Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0744

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2001 li temenda l-Anness V mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE dwar il-valuri limitu għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali (innotifikat taħt id-dokument numru C(2001)3091)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 278, 23.10.2001, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32008L0050

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/744/oj

    32001D0744



    Official Journal L 278 , 23/10/2001 P. 0035 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-17 ta' Ottubru 2001

    li temenda l-Anness V mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE dwar il-valuri limitu għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali

    (innotifikat taħt id-dokument numru C(2001)3091)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/744/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' Ġunju 1999 li tirrelata għall-valuri limiti għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(7) tagħha,

    Billi:

    (1) Valuri limiti għal dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partikolati u ċomb f'arja ambjentali huma stabbiliti fid-Direttiva 1999/30/KE.

    (2) Il-metodu biex jiġu determinati t-tresholds għolja u baxxi ta' dawk il-pollutanti stabbiliti f'dik id-Direttiva għandu jiġi emendat sabiex tiġi kkjarifikata l-proċedura ta' kalkolu.

    (3) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE [2],

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-Taqsima II ta' l-Anness V mad-Direttiva 1999/30/KE hija sostitwita bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 163, tad-29.6.1999, p. 41.

    [2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "II. Id-Determinazzjoni ta' l-ammonti żejda fit-tresholds għolja u baxxi

    Iż-żejjed fit-tresholds għolja u baxxi għandu jiġi determinat abbażi ta' konċentrazzjonijiet tul il-ħames snin ta' qabel meta hija disponibbli data suffiċjenti. Treshold titqies li nqabżet jekk tkun inqabżet tul mill-inqas tliet snin separati minn dawk il-ħames snin ta' qabel.

    Meta hija disponibbli inqas data minn ħames snin l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw kampanji ta' kejl ta' tul qasir tul il-perjodu tas-sena u f'postijiet x'aktarx tipiċi ta' l-ogħla livelli ta' tniġġiż b' riżultati ottenuti minn informazzjoni minn inventorji ta' emissjonijiet u bħala kampjuni sabiex jiġi determinat b'kemm jinqabeż il-limitu tat-treshols għolja u baxxi."

    --------------------------------------------------

    Top