EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0572

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

ĠU L 203, 28.7.2001, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/572/oj

32001D0572



Official Journal L 203 , 28/07/2001 P. 0016 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-23 ta’ Lulju 2001

li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju

(2001/572/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], u partikolarment Artikolu 24(1) u (2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibiltà ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni u monitoraġġ ta’ mard li jinsab fil-lista annessa ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2) Il-lista tista’ tkun miżjuda jew emendata biex tikkunsidra il-progress fis-sitwazzjoni tas-saħħa fil-Komunità.

(3) Anemija infettiva tas-salamun (ISA – AIS) hija marda ġdida li dehret għall-ewwel darba fil-Komunità fl-1998 li għandha l-potenzjal li toħloq telf importanti għall-industrija tas-salamun.

(4) Huwa importanti li l-AIS tkun kontrollata biex ikun evitat it-tixrid tagħha f’żoni oħra.

(5) L-Ilsien ikħal hija marda virili ta’ oriġini antopodika tan-nagħaġ, tal-mogħoż, ta’ l-ifrat u ta’ l-annimali li jixtarru (ruminanti).

(6) L-Ilsien ikħal għandha impatt fil-livell internazzjonali fuq il-movimenti ta’ l-annimali ħajjin ta’ speċji sensittiva peress li hija inkluża fil-Lista A ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali.

(7) Fl-1998 l-Ilsien ikħal daħlet fit-territorju tal-Komunità minn barra t-teritorju u infirxet permezz ta’ vetturi nfettati.

(8) Ċerti żoni ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi, ikunu kunsidrati bħala żoni b’riskju kbir ta’ l-Ilsien ikħal.

(9) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE taħseb għal miżuri ta’ emerġenza ikkawżati mit-tixrid ta’ l-Ilsien ikħal. Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità hija wkoll meħtieġa għall-monitoraġġ ta’ ċerti miżuri ta’ kontroll inkluż it-tilqim kontra l-Ilsien ikħal f’żoni ta’ riskju kbir jew f’żoni fejn il-marda hija endemika.

(10) Fid-dawl ta’ dawn il-progressi, l-AIS u l-Ilsien ikħal għandhom jiżdiedu mal-lista in kwestjoni biex tkun tista’ tinkiseb kontribuzzjoni finanzjara tal-Komunità għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ l-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan il-mard. Fil-każ ta’ l-Ilsien ikħal, għandha tkun adottata kriterja speċifika biex tippermetti li l-miżura finanzjarja li hemm provvediment dwarha f’Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tkun implimentata.

(11) Biex ikunu eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, ir-rekwiżiti relevanti tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u, fir-rigward ta’ l-AIS, d-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut [2] għandhom ikunu rispettati.

(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta’ Diċembru li jippreskrivi regoli u arranġamenti fir-rigward ta’ l-assistenza strutturali fis-settur tal-ħut [3] u partikolarment Artikolu 15(3)(g) tiegħu, huwa l-bażi legali xierqa biex tkun assigurata assistenza finanzjarja fir-rigward ta’ l-AIS; għalhekk il-provvedimenti tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jippreskrivi provedimenti ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [4] huma applikabbli b’deroga għal dawk provduti f’Artikolu 24, il-paragrafi 5, 6, it-tieni sentenza, 8 u 9 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(13) Id-Deċiżjoni 90/424/KEE għandha tkun emendata.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 90/424/KEE l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-grupp 1:

"— Anemija infettiva tas-salamun (ISA – AIS) [5]

— L-Ilsien ikħal f’żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir [6]."

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kunsill

A. Neyts-Uyttebroeck

Il-President

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

[2] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p.23, Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Addezzjoni ta’ l-1994.

[3] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p.10.

[4] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p.1.

[5] Azzjonijiet ta’ kontroll tal-mard għall-AIS huma eleġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità permezz ta’ Artikolu 15(3)(8) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 (ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10) biss. Għall-azzjonijiet bħal dawn il-provvedimenti tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1) huma applikabbli b’deroga għal dawk provvduti permezz ta’ Artikolu 24, il-paragrafi 5, 6, it-tieni sentenza, 8 u 9 ta’ din id-Deċiżjoni.

[6] Azzjoni biex tiġġieled l-Ilsien ikħal hija wkoll eleġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità permezz ta’ Artikolu 24(1) għat-telf miġjub minħabba l-mewt ta’ l-annimali b’riżultat ta’ din il-marda, għandha tkun deċiża bi qbil mal-proċedura stabilita f’Artikolu 41.

--------------------------------------------------

Top