EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0600

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2001 li tikkonċerna miżuri protettivi fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti annimali mill-Bulgarija minħabba tfaqqiegħa ta’ bluetongue, li tħassar id-Deċiżjoni 1999/542/KE, li temenda d-Deċiżjoni 98/372/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini u tal-majjali minn ċerti pajjiżi Ewropej biex jingħata kont ta’ xi aspetti dwar il-Bulgarija u li temenda d-Deċiżjoni 97/232/KE li tħejji listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ngħaġ u mogħoż (notifikat taħt in-numru tad-dokument C(2001) 1930)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 210, 3.8.2001, p. 51–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/600/oj

32001D0600



Official Journal L 210 , 03/08/2001 P. 0051 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Lulju 2001

li tikkonċerna miżuri protettivi fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti annimali mill-Bulgarija minħabba tfaqqiegħa ta’ bluetongue, li tħassar id-Deċiżjoni 1999/542/KE, li temenda d-Deċiżjoni 98/372/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini u tal-majjali minn ċerti pajjiżi Ewropej biex jingħata kont ta’ xi aspetti dwar il-Bulgarija u li temenda d-Deċiżjoni 97/232/KE li tħejji listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ngħaġ u mogħoż

(notifikat taħt in-numru tad-dokument C(2001) 1930)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/600/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/372/KE tipprovdi dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini u tal-majjali minn ċerti pajjiżi Ewropej [5].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/232/KE tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ngħaġ u mogħoż [6].

(3) Wara l-konferma ta’ tfaqqigħa ta’ bluetongue f’Lulju 1999, fir-reġjun ta’ Bourgas fil-Bulgarija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/542/KE [7] tipprovdi ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ annimali ta’ l-ispeċi bovini, ovini u kaprini li joriġinaw jew jgħaddu mill-Bulgarija.

(4) Wara missjoni tal-Kummissjoni mwettqa f’Novembru 2000 jidher li l-kontrolli mis-servizzi veterinarji tal-Bulgarija u s-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa ta’ l-annimali tjiebu b’mod konsiderevoli.

(5) Dwar il-bluetongue b’mod partikolari, kien twaqqaf programm ta’ sorveljanza matul perijodu ta’ żmien, u fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dan l-istħarriġ, flimkien ma’ l-informazzjoni u l-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti veterinarji, sejjer isir possibbli li l-Bulgarija tiġi reġjonalizzata bil-ħsieb li tiġi permessa l-importazzjoni fil-Komunità ta’ bovini, ngħaġ u mogħoż.

(6) Xi miżuri għandhom iżda jinżammu biex jiġi assigurat li annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini, ovini u kaprini ma jkunux joriġinaw jew jgħaddu minn dik il-parti tal-Bulgarija magħmula mill-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Hasskovo u Kardgali.

(7) Id-Deċiżjoni 1999/542/KE għandha titħassar u d-Deċiżjonijiet 97/232/KE u 98/372/KE għandhom jiġu hekk emendati.

(8) Din id-Deċiżjoni hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/232/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness III li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I u II li jinsabu mad-Deċiżjoni 98/372/KE huma sostitwiti bl-Annessi I u II li jinsabu ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1. Id-Deċiżjoni 1999/542/EEC (1), hija sostitwita.

2. L-Istati Membri li jirċievu annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovini, ovini u kaprini li jkunu ġew trasportati mit-territorju tal-Bulgarija għandhom jassiguraw li l-annimali ma jkunux għaddew minn dik il-parti tal-Bulgarija magħmula mill-provinċji ta’ Bourgos, Jambol, Hasskovo u Kardgali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 2001.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[5] ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 34.

[6] ĠU L 93, tat-8.4.1997, p. 43.

[7] ĠU L 207, tas-6.8.1999, p. 33.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

“ANNESS I

DESKRIZZJONI TAT-TERRITORJI TA' ĊERTI PAJJIŻI EWROPEJ STABBILITI GĦALL-GĦANIJIET TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI

Pajjiż | Kodifika tat-territorju | Verżjoni | Deskrizzjoni tat-territorju |

L-Albanija | AL | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Bożnja u Herzegovina | BA | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Bulgarija | BG | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

BG-1 | 01/2001 | Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovichte, Razgrad, Rousse, V. Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdiv, Sliven, Smolian, Starazagora, Pasardjik, id-distrett ta' Sofia, il-belt ta' Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin |

BG-2 | 01/2001 | Il-provinċji ta' Bourgas, Jambol, Hasskovo u Kardgali |

BG-3 | 01/99 | Żona ta' wisa' ta' 20 kilometru fuq il-fruntiera mat-Turkija |

Il-Belarus | BY | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Ċeka | CZ | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

CZ-1 | 01/99 | Il-pajjiż kollu esklużi l-provinċji ta' Kromeriz, Vyskov, Hodonin, Uherske, Hradiste, Zlin u Vsetin |

CZ-2 | 01/99 | Il-provinċji ta' Kromeriz, Vyskov, Hodonin, Uherske, Hradiste, Zlin u Vsetin |

L-Estonja | EE | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja | YU | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

YU-1 | 01/98 | Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja eskluż ir-reġjun ta' Kosovo u Metohija |

YU-2 | 01/98 | Ir-reġjun tal-Kosovo u Metohija |

Il-Kroatzja | HR | 01/98 | Il-pajjż kollu |

L-Ungerija | HU | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Litwanja | LI | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Latvia | LV | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 807 | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Polonja | PL | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Rumanija | RO | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Russja | RU | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Is-Slovenja | SI | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Slovakka | SK | 01/98 | Il-pajjiż kollu |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

“ANNESS II

GARANZIJI GĦAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI MITLUBA GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

TA' ANNIMALI ĦAJJIN

Pajjiż | Kodifika | Bovini | Majjali |

Tgaħmmir//Produzzjoni | Qatla | Tagħmir/Produzzjoni | Qatla |

MG | SG | MG | SG | MG | SG | MG | SG |

L-Albanija | AL | — | | — | | — | | — | |

Il-Bożnja u Herżegovina | BA | — | | — | | — | | — | |

Il-Bulgarija | BG | — | | — | | — | | — | |

BG-1 | A | | B | | — | | — | |

BG-2 | — | — | — | – | — | | — | |

BG-3 | — | | — | | — | | — | |

Il-Belarus | BY | — | | — | | — | | — | |

Ir-Repubblika Ċeka | CZ | A | | B | | — | | — | |

CZ-1 | A | | B | | C | | D | |

CZ-2 | A | | B | | — | | — | |

L-Estonja | EE | A | | B | | — | | — | |

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja | YU | — | | — | | — | | — | |

YU-1 | — | | — | | — | | — | |

YU-2 | — | | — | | — | | — | |

Il-Kroazja | HR | A | d | B | | — | | — | |

L-Ungerija | HU | A | | B | | C | | D | |

Il-Litwanja | LI | A | | B | | — | | — | |

Il-Latvia | LV | A | | B | | — | | — | |

L-Ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja | 807 | — | | — | | — | | — | |

Il-Polonja | PL | A | | B | | — | | — | |

Ir-Rumanija | RO | A | | B | | — | | — | |

Ir-Russja | RU | — | | — | | — | | — | |

L-Islovenja | SI | A | | B | | — | | — | |

Ir-Repubblika Slovakka | SK | A | | B | | — | | — | |

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

"

“ANNESS

IL-PARTI 1 Lista ta’ pajjiżi mhux membri awtorizzati li jużaw iċ-ċertifikat fl-Anness 1, taqsima 1 (a) li jinsab mad-Deċiżjoni 93/198/KEE għall-importazzjoni ta’ ngħaġ u mogħoż maħsuba għall-qatla minnufih

L-Islanda

L-Iżvizzera

IL-PARTI 2 Lista ta’ pajjiżi mhux membri awtorizzati li jużaw iċ-ċertifikat fl-Anness 1, taqsima 1 (b) li jinsab mad-Deċiżjoni 93/198/KEE għall-importazzjoni ta’ ngħaġ u mogħoż maħsuba għall-qatla minnufih

Il-Bulgarija (esklużi l-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Hasskovo u Kardjali)

Il-Kanada (eskluż l-Okanagan Valley reġjun ta’ British Columbia li huwa definit bħala inkluż fl-linja miġbuda mill-punt tal-fruntiera Kanada/Stati Uniti 120° 15’ lonġitudni, 49° latitudni fit-tramuntana ta’ punt 119° 35’ lonġitudni, 50° 30’ latitudni fil-grigal ta’ punt 119° lonġitudni, 50° 45’ latitudni fin-nofsinhar ta’ punt fuq il-fruntiera tal-Kanada/Stati Uniti 118° 15’ lonġitudni u 49° latitudni)

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Estonja

L-Ungerija

Il-Latvja

Il-Lituwanja

Malta

New Zealand

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Ir-Repubblika Slovakka

Is-Slovenja

IL-PARTI 3 Lista ta’ pajjiżi mhux membri li għandhom jużaw iċ-ċertifikat fl-Anness I1, parti 1(a) li jinsab mad-Deċiżjoni 93/198/KEE għall-importazzjoni ta’ ngħaġ u mogħoż maħsuba għas-simna

Il-Bulgarija (esklużi l-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Hasskovo u Kardjali)

Il-Kanada (eskluż l-Okanagan Valley reġjun ta’ British Columbia li huwa definit bħala inkluż fl-linja miġbuda mill-punt tal-fruntiera Kanada/Stati Uniti 120° 15’ lonġitudni, 49° latitudni fit-tramuntana ta’ punt 119° 35’ lonġitudni, 50° 30’ latitudni fil-grigal ta’ punt 119° lonġitudni, 50° 45’ latitudni fin-nofsinhar ta’ punt fuq il-fruntiera tal-Kanada/Stati Uniti 118° 15’ lonġitudni u 49° latitudni)

Iċ-Ċili

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

Greenland

L-Ungerija

L-Islanda

Malta

New Zealand

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Ir-Repubblika Slovakka

L-Iżvizzera

IL-PARTI 4 Lista ta’ pajjiżi mhux membri li għandhom jużaw iċ-ċertifikat fl-Anness I1, taqsima 1 (b) li jinsab mad-Deċiżjoni 93/198/KEE għall-importazzjoni ta’ ngħaġ u mogħoż għat-tagħmir

Il-Bulgarija (esklużi l-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Hasskovo u Kardjali)

Il-Kanada (eskluż l-Okanagan Valley reġjun ta’ British Columbia li huwa definit bħala inkluż fl-linja miġbuda mill-punt tal-fruntiera Kanada/Stati Uniti 120° 15’ lonġitudni, 49° latitudni fit-tramuntana ta’ punt 119° 35’ lonġitudni, 50° 30’ latitudni fil-grigal ta’ punt 119° lonġitudni, 50° 45’ latitudni fin-nofsinhar ta’ punt fuq il-fruntiera tal-Kanada/Stati Uniti 118° 15’ lonġitudni u 49° latitudni)

Iċ-Ċili

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

Greenland

L-Ungerija

L-Islanda

Malta

New Zealand

Il-Polonja

Ir-Rumanija

L-Iżvizzera

Ir-Repubblika Slovakka

IL-PARTI 5 Pajjiżi mhux membri jew partijiet minn pajjiżi mhux membri li għandhom l-għarfien bħala li jissodisfaw il-kriterji għal status uffiċjali ta’ ħelsien mill-bruċellosi

Greenland

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Repubblika Slovakka”

"

--------------------------------------------------

Top