu 8

    Osservazzjoni ta' bastimenti

    1. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu "osservazzjoni" tfisser kull osservazzjoni, minn bastiment, inġenju ta' l-ajru jew awtorità kompetenti responsabbli għall-ispezzjoni fil-baħar, ta':

    - bastiment apolidi li x'aktarx qed jistad għall-ispeċi elenkati fl-Anness I,

    - jew bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra u li x'aktarx qed jistad bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni ICCAT,

    - jew bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti mhix Kontraenti, entità jew entità tas-sajd u li x'aktarx qed jistad bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni ICCAT.

    2. L-osservazzjoni għandha tkun traskritta fuq formola standard ta' osservazzjoni u għandha jekk possibbli tagħti l-informazzjoni kollha li tipprovdi l-formola. Tista' tkun akkumpanjata mir-ritratti tal-bastiment.

    3. Formoli ta' osservazzoni għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-osservatur, li għandha tibgħathom minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tinforma l-pajjiż tal-bandiera tal-bastiment osservat. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti minnufih formoli ta' osservazzjoni lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

    4. Stat Membru li jirċievi osservazzjonijiet ta' l-attività ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu mill-awtorità kompetenti ta' Parti Kontraenti għandu jinnotifika minnufih dawn u kull informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni, li għandha tinnotifika din l-informazzjoni fi żmien adegwat lis-Segretarjat Esekuttiv għall-eżami tal-Kumitat ta' Konformità.

    5. Kaptani ta' bastimenti tas-sajd għandhom jittrasmettu lill-awtorità tagħhom kull informazzjoni fuq bastimenti li wieħed jassumi qed jistadu għat-tonn bigeye fl-arja tal-Konvenzjoni li mhumiex fuq il-lista magħmula mis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-osservazzjonijiet kemm jista' jkun malajr lill-Kummissjoni, li għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

    6. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu fuq layout u l-ħtiġiet tal-formola ta' osservazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

    L-Artikolu 9

    Rapport Annwali

    1. Qabel il-15 ta' Ġunju kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport nazzjonali, waqt li tintuża l-isteżura adottata mill-ICCAT u inkluż (a) informazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza bis-satellita u (b) "tabella ta' dikjarazzjoni ICCAT" għal kull sajda akkumpanjata bil-kummenti, fost oħrajn fuq ksur tal-marġini ta' toleranza ffissati mill-ICCAT għall-iżgħar daqsijiet ta' ċerti speċi u l-azzjoni mittieħda jew li għandha tittieħed. L-Istati Membri għandhom jgħidu wkoll kif sajd għall-ħut għall-isports ta' l-ispeċi fl-Anness I huwa regolat u għandhom jagħtu dettalji fuq operazzjonijiet ta' trasbord li jinvolvu l-bastimenti tagħhom matul is-sena ta' qabel.

    2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

    It-Taqsima 2

    Proċeduri għall-ispezzjoni tal-port

    L-Artikolu 10

    Ġenerali

    1. L-Istati Membri għandhom jassenjaw id-dmirijiet ta' spezzjoni fil-portijiet tagħhom spetturi responsabbli għas-sorveljanza u l-ispezzjoni tat-trasbord u l-ħatt l-art ta' speċi elenkati fl-Anness I.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni mhix diskriminatorja u skond l-arranġamenti ta' spezzjoni fil-port ta' l-ICCAT.

    3. L-Istat tal-port jista', fost oħrajn, jispezzjona dokumenti, tagħmir tas-sajd u l-qabda abbord bastimenti tas-sajd, meta dawk il-bastimenti huma volontarjament fil-portijiet tiegħu jew fit-terminals offshore tiegħu.

    L-Artikolu 11

    Spetturi

    1. L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument speċjali ta' identifikazzjoni lil kull spettur ICCAT li għandu jġorr u jippreżenta qabel ma jagħmel spezzjoni. Il-partikolaritajiet tal-karta għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lista ta' l-ispetturi tagħhom lill-Kummissjoni għat-trasmissjoni lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi ICCAT iwettqu ħidmiethom skond ir-regoli msemmija fl-arranġamenti ta' wara l-ispezzjoni tal-port ta' l-ICCAT. L-ispetturi għandhom jibqgħu taħt il-kontroll operattiv ta' l-awtoriajiet kompetenti tagħhom u għandhom jirrispondu lejhom għall-atti tagħhom.

    L-Artikolu 12

    Proċeduri ta' spezzjonijiet

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom ta' l-ICCAT:

    - meta jagħmlu l-ispezzjonijiet tagħhom għandhom jikkawżaw l-inqas disturb lill-attivitajiet tal-bastiment u ma jikkawżaw l-ebda deterjorament fil-kwalità tal-ħut,

    - ifasslu rapport ta' l-ispezzjon kif ipprovdut fir-regoli adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2) u jibagħtuh lill-awtoritajiet tagħhom.

    2. L-ispetturi għandhom il-kapaċità li jeżaminaw l-arji, il-gverti u l-kmamar kollha rilevanti tal-bastiment, il-qabdiet tal-ħut (sewwa jekk proċessati u sewwa jekk le), ix-xbiek u tagħmir ieħor u kull dokument rilevanti meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-ICCAT, inkluż il-ġurnal ta' abbord u l-karti tat-tagħbija fil-każ ta' bastimenti ewlenin u min iġorr.

    3. L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport tagħhom fil-presenza tal-kaptan, li għandu jkollu d-dritt li jżid jew jikkawża li jżid kull informazzjoni li huwa jikkunsidra rilevanti u jiffirmah. L-ispettur għandu jindika fil-ġurnal ta' abbord li tkun saret spezzjoni.

    L-Artikolu 13

    L-obbligi tal-kaptan matul l-ispezzjoni

    Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità għandhom:

    (a) m'għandhomx iqajmu oġġezzjonijiet fil-portijiet nazzjonali jew barranin minn spetturi awtorizzati, ma jipprovawx jintimidawhom jew jiskommodawhom fil-kors ta' xogħolhom u jiżguraw is-sigurezza tagħhom;

    (b) jikkooperaw fl-ispezzjoni tal-bastiment imwettqa skond il-proċeduri preskritti f'dan ir-Regolament u jagħtu l-assistenza tagħhom għalhekk;

    (ċ) jagħtu lill-ispetturi l-meżżi li jeżaminaw iż-żoni, gverti u l-kmamar tal-bastiment, il-qabdiet (proċessati jew le), l-irkaptu, tagħmir u kull dokumenti, inkluż ġurnali tas-sajd u karti tat-tagħbija.

    L-Artikolu 14

    Proċedura fil-każ ta' ksur

    1. Jekk spettur ICCAT għandu raġuni serja biex jemmen li bastiment tas-sajd ikun ħadem f'attività li jikser miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-ICCAT, għandu:

    (a) jinnota l-ksur ta' rapport ta' spezzjoni;

    (b) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura s-sigurtà u l-evidenza għaliha;

    (ċ) jibgħat minnufih ir-rapport ta' spezzjoni lill-awtorità tiegħu.

    2. L-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni għandu jibgħat il-kopja oriġinali tar-rapport ta' l-ispezzjoni minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tibagħtu minnufih, flimkien ma' kopja lis-Segretarjat Esekuttiv ICCAT, lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat.

    L-Artikolu 15

    Azzjoni wara l-ksur

    1. Jekk Stat Membru ikun mgħarraf minn Parti Kontraenti ICCAT jew minn Stat Membru ieħor dwar ksur kommess minn bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, dan l-Istat għandu jieħu azzjoni fil-pront bi qbil mal-liġijiet nazzjonali tiegħu biex jirċievi u jeżamina x-xiehda, u jwettaq kull investigazzjoni meħtieġa u fejn possibbli, jispezzjona l-bastiment.

    2. Kull Stat Membru għandu jsemmi l-awtorità inkarigata li tirċievi evidenza tal-ksur u jinnotifika isimha, l-indirizz tagħha u partikolaritajiet oħra għall-kuntatt lill-Kummissjoni.

    3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-Kummissjoni, li għandha min-naħa tagħha tinnotifika lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT, bil-penali imposti u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-bastiment konċernat.

    L-Artikolu 16

    Trattament tar-rapporti ta' spezzjoni

    1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-istess valur lil rapporti magħmula mill-ispetturi ta' l-ICCAT ta' Stati Membri u Partijiet Kontraenti oħra bħal dawk magħmula mill-ispetturi tiegħu stess.

    2. Kull Stat Membru għandu jikkoopera mal-Partijiet Kontraenti rilevanti sabiex jiffaċilitaw, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, proċeduri ġudizzjarji jew oħrajn li joħorġu minn rapport sottomess minn spettur ICCAT taħt l-arranġamenti ta' l-ispezzjoni tal-port ta' l-ICCAT.

    It-Taqsima 3

    Bastimenti apolidi u ta' partijiet mhux kontraenti

    L-Artikolu 17

    Trasbord

    1. Bastimenti tas-sajd tal-Komunità ma jistgħux jirċievu ħut mit-trasbord ta' speċi elenkati fl-Anness I minn bastimenti apolidi jew dawk li jtajru l-bandiera ta' Parti li mhix Kontraenti li m'għandiex stat ta' parti li tikkoopera, entità jew entità tas-sajd.

    2. Il-lista ta' partijiet li jikkooperaw, entitajiet u entitajiet tas-sajd adottati mill-ICCAT hija pubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (serje Ċ).

    3. Qabel il-15 ta' Settembru kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni partikolaritajiet tat-trasbord tal-ħut ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness I magħmula matul is-sena ta' qabel bejn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Parti mhix kontraenti li tgawdi l-istat ta' parti li tikkoopera, entità jew entità tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

    L-Artikolu 18

    Miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet tas-sajd

    1. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tkun marret abbord u/jew spezzjonat bastiment apolidi għandha minnufih tgħarraf il-Kummissjoni bir-riżultanzi ta' l-ispezzjoni u ta' kull azzjoni li ħadet taħt il-liġi internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kemm jista' jkun malajr dan it-tagħrif lis-Segretarjat Esekuttiv ta' l-ICCAT.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull wieħed mill-bastimenti apolidi jew ta' Parti Mhux Kontraenti, illi jidħol ġewwa port nominat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 28(e)(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Sakemm issir l-ispezzjoni l-qabdiet tal-bastiment ma jistgħux jitniżlu l-art jew trasbordati.

    3. Jekk l-ispezzjoni tiskopri li l-bastiment għandu abbord riżorsi koperti b'rakkommandazzjoni ICCAT fis-seħħ l-Istat Membru għandu jipprojbixxi l-inżul tagħhom jew it-trasbord.

    4. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 m'għandiex tinħareġ jekk il-kaptan tal-bastiment spezzjonat jew ir-rappreżantant tiegħu juri lill-awtorità kompetenti għas-sodisfazzjoni tagħha li:

    (a) il-qabdiet abbord saru barra ż-żona; jew

    (b) il-qabdiet abbord ittieħdu mingħajr ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni fis-seħħ.

    L-Artikolu 19

    Ċittadini ta' Stati Membri

    Kull Stat Membru għandu jipprova, kif tippermetti l-leġislazzjoni nazzjonali, li jiddiswadi ċ-ċittadini tagħhom milli jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Partijiet mhux Kontraenti li jikkonfliġġu mal-miżuri ta' konservazzjoni jew tmexxija ta' l-ICCAT.

    IL-KAPITOLU II

    MIŻURI TA KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2

    L-Artikolu 20

    Generali

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jirrispettaw il-miżuri applikabbli fiż-żona.

    L-Artikolu 21

    Osservazzjonijiet

    1. Kaptani ta' bastimenti tal-Komunità awtorizzati biex jistadu fiż-żona għandhom jittrasmettu lill-awtorità nazzjonali tagħhom l-osservazzjonijiet tagħhom ta' bastimenti ta' Partijiet mhux Kontraenti preżunti jew magħrufa li qed jistadu għat-tonn bigeye, yellowfin jew skipjack.

    2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu din l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr lill-Kummissjoni, li għandha tibgħatha lill-IOCT.

    IL-KAPITOLU III

    MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 3

    L-Artikolu 22

    Generali

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jirrispettaw il-miżuri IATTC trasposti fil-liġi Komunitarja u l-miżuri applikabbli mill-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.

    IL-KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    L-Artikolu 23

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(2) għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura tat-tmexxija msemmija fl-Artikolu 24(2).

    L-Artikolu 24

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92.

    2. Fejn ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    L-Artikolu 25

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999 huwa hawnhekk imħassar.

    2. L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 2742/1999 huwa hawnhekk imħassar.

    3. Riferenzi għar-Regolament imħassar (KE) Nru 1351/1999 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

    L-Artikolu 26

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Landuyt

    [1] ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 79.

    [2] L-Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Frar 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 162, tat-18.6.1986, p. 34.

    [4] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 6.

    [5] ĠU L 341, tal-31.12.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat (KE) Nru 2765/2000 (ĠU L 321, tad-19.12.2000, p. 5).

    [6] ĠU L 236, tal-5.10.1995, p. 24.

    [7] ĠU L 132, tas-27.5.1999, p. 1.

    [8] ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 23.

    [9] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat (KE) Nru 2846/98 (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5).

    [10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [11] ĠU L 176, tal-15.7.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    LISTA TA' SPEĊI MSEMMIJA F'DAN IR-REGOLAMENT

    - Alonga: Thunnus alalunga

    - Tonn bluefin: Thunnus thynnus

    - Tonn bigeye: Thunnus obesus

    - Skipjack: Katsuwonus pelamis

    - Plamtu Atlantiku: Sarda sarda

    - Tonn yellofin: Thunnus albacares

    - Tonn blackfin: Thunnus atlanticus

    - Tonn żgħir: Euthynnus spp.

    - Tonn southern bluefin: Thunnus maccoyii

    - Tumbrell: Auxis spp.

    - Sea bream oċeaniku: Bramidae

    - Marlin: Tetrapturus spp.; Makaira spp.

    - Sailfish: Istiophorus spp.

    - Pixxispad: Xiphias gladius

    - Sauries: Scomberesox spp.; Cololabis spp

    - Dolphinfish; common dolphinfish: Coryphaena hippurus; Coryphaena equiselis.

    - Kelb il-baħar: Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae; Rhincodon typus; Carcharhinidae; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae

    - Ċetaċei (baleni u dniefel): Physeteridae; Belaenopteridae; Balenidae; Eschrichtiidae; Monodontidae; Ziphiidae; Delphinidae.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    LISTA TA' SPEĊI SUĠĠETTI GĦALL-KOMMUNIKAZZJONI LIL ICCAT

    Isem Latin | Isem Ingliż |

    Thunnus thynnus | Tonn bluefin |

    Thunnus maccoyii | Tonn southern bluefin |

    Thunnus albacares | Tonn yellofin |

    Thunnus alalunga | Alonga |

    Thunnus obesus | Tonn bigeye |

    Thunnus atlanticus | Tonn blackfin |

    Euthynnus alletteratus | Skipjack iswed ta' l-Atlantiku |

    Katsuwonus pelamis | Skipjack |

    Sarda sarda | Bonito ta' l-Atlantiku |

    Auxis thazard | Tumbrell |

    Orcynopsis unicolor | Plain bonito |

    Acanthocybium solandri | Wahoo |

    Scomberomorus maculatus | Spotted Spanish mackerel |

    Scomberomorus cavalla | King mackerel |

    Istiophorus albicans | Sailfish ta' l-Atlantiku |

    Makaira indica | Black marlin |

    Makaira nigricans | Blue marlin ta' l-Atlantiku |

    Tetrapturus albidus | White marlin ta' l-Atlantiku |

    Pixxispad | Pixxispad |

    Tetrapturus pfluegeri | Spearfish |

    Scomberomorus tritor | West African Spanish mackerel |

    Scomberomorus regalis | Cero |

    Auxis rochei | Tonn bullet |

    Scomberomorus brasiliensis | Serra Spanish mackerel |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikoli 1, 2, 3 | L-Artikolu 8 |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 18 |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 17 |

    --------------------------------------------------

    Top