EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0610

Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinaria għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u attivitajiet ta’ kultura wara l-esportazzjoni temporanja (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2001) 1953)Test b’rilevanza għall-KEE

ĠU L 214, 8.8.2001, p. 45–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/610/oj

32001D0610



Official Journal L 214 , 08/08/2001 P. 0045 - 0048


Id-Decizjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 2001

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinaria għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u attivitajiet ta’ kultura wara l-esportazzjoni temporanja

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2001) 1953)

(Test b’rilevanza għall-KEE)

(2001/610/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Gunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw iċ-ċaqlieq u l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE [2], u partikolarment fl-Artikolu 19(ii) tagħha,

Billi:

(1) Bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/144/KE [4], id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u attivitajiet ta’ kultura wara l-esportazzjoni temporanja hija ristretta għaż-żwiemel miżmuma għall-anqas minn 30 ġurnata f’kull pajjiż li mhux membru minn dawk elenkati fl-istess grupp fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(2) Bil-għan li ssir aktar faċli għaż-żwiemel tat-tlielaq li joriġinaw fil-Komunità biex jieħdu sehem fil-Grupp Internazzjonali/Laqgħat tal-Grad fil-pajjiżi li m humiex membri elenkati fi gruppi differenti, notevolment l-Awstralja, l-Kanada, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, Hong Kong, il-Gappun, Singapore jew l-Emirati Magħquda Għarab, dak il-perjodu għandu jkun imġedded għall-inqas minn 90 ġurnata u ristrett għal pajjiżi ta’ l-istess grupp għandhom ikunu rtitati għaż-żwiemel tat-tlielaq li jkunu qed jipparteċipaw fl-laqgħat bħal dawn.

(3) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Veterinerija

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. Indent huwa miżjud għall-Artikolu 1 kif ġej:

"— wara li jkunu ħadu sehem fil-Grupp Internazzjonali/Laqgħat tal-Grad fl-Awstralja, l-Kanada, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, Hong Kong, il-Gappun, Singapore jew l-Emirati Magħquda Għarab u laħqu mal-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-mudell preskritt fl-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni."

2. L-Anness għal din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala l-Anness VIII.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fit-18 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63.

[3] ĠU L 86, tat-6.4.1993, p. 1.

[4] ĠU L 53, tat-23.2.2001, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS VIII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top