EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0224

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa u l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa fuq ċerti żjut minerali meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi

ĠU L 84, 23.3.2001, p. 23–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/224(2)/oj

32001D0224



Official Journal L 084 , 23/03/2001 P. 0023 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-12 ta' Marzu 2001

dwar ir-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa u l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa fuq ċerti żjut minerali meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi

(2001/224/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq iż-żjut minerali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) ta' l-istess Direttiva,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/81/KEE, il-Kunsill, bid-Deċiżjoni 1999/880/KE [2], awtorizza lill-Istati Membri jintroduċu eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxa tas-sisa li tinżamm fuq iż-żjut minerali għall-konsiderazzjonijiet ta' politika speċifika.

(2) Il-Kunsill huwa meħtieġ li jiddeċiedi, fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jekk id-disposizzjonijiet f'din id-Deċiżjoni 1999/880/KE li ppromulgat dawk l-eżenjonijiet u tnaqqis għandhomx jiġu mibdula jew estiżi għal perjodu itwal.

(3) It-tneħħija ta' l-estensjonijiet awtomatiċi msemmija fid-Deċiżjoni 1999/880/KE tagħti lill-Kunsill kontroll iżjed effettiv fuq dawn id-derogi, billi tiżgura li dawn jiġu eżaminati regolarment u li jitttieħdu deċiżjonijiet konxji u espliċiti għall-kontinwazzjoni tagħhom.

(4) Filwaqt li tiggarantixxi li jkun hemm trattament ugwali bejn l-Istati Membri li għandhom derogi simili, din id-Deċiżjoni hija maħsuba sabiex testendi għall-perjodu ta' sitt snin id-derogi kollha fis-seħħ ħlief dawk għall-operaturi tat-trasport tat-triq li huma estiżi għall-perjodu ta' sentejn.

(5) Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta' kwalunkwe proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' tagħwiġ li jista' jsir fit-tħaddim tas-suq uniku, b'mod partikolari skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet potenzali ta' għajnuna mogħtija mill-Istat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88 tat-Trattat.

(6) Id-Deċiżjonijiet 1999/880/KE, 1999/804/KE [3], 2000/266/KE [4], 2000/433/KE [5], 2000/434/KE [6], 2000/446/KE [7] u 2000/719/KE [8] għandhom jiġu mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. B'deroga mid-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/82/KEE dwar ir-rati minimi ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali [9], l-Istati Membri qegħdin b'dan jiġu minnufih awtorizzati li jkomplu japplikaw it-tnaqqis fir-rati tat-taxxi tas-sisa jew l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa prevista fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2. Bla ħsara għal reviżjoni minn qabel mill-Kunsill, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 2

1. B'deroga mid-disposizzjonijiet tad-Direttiva 92/82/KEE li tirrigwarda r-rati minimi ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali, l-Istati Membri in kwistjoni qegħdin jiġu minnufih awtorizzati li jkomplu japplikaw it-tnaqqis fir-rati tat-taxxi tas-sisa jew eżenjonijiet minn dik it-taxxa prevista fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

2. Bla ħsara għall-reviżjoni minn qabel mill-Kunsill, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2002.

Artikolu 3

Id-Deċiżjonijiet 1999/880/KE, 1999/804/KE, 2000/266/KE, 2000/433/KE, 2000/434/KE, 2000/446/KE u 2000/719/KE għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2001.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni qiegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-12 ta' Marzu 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Ringholm

[1] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 94/74/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 46).

[2] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 73.

[3] ĠU L 313, tas-7.12.1999, p. 9.

[4] ĠU L 85, tas-6.4.2000, p. 21.

[5] ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 21.

[6] ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 23.

[7] ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 39.

[8] ĠU L 291, tat-18.11.2000, p. 30.

[9] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/74/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa u eżenzjonijiet minn dik it-taxxa prevista fl-Artikolu 1

1. IL-BELĠJU:

- għall-gass likwidu taż-żejt mhux raffinat (LPG), gass naturali u metanu;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għan-navigazzjoni f'dgħajjes privati li jintużaw għad-divertiment;

- għal tnaqqis fir-rata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil sabiex jiġi inkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent. Dan it-tnaqqis għandu jiġi speċifikament abbinat mal-kontenut tal-kubrit u fl-ebda każ ma tista' r-rata mnaqqsa taqa' taħt l-EUR 6,5 għal kull tunellata;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

2. ID-DANIMARKA:

- għal tnaqqis fir-rata tat-taxxa tas-sisa fuq id-diesel sabiex jiġi inkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent, sakemm dawn l-inċentivi ikunu abbinati ma' karatteristiċi tekniċi stabbiliti inklużi l-gravita speċifika, il-kontenut tal-kubrit, il-punt tad-distillazzjoni, in-numru u l-indiċi tas-cetane u sakemm dawn ir-rati huma skond l-obbligi mniżżla fid-Direttiva 92/82/KEE;

- għall-applikazzjoni ta' rati differenzati tat-taxxa tas-sisa bejn il-petrol iddistribwit mill-istazzjonijiet tal-petrol mgħammra b'sistema ta' ritorn għad-dħaħen tal-petrol u petrol ddistribwit minn stazzjonijiet tal-petrol oħra, iżda r-rati differenzati għandhom ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari r-rati minimi ta' taxxa tas-sisa prevista fl-Artikolu 3 u 4 ta' l-istess Trattat;

- għal rati differenzati ta' taxxa tas-sisa fuq il-petrol, sakemm ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi mniżżla fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari ir-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 3 u 4 ta' l-istess Direttiva;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għal rati differenzati ta' taxxi tas-sisa fuq nafta, sakemm ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari għar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva;

- għar-rimbors parzjali lis-settur kummerċjali, sakemm it-taxxi in kwistjoni ikunu skond id-disposizzjonijiet tal-Komunità u sakemm l-ammont tat-taxxa mħallsa u mhux rimborsata jirrispetta dejjem r-rati minimi tat-taxxa jew il-ħlas għall-kontroll fuq iż-żjut minerali skond kif previst fil-liġi tal-Komunità;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li mhux dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE.

3. IL-ĠERMANJA:

- għall-użu ta' l-iskart tal-gassijiet ta' l-idrokarbonju bhala kombustibbli għat-tisħin;

- rata differenzata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali li jintużaw bhala karburanti fil-vetturi lokali għat-trasport tal-passiġġieri, soġġetta għall-konformità ma' l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE;

- fuq il-kampjuni ta' żjut minerali maħsuba għall-analiżi, għat-testijiet fuq il-produzzjoni jew għal skopijiet oħra xjentifiċi;

- għal rata differenzata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żjut tat-tisħin li jintużaw minn industriji tal-manifattura, sakemm dawk ir-rati differenzati jkunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

4. IL-GREĊJA:

- għall-użu mill-forzi armati nazzjonali;

- sabiex jagħtu eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa fuq iż-żjut minerali għall-karburanti maħsuba biex jintużaw għat-tħaddim ta' vetturi uffiċjali tal-Ministeru tal-Presidenza u tal-forza nazzjonali tal-pulizija;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għar-rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflessi l-kategoriji ambjentali diversi, sakemm ir-rati differerenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għal-LPG u l-metanu li jintużaw għall-iskopijiet industrijali.

5. SPANJA:

- għal-LPG li jintuża bhala karburant fil-vetturi lokali tat-trasport pubbliku;

- għal-LPG li jintuża bhala karburant fit-taksis;

- għar-rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflettuti il-kategoriji ambjentali diversi, sakemm dawn ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa imsemmija fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

6. FRANZA:

- fil-qafas ta' ċerti politiki immirati għall-assistenza ta' żoni li qiegħdin isofru minn tnaqqis fil-popolazzjoni;

- għall-konsum fuq il-gżira ta' Korsika, sakemm ir-rati mnaqqsa jirrispettaw f'kull ħin ir-rati minimi tat-taxxa fuq iż-żjut minerali kif previsti fil-liġi Komunitarja;

- għar-rata differenzata ta' taxxa tas-sisa fuq karburant ġdid magħmul minn taħlita ta' ilma-u-anti-konġelant/diesel stabilizzat bis-surfactants, sakemm ir-rati differenzati jkunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari r-rati minimi ta' taxxa tas-sisa imsemmija fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva;

- għar-rata differenzata ta' taxxa tas-sisa għall-petrol mingħajr ċomb ta' prima kwalità li fih addittiv fuq bażi ta' potassju sabiex itejjeb ir-reżistenza kontra t-tifi tal-valv (jew xi addittiv ieħor b'effett ekwivalenti);

- għall-karburant li jintuża fit-taksis, fil-limiti ta' kwota annwali;

- għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq gassijiet li jintużaw bhala karburant għat-trasport pubbliku soġġett għal kwota annwali;

- għall-eżenzjoni minn taxxi tas-sisa fuq gassijiet li jintużaw bħala karburant tal-magni fil-vetturi tal-ġbir ta' l-iskart li jaħdmu bil-gass;

- għat-tnaqqis fir-rata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil sabiex jiġi inkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent; dan it-tnaqqis għandu jiġi speċifikament abbinat mal-kontenut ta' kubrit u mar-rata ta' taxxa miżmuma fuq iż-żejt tal-karburanti tqil għandha tikkorrispondi mar-rata minima ta' taxxa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil skond kif hemm previst fil-liġi Komunitarja;

- għall-eżenzjoni ta' żejt tal-karburanti tqil li jintuża bhala karburant għall-produzzjoni tal-allumina fir-reġjun tal-Gardanne;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għall-gażolina ikkonsennjata mill-portijiet ta' Korsika lid-dgħajjes privati li jintużaw għad-divertiment;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

7. L-IRLANDA:

- għal-LPG, il-gass naturali u l-metanu li jintużaw bhala karburant tal-muturi;

- għal-vetturi bil-muturi li jintużaw minn dawk b'diżabilità;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għar-rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflessi d-diversi kategoriji ambjentali, sakemm dawn ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għall-produzzjoni ta' l-allumina fir-reġjun ta' Shannon;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għan-navigazzjoni f'dgħajjes privati li jintużaw għad-divertiment;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

8. L-ITALJA:

- għall-iskart tal-gassijiet ta' l-idrokarbonju li jintuża bhala karburant;

- għall-metanu li jintuża bħala karburant fil-vetturi bil-muturi;

- fir-rigward tal-forzi armati nazzjonali;

- fir-rigward ta' l-ambulanzi;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għall-karburanti li jintużaw fit-taksis;

- f'ċerti żoni ġeografiċi li huma partikolarment żvantaġġati, għall-rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa fuq kombustibili domestiċi u fuq l-LPG użat għat-tisħin u li jiġi mqassam permezz ta' networks ta' dawn iż-żoni, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikoli 5 u 7 ta' l-istess Direttiva;

- għall-konsum fir-reġjuni tal-Val d'Aosta u tal-Gorizia;

- għat-tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq il-petrol li jiġi kkonsmat fit-teritorju ta' Friuli-Venezia Giulia, sakemm ir-rati jkunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi ta' taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 3 u 4 ta' l-istess Direttiva;

- għat-tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq żjut minerali li jiġu kkonsmati fir-reġjuni ta' Udine u ta' Trieste, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi imniżżla fid-Direttiva 92/82/KEE;

- għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali li jintużaw bhala karburanti għall-produzzjoni ta' l-allumina f'Sardenja;

- għat-tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti, għall-produzzjoni tal-fwar, u għan-nafta, li jintuża fil-fran għat-tnixxif u "l-attivazzjoni" ta' passaturi molekolari f'Reggio Calabria, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi mniżżla fid-Direttiva 92/82/KEE;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

9. IL-LUSSEMBURGU:

- għal-LPG, il-gass naturali u l-metanu;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għat-tnaqqis fir-rata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil sabiex jiġi nkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent. Dan it-tnaqqis għandu jiġi speċifikament abbinat mal-kontenut tal-kubrit u fl-ebda każ ma tista' r-rata mnaqqsa taqa' taħt l-EUR 6,5 għal kull tunellata;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

10. L-OLANDA:

- għal-LPG, il-gass naturali u l-metanu;

- fuq kampjuni taż-żjut minerali maħsuba għall-analiżi, għal testijiet fuq il-produzzjoni u għal skopijiet xjentifiċi oħra;

- fir-rigward tal-forzi armati nazzjonali;

- għall-applikazzjoni ta' rati differenzati ta' taxxa tas-sisa fuq l-LPG li jintuża bhala karburant għat-trasport pubbliku;

- għar-rata differenzata ta' taxxa tas-sisa fuq l-LPG li jintuża bħala fuel għall-ġbir ta' l-iskart, għall-ġbid tad-dranaġġ u għall-vetturi li jnaddfu t-toroq.

11. L-AWSTRIJA:

- għall-gass naturali u għall-metanu;

- għal-LPG li jintuża bhala karburant f'vetturi tat-trasport pubbliku;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

12. IL-PORTUGALL:

- għar-rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflessi l-kategoriji ambjentali diversi, sakemm dawn ir-rati differenzati huma skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq l-LPG, il-gass naturali u l-metanu li jintużaw bħala karburanti għat-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri;

- għat-tnaqqis fit-taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti li jiġi kkonsmat fir-reġjun awtonomu tal-Madejra; dan it-tnaqqis ma jistax ikun iżjed mill-ispejjeż addizzjonali li jkollhom jintefqu għat-trasport ta' dak iż-żejt tal-karburanti lejn dak ir-reġjun;

- għat-tnaqqis fir-rata ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil sabiex jiġi nkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent; dan it-tnaqqis għandu jiġi speċifikament abbinat mal-kontenut ta' kubrit u r-rata ta' taxxa miżmuma fuq iż-żejt tal-karburanti tqil għandha tikkorrispondi mar-rata minima ta' taxxa fuq iż-żejt tal-karburanti tqil skond kif previsti fil-liġi Komunitarja;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għaż-żjut skart li jiġu użati għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara li jkunu reġgħu ġew miksuba jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb' oħra jkun soġġett għat-taxxa.

13. IL-FINLANDJA:

- għall-gass naturali li jintuża bħala karburant;

- għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq il-metanu u l-LPG għall-iskopijiet kollha;

- għar-rati tat-taxxa tas-sisa mnaqqsa fuq il-karburant tad-diesel u fuq in-nafta għat-tisħin, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva;

- għar-rati tat-taxxa tas-sisa mnaqqsa fuq il-petrol ifformulat għal darb'oħra mingħajr ċomb u biċ-ċomb, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikoli 3 u 4 ta' l-istess Direttiva;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għan-navigazzjoni f'dgħajjes privati li jintużaw għad-divertiment;

- għaż-żjut skart li jintużaw għal darb'oħra bħala karburant, jew direttament wara l-irkupru jew wara proċess ta' riċiklaġġ għaż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb'oħra ikun soġġett għat-taxxa.

14. L-ISVEZJA:

- għall-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa għall-metanu mmanifatturat bioloġikament u għal gassijiet skart oħra;

- għar-rati ta' taxxa mnaqqsa fuq id-diesel skond il-klassifikazzjonijiet ambjentali;

- għar-rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflessi l-kategoriji ambjentali diversi, sakemm dawn ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għar-rata ta' taxxa tas-sisa mnaqqsa fuq iż-żjut minerali li jintużaw għal skopijiet industrijali, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE;

- għar-rata mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali li jintużaw għall-iskopijiet industrijali billi tiġi ntrodotta kemm rata li tkun iktar baxxa mir-rata standard kif ukoll rata mnaqqsa għall-intrapriżi li huma intensivi f'dak li jirrigwarda l-enerġija, sakemm ir-rati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u ma jirriżultawx f'tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert mill-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE.

15. IR-RENJU UNIT:

- għal-LPG, għall-gass naturali u għall-metanu li jintużaw bħala karburant għall-muturi;

- għal tnaqqis fir-rata ta' taxxa fuq id-diesel sabiex jiġi nkoraġġit l-użu ta' karburanti li jagħmlu inqas dannu lill-ambjent;

- għal rati differenzati ta' taxxa fuq il-petrol mingħajr ċomb sabiex jiġu riflessi l-kategoriji ambjentali diversi, sakemm dawn ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi tat-taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 4 ta' l-istess Direttiva;

- għall-vetturi lokali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri;

- għal rata differenzjata ta' taxxa ts-sisa fuq taħlita ta' ilma/diesel sakemm ir-rati differenzati ikunu skond l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi ta' taxxa tas-sisa previsti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva;

- għan-navigazzjoni fl-ajru li m'huwiex dak kopert bl-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 92/81/KEE;

- għan-navigazzjoni f'dgħajjes privati li jintużaw għad-divertiment;

- għaż-żjut skart li jintuża għal darb'oħra, jew direttament wara li jkunu ġew irkuprati jew wara proċess ta' riċiklaġġ taż-żjut skart, u fejn l-użu għal darb'oħra ikun soġġett għad-dazju.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa u eżenzjonijiet minn din it-taxxa msemmija fl-Artikolu 2

1. FRANZA:

- għal rati differenzali ta' taxxa fuq id-diesel li jintużaw fil-vetturi kummerċjali, iżda r-rati differenzati għandhom iħarsu l-obbligi stabbiliti fid-Direttivi 92/82/KEE, u b'mod partikolari r-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva.

2. L-ITALJA:

- għal tnaqqis fir-rata ta' taxxa tas-sisa fuq id-diesel li jintuża bhala karburant mill-operaturi tat-trasport fit-triq, sakemm ir-rati jħarsu l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari mar-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva.

3. L-OLANDA:

- għal rati mnaqqsa ta' taxxa fuq id-diesel li jintuża fil-vetturi kummerċjali, sakemm dawn ir-rati jħarsu l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 92/82/KEE, u b'mod partikolari r-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-istess Direttiva.

--------------------------------------------------

Top