EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0535

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni 94/442/KE li tistabbilixxi proċedura ta’ konċiljazzjoni fil-kuntest tal-tisrif tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAFGG) Taqsima ta’ Garanzija (innotifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1756)

ĠU L 193, 17.7.2001, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Impliċitament imħassar minn

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/535/oj

32001D0535



Official Journal L 193 , 17/07/2001 P. 0025 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Lulju 2001

li temenda d-Deċiżjoni 94/442/KE li tistabbilixxi proċedura ta’ konċiljazzjoni fil-kuntest tal-tisrif tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAFGG) Taqsima ta’ Garanzija

(innotifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1756)

(2001/535/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex ikun żgurat li l-Korp ta’ Konċiljazzjoni jista’ jkompli jiffunzjona waqt li l-membri tiegħu huma gradwalment irrimpjazzati, id-durata tal-kariga suppost tkun imġedda għal żmien aqsar wara l-ewwel durata ta’ tliet snin. Ir-regoli speċjali li japplikaw għad-durata tal-kariga tal-President tal-Korp iridu jkunu aktar ċari. Għal dak il-għan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/442/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 1994 li tistabbilixxi proċedura ta’ konċiljazzjoni fil-kuntest tat-tisrif tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAFGG) Tasima ta’ Garanzija [2], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2000/649/KE [3] suppost tkun adottata.

(2) Il-Kumitat EAFGG wassal opinjoni favorevoli,

ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/442/KE hi minn hawn emendata kif isegwi:

1. It-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 3(2) huma sostitwiti bis-segwenti:

"Il-President u l-membri għandhom ikunu appuntati mill-Kummissjoni għal kariga inizzjali ta’ uffiċju ta’ tliet snin wara li l-Kumitat EAFGG ikun ġie konsultat bi qbil ma’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999. It-durata tal-karigi tagħhom tista’ tkun imġedda għal sena kull darba biss, u l-Kumitat irid ikun infurmat. Iżda, meta l-Presidsent li ser ikun appuntat hu diġà membru tal-korp, il-kariga ta’ uffiċċju inizzjali tiegħu jew tagħha bħala President gandha tkun ta’ tliet snin.

Ukoll, wara li l-Kumitat EAFGG ikun ġie kkonsultat bħal qabel bi qbil ma’ l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, il-Kummissjoni għandha tappunta membri sostituti li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-ewwel subparagrafu u li għandhom ikunu msejjħa fl-ordni tal-lista tal-Kummissjoni."

2. L-Artikolu 3(3) hu sostitwit b’dan li ġej:

"Wara li d- durata tal-kariga tiegħu jew tagħha tkun skadiet, il-membru jew fejn applikabbli, l-President għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu sakemm hu/hi jkun irrimpjazzat jew id-durata tal-kariga tiegħu/tagħha tkun imġedda."

3. L- ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3(4) hu sostitwit b’dan li ġej:

"Qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet snin, kariga ta’ uffiċċju tista’ tintemm bħala riżultat ta’ riżenja volontarja jew sfurzata, jew mewt. F’tali każ il-membru għandu jkun irrimpjazzat għall-bqija tad-durata tal-kariga tiegħu/tagħha mill-ewwel membru sostitut disponibbli. Iżda, jekk il-President jirriżenja jew imut, il-membru li għandu jwettaq id-doveri tal-President għall-bqija tad-durata tal-kariga ta’ dan ta’ l-aħħar għandu jkun maħtur mill-Kummissjoni wara li l-Kumitat EAFGG ikun ġie kkonsultat bi qbil ma’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 45.

[3] ĠU L 272, tal-25.10.2000, p. 41.

--------------------------------------------------

Top