Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0718

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jadatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-ġewż ta’ l-areka (jew betel) u kola

    ĠU L 100, 11.4.2001, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0361

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/718/oj

    32001R0718



    Official Journal L 100 , 11/04/2001 P. 0012 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2001

    ta’ l-10 ta’ April 2001

    li jadatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-ġewż ta’ l-areka (jew betel) u kola

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura biex tiġi aġġustata n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali użata għall-prodotti ta’ l-agrikoltura [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 tat-13 ta’ Ottubru 2000 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [3] jemenda n-Nomenklatura Magħquda, partikolarment rigward il-ġewż tal-areka (jew betel) u tal-kola.

    (2) It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/1999 [5], għalhekk għandu jiġi adattat.

    (3) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Fit-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96,

    "ex0802 | Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew le, esklużi l-ġewż ta’ l-areka (jew betel) u tal-kola tas-subintestatura 08029030" |

    tiġi sostwita b’:

    "ex0802 | Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew le, esklużi l-ġewż ta’ l-areka (jew betel) u tal-kola tas-subintestatura 08029020." |

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ April 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    [2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [3] ĠU L 264, tat-18.10.2000, p. 1.

    [4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [5] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top