Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2852

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 tat-22 Diċembru 2000 illi jimponi d-dazju definittiv u illi jipprovdi l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-fibri klassifikati poliesteru illi joriġingaw fl-Indja u Repubblika tal-Korea.

    ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/05/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2852/oj

    32000R2852



    Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0017 - 0031


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000

    tat-22 Diċembru 2000

    illi jimponi d-dazju definittiv u illi jipprovdi l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-fibri klassifikati poliesteru illi joriġingaw fl-Indja u Repubblika tal-Korea.

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li ikkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Miżuri provviżorji

    (1) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1472/2002 [2], ("Ir-Regolament provviżorju"), id-dazji ta' kontra d-dumping provviżorji ġew imposti fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' fibri klassifikati poliesteru ("FKP") illi jaqgħu fil-Kodiċi NM 55032000 u illi joriġinaw fl-Indja u fir-Repubblika tal-Korea.

    2. Proċedura sussegwenti

    (2) Wara l-imposizzjoni tad-dazji ta' kontra d-dumping, ħafna partijiet taw il-kummenti tagħhom bil-miktub. Skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 384/96 ("Regolament Bażiku"), il-partijiet illi talbu dan, ngħataw l-opportunità illi jinstemgħu. Il-partijiet ġew informati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjoni illi fuq il-bażi tagħhom ġiet rakkommandata l-imposizzjoni tad-dazju ta' kontra d-dumping u l-kollezzjoni definittiva, fuq il-livell tad-dazju definittiv, ta' l-ammonti assicurati permezz tad-dazji provviżorju. Ġew ukoll mogħtija perjodu illi fih kellhom isiru r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-isvelar.

    (3) Il-kummenti orali u bil-miktub illi ngħataw fi żmien tat-terminu perentorju stabbilit għal dak il-għan mill-partijiet interessati ġew konsidati u, fejn meqjus opportun, ittieħdu debitmant in konsiderazzjoni għall-konklużjonijiet definittivi.

    (4) Ċerti partijiet interessati iddikjaraw illi l-livelli tal-bidu applikati mill-Kummissjoni kienu improprji u arbitrarji. Barra minn hekk, iddikjaraw ukoll illi l-bidu ta' proċediment ġdid kontra r-Repubblika tal-Korea xaharejn wara t-tmiem tal-proċediment preċedenti (ara l-premessa 7 tar-Regolament provviżorju), ikkontradixxa l-konklużjoni f'dik l-investigazzjoni illi ma kien hemm l-ebda possibilità ta' dumping ieħor. F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat illi l-konklużjoni illi ma kien hemm l-ebda possibilità ta' dumping ieħor kien bażat fuq il-konklużjonijiet illi jirrigwardaw tal-perjodu ta' investigazzjoni ta' tnax-il xahar illi jispiċċa f'Settembru ta' l-1997, u ċioè sentejn qabel ma il-bidu tal-proċediment odjern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet eżaminat l-evidenza l-ġdida mogħtija fl-ilment ta' Awissu 1999 u ikkunsidrat din l-evidenza kienet biżżejjed sabiex tinbeda l-investigazzjoni odjerna.

    (5) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha illi hija kien jidhrilha meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha.

    B. PRODOTTI KONĊERNATI

    (6) Assoċjazzjoni ta' l-utenti iddijarat illi l-Avviż tal-Bidu tal-proċediment preżent ma kopriex it-tipi FKP għall-applikazzjonijiet illi mhumiex għat-tidwir, u illi konsegwentement dawn it-tipi ta' FKP misshom ġew esklużi mill-proċediment.

    (7) Għandu jiġi innutat illi l-Avviż ta' Inizjazzjoni, kif ukoll l-ilment, kjarament irriproduċew deskrizzjoni tal-Kodiċi relevanti illi jkopri t-tipi kollha ta' FKP importati mill-produtturi esportaturi tal-pajjiżi konċernati u prodotti mill-industrijta tal-Komunità irrispettivmanet mill-użu tagħhom. Il-kliem tad-deskrizzjoni tal-Kodiċi NM relevanti kien mifhum korrettament mill-partijiet interessati kollha għal dan il-proċediment barra mill-assoċjazzjoni ta' l-utenti msemmija, illi irrepetiet id-dikjarazzjoni illi kien ġiet diġa' riġettata f'investigazzjoni ta' qabel fuq l-importazzjonijiet tal-FKP mill-Awstralja, l-Indoneżja u t-Tajlandja illi jkunu jinstabu fir-Regolament (KE) Nru. 1522/2000 [3].

    (8) Xi partijiet interessati argumentaw ukoll illi, fi kwalunkwe każ, għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi ta' FKP użati għall-użu għall-insiġ (imsejħin ukoll bħala minsuġin, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħin FKP-Mi) u FKP użati għall-użi illi ma jirrikjedux insiġ (FKP-MM) peress illi l-karatterisitiċi speċifiċi bażiċi fiċiżi differenti, liema fatturi jiddeterminaw l-użu aħħari tal-prodott. Għaldaqstant, ġie dikjara illi l-fibri importaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikati ta' laboratorji neutrali illi jiċċertifikaw dawn il-karatteristiċi. Ulterjorment, kien allegat illi l-interkambjalità, jekk ikun hemm, bejn l-FKP-Mi u l-FKP MM kienet limitata ħafna u kienet tirrigwarda biss ċerti tipi ta' fibri maħsubin oriġinarjament għall-FKP-Mi illi jistgħu jintużaw bħala FKP-MM. FKP-Mi għaldaqstant, jekk ma tiġix eskluża mill-investigazzjoni, għandha għallinqas tiġi eżaminata fi proċediment separat.

    (9) Fir-rigward ta' l-użu tal-prodotti konċernati, kien hemm is-sejba ta' sovrapposizzjoni sostanzjali, sostituzzjoni u kompetizzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' FKP. L-investigazzjoni uriet illi ma kien hemm l-ebda linja ċara diviżorja bejn it-tipi varji u illi, konsegwentement, il-provi disponibbli ma jippermettux distinzjoni bejn il-prodotti fuq din il-bażi. F'dan ir-riwgard, ġie wkoll sottolineat illi r-riżultati ta' analiżi ta' laboratorju indipendenti ma tistax tistabbilixxi definittivament l-użu aħħari tal-prodotti. Konsegwentement, it-tipi varji ta' FKP involuti għandhom jiġu konsidrati bħala formanti ta' prodott singolu wieħed u għall-għanijiet ta' dan il-proċediment.

    (10) Fuq il-bażi ta' dan t' hawn fuq, huwa konsidrat illi l-kummenti riċevuti fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti konċernati, mhumiex tali illi jinvalidaw il-konklużjonijiet tal-premessa 18 tar-Regolament provviżorju. Konsegwentement, dawn il-konklużjonijiet, illi huma in linea mal-konklużjonijiet milħuqa għall-istess prodotti f'investigazzjonijiet varji, qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

    Ċ. DUMPING

    1. L-Indja

    (11) Ma saru l-ebda dikjarazzjonijiet fir-riwgard id-deċiżjoni illi ma jittiħedx kampju tal-prodotturi esportaturi Indjani u, għaldaqstant, il-konklużjonijiet misjub fil-premessi 20 sa 25 tar-Regolament provviżorju qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

    1.1. Valur normali

    (12) Wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, produttur esportatur talab illi l-ispiża tal-produzzjoni ta' ċerti tipi ta' prodotti tat-tieni kwalità mibjugħa fuq is-suq domestiku għandha tiġi aġġustata ‘l isfel għall-kors ordinarju tan-negozju. Din it-talba ma tistax tiġi aċċettata peress illi l-kumpannija irrapurtat spejjeż identiċi ta' produzzjoni għall-kwalitajiet differenti għal kull tip ta' prodotti fir-risposti tagħha għall-kwestjonnarju.

    (13) Ma kien hemm l-ebda talba oħra fir-riwgard tad-determinazzjoni tal-valur normali. Il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 46 tar-Regolament provviżorju qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

    1.2. Prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet

    (14) Ma saret l-ebda talba fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet. IL-konklużjonijiet illi hemm fil-premessa 47 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati.

    1.3. Paragun

    (15) Wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, produttur esportatur argumenta illi t-tipi ta' prodotti mibjugħa fuq is-suq domestiku illi kien paragonati għal dawk esportati lejn il-Komunità kellhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u użi aħħarin differenti. Għaldaqstant, il-kumpannija talbet aġġustament għall-karatteristiċi fiżiċi u taw informazzjoni ġdida illi issostni t-talba tagħha. Instab illi l-informazzjoni l-ġdida motgħija wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji kienet tirrigwarda l-karatteristiċi tal-prodotti illi qatt ma kienet ġiet mitluba mill-Kummisjoni jew identifikata mill-kumpannija fir-risposti tagħha tal-kwestjonarju. F'dan l-istadju ta' l-investigazzjoni ma kienx possibbli illi jinbidel il-paragun fuq il-bażi tal-prodotti illi jinsab fit-tabella ta' speċifikazzjonijiet tal-kwestjonarju tal-Kummissjoni u illi jirrigwarda l-produtturi esportaturi illi jikkoperaw. Barra minn hekk, l-informazzjoni l-ġdida ikkontradixxiet dik illi kienet ġiet riċevuta qabel u, għaldaqstant, it-talba għall-aġġustament għall-karatteristiċi fiżiċi ġiet miċħuda.

    (16) Produttur esportatur ieħor argumenta illi d-differenzi dovuti għall-ħxuna tal-fibri, espressa f'denier jew deċiteks, għandhom jiġu injorati u allura konsegwentement, it-tipi ta' prodotti għandhom jiġu trattati bħala wieħed. F'dan ir-rigward, sabiex jiġi assigurati paragun imparzjali u sinifikattiv bejn il-prodotti mibjugħa fuq is-suq domestiku u ta' l-esportazzjoni, il-prodotti fabbrikati mill-produtturi esportaturi l-oħra huma paragonati fuq il-bazi ta' kull tip kif definiti fil-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Konsegwentement, l-argument dwar il-limitazzjoni tal-paragun għal tip wieħed ta' prodott ma jistax jiġi aċċettat.

    (17) Produttur esportatur wieħed ta informazzjoni ġdida illi tappoġġja t-talba għall-ħlas lura tad-dazju illi kienet ġiet miċħuda mill-Kummissjoni fl-istadju provviżorju. Din il-talba ma tistax tiġi aċċettata peress illi din l-informazzjoni, minkejja illi mitluba fil-kwestjonarju, ma kienitx ġiet mogħtija fiż-żmien debitu u għalhekk ma setgħetx tiġi verifikata.

    (18) L-istess produttur esportatur argumenta ulterjorment illi peress illi t-talba għall-aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju illi jirriżulta mill-imposizzjoni tad-dazju kienet diġa' ġie ippruvat fil-kuntest ta' proċediment preċedenti mibdi xi għaxar snin ilu (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 54/93 [4]), m' għandux jerġa' jiġi re-investigat. F'dan is-sens, għandu jiġi mfakkar illi kull proċediment ta' kontra d-dumping qiegħed jiġi stmat fuq il-meriti tiegħu proprji u huwa eżaminat fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali u legali tiegħu illi jistgħu jkunu differenti f'kull proċediment. Kif indikat fil-premess preċedenti, dan il-produttur esportatur naqas milli jipprovdi xhieda kapaċi illi jappoġġjaw il-pretensjoni tiegħu fil-qafas ta' din l-investigazzjoni. B'mod partikolari, ma kienx ġie muri illi kwalunkwe dazju kienet ġiet imħallsa matul il-PI mill-prodotti simili destinati għall-konsum domestiku. Għaldaqstant, it-talba ġiet miċħuda.

    (19) Fil-kuntest tal-kwestjonijiet fir-rigward tal-ħlas lura tad-dazju, żewġ produtturi esportaturi saħqu illi dan l-aġġustament għandu jingħata awtomatikament hekk kif id-dazji kienet ġew rifużi fuq in-naħa ta' l-esportazzjoni u saħqu wkoll illi l-kwestjoni ta' jekk dawn id-dazji kenux ġew inkorporati fuq in-naħa domestika kienet immaterjali. Skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, l-aġġustament għad-dazju għandu jingħata biss jekk kemm-il darba żewġ kondizzjonijiet jiġu milħuqa kumulattivament: l-ewwel, għandu jiġi muri illi l-piżijiet ta' l-importazzjoni jiġu mħallsa mill-prodotti simili u mill-materjali fiżikament inkorporati fihom meta dawn ikun maħsubin għall-konsum fil-pajjiż esportatur u illi dawn il-piżijiet ta' l-importazzjoni jiġu rifużi u mhux miġburin meta l-prodott ikun esportat lejn il-Komunità. Jekk wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jiġix soddisfatt, l-aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju tad-dazju ma jistax jiġi mogħti.

    (20) Produttur esportatur talab illi ċerti dazji ta' l-importazzjoni ġew inkorporati fil-prodotti mibjugħina fuq is-suq domestiku b' eċċess ta' l-ammont mogħti mill-Kummissjoni fil-konklużjonijiet provviżorji. Din it-talba provviżorja kienet ġiet eżaminata u nstab illi d-dazji fuq l-importazzjonijiet imħallsin fuq ċerti materjali inkorporati fil-prodott mibjugħ domestika kienu tabilħaqq aktar mill-ammont stabbilit preċedentement. Għaldaqstant, il-kalkoli provviżorji kienu ġew riveduti skond il-każ.

    (21) Madankollu, t-talba l-ġdida ta' dan il-produttur il-ġdid għal aġġustament ulterjuri fuq id-dazju fuq l-importazzjoni għall-materjal importat u mħallas minn kumpannija relatata ma jistax jiġi aċċettat peress illi din it-talba la kienet magħmul fiż-żmien dovut u lanqas intwera illi b' xi mod kienet teffettwa il-paragonabilità u barra minn hekk, it-tagħrif i-ġdid mogħtija f'dan ir-rigward ma kienx verifikabbli f'dan l-istadju ta' l-investigazzjoni.

    (22) Produttur esportatur wieħed talab illi bħala riżultat tal-politika tal-Gvern Indjan sabiex tinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' impjanti f'arjiet anqas żviluppati, il-kumpannija kienu ġew eżantati mill-ħlas tat-taxxi fuq il-bejgħ illi kienet dovuta minngħandhom lill-gvern u talbet illi jsir aġġustament f'dan is-sens. L-informazzjoni mogħtija turi illi l-fatturi kollha tal-bejgħ illi jirrigwardaw il-prodotti minn dawn il-fabbriki eżentati jiddikjaraw illi l-ebda taxxi fuq il-bejgħ ma kellhom jinġabru mill-Istat u illi x-xerrej ma kellux id-dritt illi jitlob kwalunkwe żvantaġġ, tpaċija jew rifużjoni fuq kwalunkwe taxxa fuq il-bejgħ. F'dawn iċ-ċirkostanzi, peress illi ma tħallsest l-ebda taxxa fuq il-bejgħ, ma jista' jingħata l-ebda aġġustament. Madankollu, fil-każijiet fejn il-fatturi tal-bejgħ fir-rigward tal-prodotti fabbrikati f'fabbriki oħrajn inkludew it-taxxi tal-bejgħ miġbura mill-Istat, ġie konsidrat illi l-aġġustament kien meritat u l-kalkolazzjonijiet ġew riveduti sabiex jirriflettu dan l-aġġustament.

    (23) Produttur esportatur wieħed ikkontenda illi l-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul irrigwardat biss il-profott ġenerat fuq is-suq domestiku u mhux fuq is-suq ta' l-esportazzjoni, u għalhekk il-paragonabilità tal-prezzijiet ġew affettwati. F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat illi t-taxxa fuq id-dħul tikkostitwixxi piż impost fuq il-profitt tal-kumpannija, jekk ikun il-każ, u għaldaqstant hija kalkolata retroattivament fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja. Għaldaqstant, ma tistax titqjies meta l-prezz ikun stabbilit. Barra minn hekk, il-kumpannija ma ipprovidet l-ebda xhieda illi turi illi t-taxxa ma kienetx inkluża fil-fatturi domestiċi. Din it-talba għaldaqstant ġiet miċħuda.

    1.4. Marġni tad-dumping

    (24) Il-paragun tal-valur normali tal-medja peżata riveduta, meta opportun, mal-medja peżata tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni skond it-tip ta' prodott fuq il-bażi tal-prodott hekk kif joħroġ mill-fabbrika write l-eżistenza ta' dumping għal kull produttur esportatur investigat. Peress illi l-livell ta' koperazzjoni kienet għolja, il-marġni tad-dumping għall-kumpanniji l-oħrajn kollha ġiet stabbilita fil-livell ta' l-ogħla marġni tad-dumping stabbilita għall-produttur esportatur koperattiv.

    (25) Il-marġini tad-dumping definittiv bħala perċentwal tal-prezz tad-dazju ta'l-import cif mhux mħallas huwa kif ġej:

    India Organic Chemicals Limited, Mumbai | 23,3 % |

    JCT Limited, New Delhi | 32,6 % |

    Reliance Industry Ltd, Mumbai | 35,4 % |

    Il-kumpanniji l-oħrajn kollha | 35,4 % |

    2. Ir-Repubblika tal-Korea

    2.1. Valur normali

    (26) Wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, tliet produtturi esportaturi argumentaw illi l-esklużjoni tal-bejgħ ta' "esportazzjoni lokali" mill-elenki ta' bejgħ domestiku użata sabiex jiġi stabbiliti il-valur normali kien ħażin u mhux raġjonevoli.

    (27) Huma argumentaw illi l-esklużjoni kienet qegħda tikkontradixxi d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament Bażiku u mal-prattika normali tal-Kummissjoni u illi hija kienet inkonsistenti ma' l-approċċ adottat minn pajjiżi oħrajn membri tal-WTO. Tnejn minn dawn il-produtturi esportaturi argumentaw ukoll illi l-Kummissjoni ma spjegatx il-bażi legali illi fuqhom dan il-bejgħ ġie eskluż.

    (28) Il-produtturi esportaturi ulterjorment indikaw illi fi proċedimenti preċedenti fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea (e.g. l-iskadenza tal-FKP fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1728/1999 [5] u l-fili ta' l-azzar illi ma jittebbax fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nro. 1600/1999 [6] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 1999/483/KE [7], il-Kummissjoni ma kienitx oġġezzjonat għall-kategorizazzjoni tal-produtturi esportaturi tal-bejgħ ta' l-"esportazzjoni lokali" fl-elenki ta' bejgħ domestiku u f'istanza waħda ċitata kienu talba l-inklużjoni tagħha fl-elenku tal-bejgħ domestiku.

    (29) Huwa konsidrat illi l-arranġamenti speċifiċi amministrattivi applikabbli għall-bejgħ għall-"esportazzjoni lokali", fejn huma ma kenux soġġetti għal taxxa domestika fuq il-bejgħ, kienu ġew normalment fatturati f'USD u mħallsin b' ittri ta' kreditu u kienu soġġetti għall-arranġamenti fuq il-ħlas lura tad-dazju, jipprovaw il-fatt illi dan il-bejgħ kien sar permezz ta' kanal speċifiku ta' esportazzjoni orjentat fuq il-bejgħ b'sitwazzjoni ta' suq partikolari. Il-produtturi esportaturi ikkonċernaw speċifikatament dan il-bejgħ fir-reġistrazzjoni tal-konijiet tagħhom daqs illi kieku kien destinati għall-inkorporazzjoni fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. In vista tas-sitwazzjoni tas-suq prtikolari tagħhom, kien ġie konkluż illi dan il-bejgħ għall-"esportazzjoni lokali" ma kienx sar fil-kors ordinarju tan-negozju, u għaldaqstant, l-inklużjoni tagħhom fil-kalkoli tal-valur normali ma kienx jista' jippermetti paragun proprju u imparzjali mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taċċettax illi l-prattika imgħoddija kienet ġiet magħmula espressament sabiex tinkludi dan il-bejgħ fil-kalkolu tal-valur normali. L-inklużjoni tagħhom fil-proċedimenti preċedenti jistgħu jirriflettu l-fatt illi huma ma kenux speċifikatament identifikati u illi l-inklużjoni tagħhom fi proċedimenti preċedenti ma jirriflettux il-fatt illi huma ma kenux speċifikatament identifikati jew illi l-inklużjoni ma kienitx konsidrata illi kellha effett sostanzjali fuq ir-riżultati. F'dan il-każ, madankollu, għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, il-bejgħ ta' "esportazzjoni lokali" kienu ġew esklużi mill-elenki tal-bejgħ domestiku użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

    (30) Produttur esportatur wieħed argumenta illi ċerta materja prima kienet inxtrat minn fornitur relatat bi prezzijiet illi ma kenux jinkludu t-trasport u spejjeż oħra relatati minħabba illi t-transazzjoni ma kinetx soġġetta għal distanza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kienitx ġustifikata f'li tistabbilixxi valur tas-suq tal-prezzijiet tax-xiri ogħla ogħla u b' hekk iżżid l-ispiża tal-produzzjoni. Huma argumentaw ukoll illi fi kwalunkwe każ, l-aġġustament kien eċċessiv peress illi tali aġġustament ma kienx qjies id-differenzi tekniċi u fil-prezz bejn il-materja prima mixtrija prinċiparjament minn fornitur relatat u materja prima mixtrija minn fornituri oħra.

    (31) Ġie misjub illi r-relazzjoni mal-fornitur kienet tali illi l-produttur esportatur ikun f'posizzjoni illi jeżerċita influwenza sostanzjali fuq il-prezzijiet tax-xiri. Barra minn hekk, peress illi l-prezz medju għall-materja prima mixtrija mill-fornitur relatat kien sostanzjalment anqas baxx mill-prezz medju ta' l-istess materja prima mixtrija minn fornituri relatati u hekk kif il-prezz tax-xiri deher illi kien b' telf għall-fortnitur, il-prezzijiet tal-materja prima ġew konsidrati bħala prezzijiet ta' trasferiment inaffidabbli. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-metodoloġija tal-kalkoli fid-determinazzjoni tal-prezzijiet tax-xiri illi ma jkunux jikkomprendu l-ispejjeż ta' trasport u spejjeż oħra relatati permezz taż-żjieda tal-prezz tal-materja prima mixtrija mill-fornitur relatat in proporzjon mad-differenza medja peżata fil-prezz tax-xiri tal-materja prima illi kienet mixtrija mill-fornitur relatat u minn fornituri mhux relatati ġiet miżmuma.

    (32) Produttur esportatur wieħed argumenta illi l-valur normali għal tip wieħed ta' prodott għandu jkun ġie bażat fuq il-prezzijiet domestiċi aktar milli fuq il-valur mibni. Dan l-argument kien aċċettat peress illi kien misjub illi l-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodotti ien magħmul fi kwantitajiet rappreżentativi u kienu kważi kollha profittabbli. Il-kalkoli kienu għaldaqstant ġew aġġustati skond il-każ.

    (33) Produttur wieħed esportatur argumenta illi l-Kummissjoni inkorrettement irrifjutat il-qliegħ nett mill-iskambju inkluż fil-bejgħ, fl-ispejjeż amministrativi u ġenerali, użat fl-istabbiliment ta' l-ispiża sħiħa tal-prodotti, għall-użu fid-determinazzjoni tal-valur normali mibni u fil-kors ordinarju tan-negozju. Argumenta wkoll illi dan għandu jerġa' konsidrat minħabba illi parti mill-qliegħ derivanti mit-traduzzjoni tal-munita barranija ġie realizzat u barra minn hekk, valur bażiku tal-bejgħ kien l-aktar opportun għall-allokazzjoni tal-qligħ nett mill-iskambju għal swieq differenti.

    (34) Instab illi l-qligħ mill-iskambju kien jirrelata prinċiparjament mill-qligħ mit-traduzzjoni fuq l-introjtu ġdid ta' passiv f'munita barranija, minflok relatati mal-prodotti u l-bejgħ fil-kors ordinarju tan-negozju fis-suq domestiku matul il-perjodu ta' investgiazzjoni (l-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' SEttembru 1999 "PI"). Peress illi dan il-qligħ jew telf mill-iskambju ma jistax jittieħed in konsiderazzjoni fl-investigazzjonijiet ta' kontra d-dumping, kemm jekk realizzati jew le, l-argument ġie mwarrab.

    2.2. Prezz ta' l-esportazzjoni

    (35) Produttur esportatur argumenta illi l-kumpannija relatata tiegħu fil-Komunità kellha rwol minuri fil-proċess tal-bejgħ għall-bejgħ lill-klijenti illi m' għandhomx x' jaqsmu bejniethom fil-Komunità, u, ħaldaqstant, ma kienx ġustifikabbli illi jitnaqqas il-profitt mill-bini tal-prezz ta' l-esportazzjonijiet. Ġie wkoll argumentat illi ma kien hemm l-ebda bażi sabiex jiġi stabbilit il-livell tal-marġni tal-profitt użat. Skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, l-artikoli illi għalihom għandu jsir aġġustament sabiex jiġi mibni l-prezz ta' l-esportazzjoni jinkludu marġni raġonevoli ta' profitt. Huwa konsidrat illi l-profitt imnaqqas sabiex jiġi mibni l-prezz ta' esportazzjoni kien raġjonevoli, kif paragonat ma' l-informazzjoni disponibbli mill-importaturi indipendent. Din il-pretensjoni, għaldaqstant, ġiet miċħuda.

    (36) Ma saru l-ebda pretensjonijiet oħra fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz ta' l-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-konklużjonijiet imsemmija fil-premessa 54 tar-Regolament provviżorju qiegħed jiġi hawnhekk konfermat.

    2.3. Paragun

    (37) Esportatur produttur argumenta illi huma kienu bi svisa inkludew l-istess aġġustamenti, fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-kreditu, f'kolonni differenti ta' l-elenku tal-bejgħ ta' l-esportazzjoni u għaldaqstant, il-Kummissjoni, kienet qegħda tgħodd doppjament it-tnaqqis sabiex tistabbilixxi il-prezz ta' l-esportazzjoni għall-paragun imparzjali mal-valur normali. L-ispejjeż tal-kreditu rappurtati mill- kumpanniji fir-risposta għall-kwestjonnarju fir-rigward tat-termini tal-pagament miftehma f'kull operazzjoni ġew eżaminati u din il-pretensjoni kienet aċċettata meta ġustifikata.

    (38) Produttur esportatur argumenta illi l-bażi tal-kalkolu tal-Kummissjoni qjies anqas milli dovut l-ammont ta' ħlas lura ta' dazju, peress illi kien ibbażat fuq id-dazju mħallas fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima fiżikament inkorporata fi prodotti simili minflok il-ħlas lura tad-dazju riċevut fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti konċernati lejn il-Komunità, matul il-PI. Argomenta ulterjorment illi l-kalkolu tal-Kummissjoni kien bażat irraġjonevolment fuq id-dazju mħallas matul l-ewwel tmien xhur tal-PI diviż bil-volum total ta' l-importazzjoni għall-PI sħiħ. L-ewwel argument ġie miċħud peress illi l-ammont imħallas matul il-PI kien aktar baxx mill-amont rifuż kif previst fl-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament Bażiku. Madankollu, kif ġie mitlub mill-kumpannija, l-ħlas lura tad-dazju għal kull kilogramma ġie rikalkulat ibbażat fuq l-importazzjoni tal-volum għall-ewwel tmien xhur.

    (39) Produttur esportatur ieħor argumenta illi fil-kalkolazzjoni ta' l-allowance għall-ħlas lura tad-dazju, għal kull kilogramma, l-Kummissjoni missha iddividiet id-dazji totali fuq l-importazzjoni inkorporati fix-xiri ta' ċerta materja primċ importata permezz tal-kwantità tal-materja prima importata biss u mhux bil-kwantità totali tal-materja prima mixtrija kemm lokalment kfi ukoll importata. Huwa konsidrat illi l-allowance għall-ħlas lura tad-dazju illi għandu jiħi mnaqqas mill-valur normali għandu jiġi ibbażat fuq id-dazju medji inkoroporat fl-ispiża tal-bejgħ domestiku, peress illi l-prodotti mibjugħa Malta jkunu jinkorporaw materja prima mixtrija kemm lokalment kif ukoll importata. L-argument għaldaqstant ġie mwarrab.

    (40) Żewġ produtturi esportaturi argumentaw illi l-approċċ segwit mill-Kummissjoni fiċ-ċaħda tagħha tat-talba għall-aġġustamenti għall-ispejjeż tal-kreditu taħt is-sistema tal-kontijiet miftuħin, minħabba illi l-pagamenti ma setgħux jiġu kjarament marbutin ma' fatturi, kienu mingħajr bażi legali. Madankollu, ma kienx possibbli illi jivverifika illi l-pagamenti illi saru taħt is-sistema ta' "kontijiet mifuħin" kien saru skond it-termini tal-ftehim milħuq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, ma kien hemm l-ebda raġuni illi jiġi assunt illi t-termini tal-ħlas skond il-kuntratt kienu fattur illi kien ġie meqjus fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitlubin u għaldaqstant it-talbiet ġew miċħuda.

    2.4. Marġni tad-dumping

    (41) Il-paragun tal-valur normali medju rivedut kif xieraq mal-prezz medju ta' l-esportazzjoni peżat permezz tat-tip tal-prodott fuq il-bażi ta' meta l-prodott jitlaq mill-fabbrika wera l-eżistenta ta' dumping għal kull produttur esportatur investigat. Peress illi l-livell ta' koperazzjoni kien għoli, l-marġni tad-dumping għall-kumpanniji l-oħrajn kollha huwa stabbilit fl-ogħla livell tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi illi ikkoperaw.

    (42) Wara l-isvelar tal-konklużjonijiet provviżorji, iż-żewġ produtturi esportaturi, Samyang Corportaion u SK Chemicals Co. Ltd. informaw lill-Kummissjoni illi huma kien ser jgħaqqdu l-attivitajiet tagħhom fil-kummerċ tal-poliesteru f'kumpannija waħda illi tkun konġuntivament ta' kumpannija i.e. Huvis Corporation. Dawn il-produtturi esportaturi ipprovdew tagħrif ulterjuri fir-rigward ta' din il-bidla fiċ-ċirkostanzi fuq talba mill-kummissjoni u bħala riżultat, ġie deċiż illi marġni tad-dumping singolu għandu jiġi definittivament stabbilit għall-Huvis Corporation. Dan il-marġni tad-dumping kien għaldstant stabbilit bħala l-medja peżata tal-marġni tad-dumping riveduti taż-żewġ produtturi esportaturi konċernati. Il-marġni tad-dumping għall-kumpanniji relatati negozjanti fil-Korea kien ġie stabbilit fl-istess livell bħal dak tal-Huvis Corporation.

    (43) Il-marġini tad-dumping definittiv bħala perċentwal tal-prezz tad-dazju ta'l-import cif mhux mħallas huwa kif ġej:

    Daehan Synthetic Fibre Co. Ltd, Seoul | 0,9 % (de minimis) |

    Huvis Corporation, Seoul | 4,8 % |

    Saehan Industries Inc, Seoul | 20,2 % |

    SK Global Co. Ltd, Seoul | 4,8 % |

    Sung Lim Co. Ltd, Seoul | 0,05 % (de minimis) |

    Il-kumpanniji l-oħrajn kollha | 20,2 % |

    D. DANNI

    1. Kwestjonijiet proċedurali

    (44) Ġie dikjarat illi bil-kombinazzjoni taż-żewġ proċedimenti ta' kontra d-dumping fil-konfront tar-Repubblika tal-Korea u l-Indja, ma kienx ġust illi jiġi stabbilit l-istess PI għall-eżami ta' dumping possibiliment dannuż ikkawżat mill-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Fir-rigward tal-pajjiż ta' l-aħħar, ċioè l-Indja, dan kien ifisser it-tneħħija ta' l-aħħar tliet xhur ta' l-1999 u ġie argumentat illi, in vistsa taż-żjieda fil-prezz taż-żejt, dan kien ikollu impatt fuq ir-riżultati ta' l-eżami tal-prezz tal-bejgħ, l-ispiża tal-produzzjoni u l-profitabilità fl-investigazzjoni dwar id-danni.

    (45) Għandu jiġi mfakkar illi, kif dikjarat fil-premessa 8 tar-Regolament provviżorju, il-kombinazzjoni tal-proċedimenti fil-konfront ta' l-Indja u r-Repubblika tal-Korea kienet saret għal raġunijiet amministrattivi. Id-determinazzjoni tal-PI hija koperta mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Bażiku, illi, inter alia, jistipula illi l-PI ta' investigazzjoni għandu normalment ikopri perjodu ta' mhux anqas minn sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċediment. Fil-każ ta' l-Indja, il-bidu ta' l-investigazzjoni bdiet f'Diċembru 1999. Għaldaqstant, il-perjodu illi bih il-PI seta' ġie mċaqlaq kien ta' l-aktar xaharejn. Għandu wkoll jiġi mfakkar illi l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi jistgħu jiġu kumulattivament stmati jekk il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku ħew soddisfatti (ara l-premessa 65 tar-Regolament provviżorju). Finalment, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni il-preokuppazzjonijiet illi hemm mistura, l-influwenza ta' l-ispiża aktar għall-materja prima fl-1999 ġiet analizzata u paragonata mal-PI.

    (46) L-investigazzjoni wriet illi l-prezzijiet tal-materja prima ewlenija użata fil-prodotti ta' FKP, prinċiparjament l-aċidu teraptaliku (ATP) u l-monoetilenenliku (MEG), żdied kemm fl-1999 u matul il-PI. Uriet ukoll illi l-prezzijiet tal-bejgħ tal-FKP fil-Komunità fl-1999 kienu 2,6 % ogħla milli matul il-PI. Minkejja dawn il-konklużjonijiet, l-industrija tal-Komunità nstabet illi kienet aktar profittabbli matul il-PI milli matul l-1999.

    (47) Uħud milli produtturi esportaturi iddikjaraw illi l-Kummissjoni ma kienitx ivverifikat l-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Komunità. F'dan ir-rigward, huwa konfermat illi partijiet sostanzjali mill-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Komunità kienet diġa' ġiet verifikata matul il-proċediment relatat ta' kontra d-dumping. L-informazzjoni l-oħra kollha kienet ġiet eżaminata għall-korrettezza skond l-Artikolu 6(8) tar-Regolament Bażiku.

    2. Definizzjoni ta' l-industrijatal-Komunità

    (48) Skond il-premessa 63 tar-Regolament provviżorju, iż-żewġ produtturi tal-Komunità illi għandhom x' jaqsmu mal-produtturi esportaturi fl-Indoneżja ma nstabux illi ġew imħarsa -effett tad-dumping, jew illi indebitament kienu qegħdin jibbenefikaw minn prattiċi tad-dumping, jew saħansitra jipparteċipaw fi prattiċi ta' dumping. F'dan ir-rigward, xi produtturi esportaturi talbu illi żewġ kumpanniji għandhom jiġu esklużi mill-istima tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, b' referenza gġall-kazijiet oħra ta' kontra d-dumping, senjatament, id-diski manjetiċi fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru. 634/94 u (KE) Nru 2426/95 [8], u l-fran mikroondi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1645/95 [9].

    (49) Għandu jiġi innutat illi kwalunkwe esklużjoni tal-produtturi tal-Komunità mid-definizzjoni ta' industrija tal-Komunità tista' tkun meritata biss fuq il-bażi tal-fatti ta' kull każ. F'dan il-każ l-ebda argumenti ma ġew imressqa fir-rigward tal-fatti tal-każ u l-ebda provi ma ġew mogħtija sabiex tiġi sostanzjata l-pretensjoni għall-esklużjoni taż-żewġ produtturi. Fuq din il-bażi, it-talba msemmija hawn fuq mhiex fondata u għaldaqstant hija miċħuda.

    (50) Talba addizzjonali kienet saret minn xi produtturi esportaturi sabiex jiġu esklużi produtturi oħra tal-Komunità mid-definizzjoni ta' industrija tal-Komunità, in vista tar-relazzjoni illi kien hemm ma' importatur illi jinstab barra mill-Komunità, minkejja illi mhux f'wieħed fil-pajjiżi konċernati. Kien allegat illi l-produtturi tal-Komunità ikkawżaw danni lill-industrija tal-Komunità billi daħħlu FKP mill-importatur relatat tiegħu.

    (51) L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma sebat l-ebda provi dwar importazzjoni ta' FKP minn dan l-importatur fil-perjodu konsidrat, senjatament mill-1996 sal-PI. Barra minn hekk, il-fatt waħdu illi produtturi tal-Komunità huwa relatat ma' importatur illi jinstab barra mill-Komunità ma jagħtix lok għall-esklużjoni ta' dan il-produttur mid-definizzjoni ta' industrija tal-Komunità. In vista tal-fatt illi ma ngħataw l-ebda argumenti oħra, id-definizzjoni ta' industrija tal-Komunità kif tinsab fi premessa 60 tar-Regolament provviżorju hija konfermata.

    3. Importazzjoni tal-FKP fil-Komunità mill-pajjiżi konċernati

    3.1. Stima kumulattiva ta' l-importazzjonijiet

    (52) Żewġ produtturi esportaturi Indjani saħqu illi stima kumulattiva ta' l-importazzjonijiet ma kienitx ġustifikata minħabba illi t-tkabbir kif ukoll l-volum assolut ta' l-importazzjonijiet mill-Indja kien insinifikanti meta mqabbel ma' l-importazzjonijiet mill-Korea u mal-volum tal-bejgħ fl-industrija tal-Komunità. Ġie wkoll argumentat illi l-produtturi esportaturi Indjani kellhom jiġu konsidrati bħala segwaċi tal-prezzijiet u mhux bħala mexxejja tal-prezzijiet. Barra minn hekk, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat, l-importazzjonijiet Indjani kienu aktar baxxi minn dawk dikjarati fir-Regolament provviżorju.

    (53) Dawn l-argumenti ġew analizzati fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar illi l-marġni tad-dumping misjub għall-Indja huwa ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, il-volum ta' l-importazzjonijiet illi joriġina fl-Indja mhuwiex negliġibbli, peress illi huwa ogħla mil-livell de minimis matul il-PI.

    (54) Fil-fatt, it-tkabbir ta' l-importazzjonijiet fuq il-perjodu 1996 sal-PI huwa aktar qawwi għall-importazzjonijiet mill-Indja (żjieda ta' madwar 600 %) mili għall-importazzjonijiet mill-Korea (żjieda ta' madwar 300 %). Fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mil-Indja, dan kien konsistentement taħt dak tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi tal-Korea u huwa naqas b' mod qawwi ħafna matul il-perjodu 1996 sal-PI. Dan ma jissuġġerixxix tendenza ta' imitazzjoni fil-prezzijiet. Finalment, f'dak illi għandu x' jaqsam mad-diskrepanza bejn il-figuri Eurostat u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-Komunità ibbażaw il-konklużjonijiet tagħhom fuq risposti verifikati għall-kwestjonnarju peress illi kien ġew rapportati aktar importazzjonijiet minn dawk reġistrati fl-istatistika tal-Eurostat. Dak illi saħaq il-produttur esportatur Indjan qiegħed jiġi għaldaqstant imwarrab.

    3.2. Importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea

    (55) Produttur esportatur talab illi ċerti importazzjonijiet illi ma kenux l-oġġetti ta' dumping illi joriġina fir-Repubblika tal-Korea għandu jiġi eskluż mill-analiżi tad-danni.

    (56) F'dan ir-rigward, meta l-marġni tad-dumping għall-pajjiż sħiħ (rappreżentanti tal-marġni medju peżat inklużi l-kumpanniji kollha taħt investigazzjoni) ġie misjub illi huwa ogħla mil-livell de minimis, skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Bażiku, hija l-prattika tal-Kummissjoni illi tagħmel stima ta' l-effetti ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping fuq livell nazzjonali.

    3.3. Tnaqqis eċċessiv fil-prezz jew bejgħ eċċessivament taħt il-prezz

    (57) Produttur esportatur iddikjara illi l-kalkolu tal-marġni tad-danni ibbażati fuq il-formazzjoni fi gruppi ta' varji tipi ta' FKP kien inġustifikat, in vista tal-fatt illi ntalbet informazzjoni ulterjuri fuq il-karatteristiċi tat-tipi individwali ta' FKP fil-kwestjonnarji. Iddikjara wkoll illi d-dettalji ta' l-operazzjonijiet individwali kienu ġew injorati, u illi kien żbaljat illi jiġi eskluż it-tnaqqis eċċessiv fil-prezz u bejgħ eċċessivament taħt il-prezz negattivi mir-riżultat globali tal-kalkoli.

    (58) Meta ġew ri-eżaminati d-differenzi attribwi għall-karatteristiċi bħalma huma t-tul, il-ħxuna, kemm jitwal, kemm ikun jiflaħ, kemm jintewa, kemm jinxtorob, kemm ileqq u kif ikun ġie filat, qiegħed jiġi konkluż illi t-tipi ta' prodotti fil-gruppi definiti kien suffiċjentement paragonabbli. Fuq din il-bażi, qiegħed jiġi konfermat illi t-tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet u l-bejgħ eċċessivament taħt il-prezz fil-livell tal-gruppi tal-prodotti huwa sinifikanti. Barra minn hekk, jipprovdi riżultat rappreżentattiv fit-termini tan-numru ta' operazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Bażiku. Barra minn hekk, qiegħed jiġi konsidrat illi l-informazzjoni għal kull operazzjoni kienet tabilħaqq ittieħdet in konsiderazzjoni fil-paragun tal-prezzijiet illi sar. Madankollu, qiegħed jiġi konfermat illi ma sar l-ebda kumpens għall-ammont illi ma kienx soġġett għal tnaqqis eċċessiv fil-prezz jew bejgħ eċċessivament taħt il-prezz meta mqabbel mal-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità fil-paragun finali fil-livell tal-gruppi ta' prodotti. Peress illi ma ġew imressqa l-ebda argument oħra, it-talbiet t' hawn fuq ġew miċħuda.

    (59) Produttur esportatur talab illi għandu jiġi applikat aġġustament għall-prezzijiet CIF (prezz, assigurazzjoni, trasport) fil-kalkoli ta' tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet u l-bejgħ eċċessivament taħt il-prezz peress illi dan l-aġġustament kien indikat fl-ilment.

    (60) F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat illi l-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni permezz ta' kwestjonnarji u ivverifikatha permezz ta' ispezzjoni fuq is-sit u ma ibbażatx ruħha fuq il-figuri msemmijin fl-ilment.

    Madankollu, nsab illi d-dazju tal-klijent kien bi svista ommess fil-kalkolu tal-bejgħ eċċessivament taħt il-prezz fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi Indjani. Fl-istess waqt, it-talba sabiex jiġi mibdul il-metodu tal-peżar u t-talba għall-aġġustament fil-livell speċifiku tan-negozju kienu wkoll ġew aċċettati. Konsegwentement, il-marġni tal-bejgħ eċċessivament taħt il-prezz għaż-żewġ produtturi esportaturi Indjani ġew debitament riveduti.

    (61) Ir-riżultati tal-kalkoli tat-tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet, filwaqt illi jittieħed kont tat-tnaqqis eċċessiv fil-bejgħ imnaqqas sabu għal produttur esportatur ieħor Indjan imsemmi fil-premessa 75, medda ta' bejn 0 % u 27.7 % għall-Indja u jibqgħu bejn l-14.8 % sa 56.7 % għar-Repubblika tal-Korea. Il-medja peżata tal-marġni tat-tnaqqis eċċessiv fil-prezz kien 19.9 % għall-Indja u 23.3 % għar-Repubblika tal-Korea.

    4. Sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità

    4.1. Ġenerali

    (62) Ġie dikjarat minn xi produtturi esportaturi illi, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3.4 tal-Ftehim tal-WHO ta' kontra d-dumping, l-eżami tas-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità, l-industrija kienet teħtieġ stima tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet illi jeffettwaw l-istat ta' dik l-industrija.

    (63) Dan l-eżami jinkludi fatturi illi ma ġewx kommentati fuqhom fir-Regolament provviżorju bħal per eżempju, l-impatt tal-kobor tal-marġni tad-dumping, il-produttività, il-qligħ fuq l-investiment, il-flus tal-kontanti, s-salarji, t-tkabbir u l-kapaċità illi jinġema' l-kapital. F'dan ir-rigward dawn illi ġejjin instabu.

    4.1.1. Impatt tal-kobor tal-marġni tad-dumping

    (64) Fir-rigward ta' l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità illi l-kobor tal-marġni attwali kellu, in vista tal-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati dan l-impatt ma jistax jiġi konsidrat negliġibbli.

    4.1.2. Produttività

    (65) Il-produttività ta' l-industrija tal-Komunità, kalkolata bħala l-produzzjoni tal-prodotti konċernati għal kull impjegat, turi titjib mit-92.1 tunnellata metrika fl-1996 sa 127.1 tunnellata metrika matul il-PI (+ 38 %). Dan it-titjib huwa prinċiparjament konsegwenza tat-tnaqqis fl-impjiegi deskritt fil-premessa 85 tar-Regolament provviżorju.

    4.1.3. Qligħ mill-investiment

    (66) Il-qligħ fuq l-investiment kien kalkolat billi ġew imqabbla l-profitt qabel it-taxxi u l-artikoli straordinarji mal-valur nett ta' l-investimenti kif jirriżultaw mill-kotba fir-rigward tal-prodotti konċernati. Il-qligħ fuq l-investiment għall-prodotti konċernati żdied minn 4.6 % fl-1996 sa 16.7 % fl-1997 u 25.7 % fl-1998. Sussegwentement, naqas għal 5.5 % matul il-PI. L-evoluzzjoni ta' dan l-indikatur huwa simili għall-evoluzzjoni tal-profitabilità deskritta fil-premessi 81 sa 83 tar-Regolament provviżorju.

    4.1.4. Fluss tal-kontanti

    (67) Il-fluss tal-kontanti ta' l-industrija tal-Komunità għall-prodotti konċernati żdied konsiderevolment mill-1996 sa l-1997 (+ 84 %) u mill-1997 sa l-1998 (+ 28 %) bħala konsegwenza tar-riżultati tajbin ta' dawn is-sentejn. Mill-1998 sal-PI, l-flus ta-kontanti waqa' b' 60 % sabiex jasal f'livell illi kien 6 % aktar baxx mill-1996. It-titjib fil-fluss tal-kontanti fl-1997 u l-1998 huwa anqas qawwi minn dak fil-profitabilità. Madankollu, għall-PI, il-fluss tal-kontanti huwa anqas milli fl-1996, peress illi l-profitt nett u l-profitabilità kienu ogħla.

    4.1.5. Salarji

    (68) Is-salarji jiffurmaw parti mill-analiżi ta' l-ispiza tal-produzzjoni kif deskritta fil-premessi 79 u 80 tar-Regolament provviżorju. Is-salarji ta' l-industrija tal-Komunità żdiedu b' 10 % mill-1996 sa l-1997, iżda naqsu konsiderevolment mill-1997 sa l-1998 u l-PI, peress illi l-livell assolut tas-salarji kien ta' 24 % u 23 % rispettivament aktar baxx mil-livell ta' l-1996.

    4.1.6. Tkabbir

    (69) It-tkabbir tas-suq għall-prodotti konċernati kien is-suġġett tal-kummenti illi jinstabu fil-premessa 64 tar-Regolament provviżorju. It-tkabbir (negattiv) tas-sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità kien imsemmi fil-premessa 76 tar-Regolament provviżorju.

    4.1.7. Kapaċità illi jinġema' l-kapital

    (70) F'dak illi għandu x' jaqsam mal-kapaċità illi jiżdied il-kapital, il-fluss tal-kontanti preżenti huwa medjament konsidrat bħala illi għadu suffiċjenti biżżejjed sabiex isiru l-investimenti meħtieġa ta' rimpjazzament. Is-sitwazzjoni batuta tas-suq madankollu effettwat negattivament l-kapaċità ta' l-industrija tal-Komunità illi tattira finanzjament estern addizzjonali fil-forma ta' self mill-bank jew involviment aktar qawwi ta' azzjonisti għall-bidu ta' proġetti ġodda. B'mod partikolari meta prodotti oħra huma manifatturati, l-paragun tal-qliegħ fuq l-investiment ta' FKP ma' dak tal-prodotti l-oħra huwa sfavorevoli, u dan jikkawża diffikultajiet f'li jiġi allokat budget lill-prodott konċernat.

    4.1.8. Konklużjoni

    (71) Huwa konsidrat illi fir-Regolament provviżorju, il-fatturi u l-indiċijiet kollha illi kienu deċiżivi għall-analiżi sinifikattiva ta' l-istat ta' l-industrija tal-Komunità ġew analizzati. Dwar id-deskrizzjoni ta' l-indikaturi ma kienx hemm kummenti fir-Regolament provviżorju kif preżentati taħt il-premessi 65-70 aktar' il fuq, u din id-deskrizzjoni tabilħaqq issaħħaħ il-konklużjonijiet imsemmijin fir-Regolament provviżorju.

    4.1.9. Ħażniet

    (72) Produttur esportatur argumenta illi l-paragun illi sar mill-Kummissjoni fil-premessa 77 tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-livell tal-ħażniet fl-aħħar ta' l-1998 u fl-aħħar ta' l-1999 kien irregolari u mar kontra r-Regolament bażiku. Ġie dikjarat illi l-paragun tal-ħażniet fl-aħħar xahar ta' Settembru (1999) ma' dawk ta' l-aħħar tas-sena (1998) kien l-unika mezz validu, imparzjali u oġġettiv sabiex tiġi analizzata l-evoluzzjoni tal-ħażniet tal-FKP.

    (73) F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni għan-natura staġjonali tal-bini tal-ħażniet fl-industrija tal-FKP. Tabilħaqq, il-livelli tal-ħażnietn jinbidlu matul is-sena kalendarja u, konsegwentement, paragun ta' bejn il-livelli bejn l-1998 u l-PI jagħmel sens biss jekk ikun hemm konsidrati biss punti korrispondenti fiż-żmien matul is-sena. Għaldaqstant, il-livell tal-ħażniet fl-aħħar tas-sena 1998 (31 ta' Diċembru) ma jisax jiġi mqabbel ma' dak ta' l-aħħar tal-PI (30 ta' Settembru).

    4.2. Spiża tal-Produzzjoni

    (74) Produttur esportatur qal illi l-ispiża tal-produzzjoni għall-produttur wieħed ta' l-industrija tal-Komunità kienet għolja wisq meta mqabbla mal-produtturi l-oħrajn sabiex tiġi użata bil-għan illi jiġi stabbilit il-marġni tal-bejgħ eċċessivament taħt il-prezz.

    (75) L-ispejjeż attribwiti għall-prodotti konċernati minn kull kumpannija ġew verifikati mill-Kummissjoni. Bħala riżultat, ma ngħataw l-ebda raġunijiet sabiex xi kumpannija tiġi eskluża mill-kalkolu dwar kemm kien qiegħed isir bejgħ bi tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet fuq il-bażi tal-livell assolut ta' l-ispejjeż tagħha tal-produzzjoni.

    (76) Produtturi esportatur talab illi l-produttur illi jipproduċi FKP mid-dimetilu teraptalatu (DMT) u MEG minflok minn tal-ATP u l-MEG għandu jiġi eskluż minħabba illi dan allegament ma jirrappreżentax l-irħas metodu ta' produzzjoni.

    (77) Fuq il-bażi tar-raġunament illi hemm fil-premessa 75, la l-proċess ta' produzzjoni nnifsu u lanqas l-ispiża ta' produzzjoni marbuta miegħu ma jistgħu jikkostitwixxu l-kriterji illi fuq il-bażi tagħhom il-kumpanniji għandhom jiġu eliminati mill-investigazzjoni.

    4.3. Konklużjoni

    (78) Fuq il-bażi ta' dan t' hawn fuq, huwa konsidrat illi l-argumenti t' hawn fuq u d-dikjarazzjonijiet mhumiex tali illi jistgħu jagħtu lok għal tibdiliet fil-konklużjonijiet magħmulin fir-Regolament provviżorju. Konsegwentement, il-kontenut tal-premessi 86-90 tar-Regolament provviżorju u l-konklużjoni illi l-industrija tal-Komunità sofriet danni materjali matul il-PI qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

    E. KAWŻALI

    1. Effett ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta' dumping

    (79) Produttur esportatur iddikjara illi l-unika fattur illi jispjega l-profitabilità baxxa ta' l-industrija tal-Komunità matul il-PI kien il-prezz tal-materja prima u mhux l-effett ta' l-importazzjonijiet illi kienu l-oġġett tad-dumping. Ġie wkoll dikjarat illi t-titjib fil-profitabilità minn 2.30 % għal 3.38 % matul il-perjodu 1996 sal-PI eskluda d-danni ikkawżati mill-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping matul dan il-perjodu.

    (80) Għandu jiġi innutat illi l-preżenza ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping eżerċitat pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità, u dan xekkel il-prezzijiet tal-bejgħ milli korrettement jirriflettu ż-żjieda fil-prezzijiet tal-materja prima.

    (81) F'dak illi għandu x' jaqsam mal-profitabilità mill-1996 sal-PI, l-investigazzjoni wriet illi t-titjib tal-profitabilità kien prinċiparjament ir-riżultat tal-proċess ta' ristrutturazzjoni mibdi mill-industrija tal-Komunità. Dan inkluda wkoll t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-bejgħ, ħenerali u amministrativi.

    (82) Kif indikat fil-premessa 87 tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità, il-profitabilità baxxa miksuba mill-industrija ma tistax tiġi konsidrata soddisfaċenti. Kuntrarjament, għandu jiġi konsidrat illi hija indebitament baxxa bħala konsegwenza ta' l-effetti tat-trażżin tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping. Indikaturi negativi oħrajn kienu t-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, it-telf tas-sehem mis-suq, it-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-impiegi, u ż-żjieda tal-livelli tal-ħażniet.

    (83) Fuq il-bażi ta' dan illi għadu kemm intqal, il-konklużjoni kif stabbilita fil-premessa 87 tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

    (84) Ġie ulterjorment dikjarat minn produttur esportatur illi kwalunkwe dannu batut mill-industrija tal-Komunità ma setax ġie ikkawżat permezz ta' l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea fid-dawl tal-fatt illi l-miżuri ta' kontra d-dumping kienu diġa' fis-seħħ għall-biċċa l-kbira tal-perjodu minn Jannar 1996 sat-tmiem tal-PI. Il-miżuri definitivi ta' kontra d-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-FKP illi joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea ġew imħħassrin f'Awissu 1999 permezz tar-Regolament (KE) Nru. 1728/99 [10].

    (85) Għandu jiġi mfakkar illi l-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-FKP illi joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea ġew imħassrin minħabba illi ġie konsidrat illi ma kien hemm l-ebda possibilità ta' rikorrenza ta' dumping wara s-sejbiet ta' reviżjoni ta' wara l-iskadenza tal-perjodu kopert bejn l-1 ta' Jannar 1996 u t-30 ta' Settembru 1997. Matul il-PI tal-proċediment kurrenti madankollu, ġie stabbilit illi kien hemm dumping u għalhekk l-argument t' hawn fuq mhuwiex validu.

    2. Importazzjonijiet oħra

    (86) Produttur esportatur iddikjara illi l-Kummissjoni kellha wkoll teżamina l-effetti possibbli ta' l-importazzjonijiet mill-Polonja, t-Turkija u r-Repubblika Ċeka.

    (87) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mill-Eurostat kien determinat illi l-livelli tal-prezzijiet illi fihom dawn l-importazzjonijiet daħlu fil-Komunità kienu ħafna ogħla mill-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-pajjiżi taħt investigazzjoni (minn 12.3 % sa 30.5 % matul il-PI). Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda raġuni illi setgħet twassal illi dawn l-importazzjonijiet jiġu klassifikati fl-istess kategorija ta' prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-pajjiżi taħt investigazzjoni u lanqas sabiex jiġi konsidrat illi kwalunkwe dannu illi seta' ġie ikkawżat minnhom kien tali illi jikser ir-rabta kawżali bejn id-dannu illi ġie soffert u d-dumping mill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati.

    3. Konklużjoni

    (88) In vista ta' dan t' hawn fuq, il-konklużjoni illi l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping ikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Komunità, kif dikjarat fil-premessa 102 tar-Regolament provviżorju, qiegħed jiġi hawnhekk konfermat.

    F. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1. Interess ta' l-industrija tal-Komunità

    (89) Peress illi ma ġew riċevuti l-ebda kummenti f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet dwar l-interess ta' l-industrija tal-Komunità ċitati fil-premessi 104 sa 106 qiegħed jiġi hawnhekk konfermat.

    2. Impatt fuq l-importaturi u l-utenti

    (90) Ġie dikjarat minn ċerti assoċjazzjoni ta' utenti u wkoll, separatament minn utent, membru ta' din l-assoċjazzjoni, illi ċerti tipi ta' FKP ma kenux qegħdin jiġu offruti mill-produtturi tal-Komunità u illi konsegwentement, l-utenti kien mġiegħla illi jġibu dawn it-tipi minn barra l-Komunità. Utent ieħor iddikjara illi l-produtturi tal-Komunità ma setgħux jissodisfaw id-domanda tal-Komunità.

    (91) L-investigazzjoni stabbilixxiet illi minkejja illi ċerti tipi ta' FKP ma kenux prodotti mill-industrija tal-Komunità matul ċertu perjodu, dan ma jfissirx illi l-industrija tal-Komunità ma tkunx f'posizzjoni illi tipproduċi dawn it-tipi. Tabilħaqq, adattamenti żgħar biss, bħal per eżempju, it-tibdil ta' l-imgħażel u l-omissjoni jew iż-żjieda ta' addittiv, illi jitlob investiment baxx, ikun meħtieġ. Fir-realtà, f'ċerti mumenti partikolari fiż-żmien, ċerti tipi ta' FKP ma kenux disponibbli peress illi l-produtturi tal-Komunità ma setgħux jikkonsenjaw il-kwantitajiet involuti bil-prezzijiet f'livelli baxxi ħafna illi l-utenti kienu lesti illi jħallsu.

    (92) Fir-rigward tal-konsum tal-Komunità, in vista tal-livell tad-dazji proposti, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati ser jibqgħu ikunu jistgħu jibqgħu jidħlu fis-suq tal-Komunità minkejja illi bi prezzijiet mhux eċċessivament imnaqqsin. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità, minkejja illi dawn fil-probabilità jiżdiedu, din iż-żjieda għandha tkun limitata peress illi l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi jeżisu wkoll. In vista ta' l-impatt tal-miżuri ta' kontra d-dumping mhumiex ser jiġu preġudikati l-għażla suffiċjenti u l-fornituri ta' l-utenti tal-Komunità.

    (93) Il-kjaratifika ġiet mitluba għall-premessa 109 tar-Regolament provviżorju, filwaqt illi kien qiegħed jiġi msemmi illi l-miżuri proposti jista' jkollhom l-impatt illi tidżied l-ispiża tal-produzzjoni ta' l-utenti b'0.6 % sa 1.2 %.

    (94) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni riċevuta mill-ftit utenti tal-Komunità illi kienu qegħdin jikkoperaw, instab illi l-impatt tal-miżuri ta' kontra d-dumping tal-FKP illi joriġinaw fl-Indja u r-Repubblika tal-Korea fuq l-ispiża ta' produzzjoni tagħhom tvarja bejn 0.6 % sa 1.2 %. Din il-konklużjoni kienet ġiet milħuqa billi ttieħdet in konsiderazzjoni l-importanza tal-FKP fl-ispiża ta' produzzjoni tal-prodotti lesti ta' l-utenti, il-dazju medju provviżorju ta' kontra d-dumping impost fuq l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea u l-Indja u s-sehem fis-suq ta' l-importazzjonijiet Koreani u Indjani mqabblin mal-konsum tal-Komunità matul il-PI.

    (95) Huwa ċar illi s-sitwazzjoni illi utent partikolari jsib ruħu fiha hija dipendenti fuq il-grad illi fuqu hija timporta mill-pajjiżi u l-produtturi esportaturi konċernati, u fuq l-istruttura propjra tagħha ta' l-ispejjeż. L-impatt medji kwotat għaldaqstant jagħti stampa ta' kumpannija b' rappreżentanza medja ta' tendenza ta' akkwist alternattiv, illi r-Repubblika tal-Korea u l-Indja jammontaw għal 14.7 %.

    (96) Wara l-publikazzjoni tar-Regolament provviżorju, numru ta' utenti tal-Komunità iddikjaraw illi l-imposizzjoni ta' dazji ta' kontra d-dumping ikollha effetti negattivi fuq il-kompetitività tagħhom fis-suq tal-produtturi illi jinsabu eqreb għall-punt tal-bejgħ milli mill-punt ta' produzzjoni u finalment tippreġudika s-sopravvivvenza tagħhom. Fl-opinjoni tagħhom, l-imposizzjoni ta' dazji ta' kontra d-dumping jiskattaw żjidiet fil-prezzijiet liema żidiet l-utenti jkollhom il-ħtieġa illi jirriflettu fil-prezzijiet tal-prodotti illi jkunu ser jinbiegħu. Dan l-iżvilupp ikollu l-effett illi jikkawża żjieda fl-importazzjonijiet tal-prodotti illi jkunu għall-bejgħ lill-utenti bil-prezzijiet l-aktar baxxi minn pajjiżi terzi oħra u mill-pajjiżi konċernati f'din l-investigazzjoni u jobbligaw lil ċerti produtturi tal-Komunità ta' prodotturi ta' prodotti għall-konsum finali illi jinkorporaw il-FKP illi jirrilokaw il-produzzjoni barra mill-Komunità.

    (97) Madankollu, l-analiżi ta' l-impatt massimu medju tal-miżuri proposti fuq l-utenti tindika illi l-imposizzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping probabilment mhiex ser tikkawża żjieda sostenzali fl-importazzjoni ta' prodotti rħas għall-konsum finali fil-Komunità. Din il-konklużjoni hija wkoll milħuqa fin-nuqqas ta' provi mill-utenti konċernati illi jissostanzjaw id-dikajrazzjoni tagħhom, u tabilħaqq, dawn l-effetti ma kenux pależi matul il-perjodu meta l-miżuri rigwardanti l-FKP ta' l-imgħoddi kienu viġenti. Barra minn dan, għandu jiġi nnutat illi prodotti lesi minsuġin (bħal dawk użati fil-ħwejjeġ u l-għamara tad-dar) jaqgħu taħt ir-restrizzjonijiet kwantitattivi tas-sistema tal-kwoti tat-tessili.

    (98) Peress illi l-eżami ta' l-argumenti t' hawn fuq mogħtija mill-kumpanniji utenti ma twassalx għal konklużjonijiet ġodda, l-konsiderazzjonijiet tal-premessi 109 u 111 tar-Regolament provviżorju fuq l-impatt probabbli tal-miżuri proposti fuq l-utenti qiegħed jiġi hawnhekk konfermat.

    3. Konklużjoni

    (99) L-argumenti l-ġodda riċevuti fir-rigward tad-determinazzjoni ta' l-interess tal-Komunità, mhumiex konsidrati tali illi jwasslu għall-irtirar tal-konklużjoni illi ma jeżistux raġunijiet serji kontra l-imposizzjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping. Il-konklużjonijiet provviżorji huma għaldaqstant konfermati.

    G. DAZJU DEFINITTIV

    (100) In vista tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, danni, kawżalità u l-interess tal-Komunità, huwa konsidrat illi l-miżuri definittivi ta' kontra d-dumping għandhom jiġu imposti sabiex jiġi prevenut illi jiġu rekati danni ulterjuri fuq l-industrija tal-Komunità permezz ta' l-importazzjonijiet illi huna l-oġġett ta' dumping mill-Indja u mir-Repubblika tal-Korea.

    1. Livell ta' eliminazzjoni ta' danni

    (101) Kif spjegat fil-premessa 116 tar-Regolament provviżorju, il-livell mhux dannuż tal-prezzijiet illi ġie determinat. Dan il-livell ikun ikopri l-ispiża sħiħ tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità u profitt raġjonevoli illi jkun inkiseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet illi jkunu l-oġġetti tad-dumping mis-suq mill-pajjiżi konċernati.

    (102) Xi produtturi esportaturi argumentaw illi 6 % għandu jkun użat bħala profitt raġjonevoli, b' referenza għall-każijiet fuq il-FKP u l-ħajt tramat filamentat tal-poliesteru (ĦTP) illi ippreċedew l-investigazzjoni kontra l-Awstralja u oħrajn. Madankollu, f'dan l-aħħar proċediment, ġie determinat profitt raġjonevoli f'livell ta' 10 % kif kien anke l-każ għall-investigazzjoni kurrenti. Produtturi esportaturi oħrajn argumentaw illi l-profitt raġjonevoil għandu jkun saħansitra aktar baxx, bħal 4 %, peress illi l-profitabilità globali ta' l-industrija tal-Komunità kien aħjar issa miż-żmien tal-proċedimenti oħrajn illi jirrigwardaw il-Belarus fir-Regolament (KE) Nru 1490/96 [11] u l-Indoneżja fir-Regolament (KE) Nru. 2160/96 [12].

    (103) Għandu jiġi innutat illi l-Kummissjoni indikat fi premessa 116 tar-Regolament provviżorju illi marġni ta' 10 % għandu jiġi konsidrat bħala l-livell ta' profitt illi jkun seta' ġie miksub fin-nuqqas ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping.

    (104) Il-livell ta' profitt illi huwa konsidrat raġjonevoli huwa determinat fuq il-bażi ta' dak illi l-industrija tal-Komunità għandha l-prabilità illi tikseb fin-nuqqas ta' dumping dannuż. Kif il-PI ta' l-investigazzjonijiet preċedenti kienu differenti u l-effetti tad-dumping illi jwaqqgħu l-prezzijiet stabbiliti f'dawk il-każijiet, kien ta' ordni differenti, mhemm l-ebda raġuni illi jiġi preżunt illi l-industrija tal-Komunità tkun kisbet l-istess livell ta' profitt. Konsegwentement, il-livelli preċedenti ta' profitt mhumiex neċessarjament xierqa fil-każ preżenti. F'dan ir-rigward, issir ukoll referenza għar-raġjunament illi jkun jinsab fil-premessa 117 tar-Regolament provviżorju.

    (105) Konsegwentement, ibbażat fuq dan illi ntqal, il-konklużjonijiet illi jinsabu fil-premessa 117 tar-Regolament provviżorju qegħdin jiġu hawnhekk konfermati.

    2. Forma u Livell ta' Dazju

    (106) Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, ir-rati ta' dazju ta' kontra d-dumping illi ġejjin jikkorrispondu mal-marġni tad-dumping meta jinstab illi dawn huma aktar baxxi mill-marġni tad-danni. Dan huwa l-każ għall-kumpanniji kollha barra waħda.

    Pajjiż | Kumpanniji | Rata tad-dumping |

    L-Indja | Indian Organic Chemicals Limited | 14.7 % |

    JCT Limited | 32.6 % |

    Il-Kumpanniji l-oħrajn kollha | 35.4 % |

    Ir-Repubblika tal-Korea | Daehan Synthetic Fibre Co. Ltd | 0 % |

    Huvis Corporation | 4.8 % |

    SK Global Co. Ltd | 4.8 % |

    Sung Lim Co. Ltd | 0 % |

    Il-Kumpanniji l-oħrajn kollha | 20,2 % |

    (107) Ir-rati tad-dazju ta' kontra d-dumping għall-kumpanniji individuali ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Għaldaqstant, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta' dazju (bil-kontra tad-dazju mal-pajjiż kollua applikabbli għall-"kumpanniji l-oħrajn kollha") huma għaldaqstant esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti illi joriġinaw fil-pajjiż konċernat uprodotti mill-kumpanniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux speċifikatament msemmijin fil-parti operattiva ta' kwalunkwe Regolament bl-isem u l-indirizz tiegħu, inklużi l-entitajiet illi jirrigwardaw dawn speċifikatament imsemmijin, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu bla ħsara għar-rata ta' dazju applikabbli għall-"kumpanniji l-oħrajn kollha".

    (108) Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju (e.g. wara bidla fl-isem ta' l-entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ta' produzzjoni jew bejgħ ġodda)għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni [13] minnufih bl-informazzjoni kollha relevanti, b'mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ għall-esportazzjoni assoċjat ma', per eżempju, mat-tali bidla fl-isem u mat-tali bidla fl-entitajiet tal-prodotti u l-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk opportun, wara illi tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, ser temenda kwalunkwe Regolament skond il-każ billi taġġorna l-lista tal-kumpanniji illi tibbenefika mir-rati ta' dazju individwali.

    H. ĠBIR TAD-DAZJU PROVVIŻŻORJU

    (109) In vista tal-kobor tal-marġni tad-dumping misjuba għall-produtturi esportaturi, u fid-dawl tas-serjetà tad-danni ikkawżati lill-industrija tal-Komunità, huwa konsidrat neċessarju illi l-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju ta' kontra d-dumping taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 124/2000 [14] jiġu definittivament miġbura sal-limitu ta' l-ammont tad-dazji definittivi imposti jekk dan l-ammont ikun egwali jew aktar baxx mill-ammont tad-dazju provviżorju. Inkella, l-ammont tad-dazju provviżorju biss għandu jiġi miġbur definittivament. L-ammonti assigurati aktar mir-rata tad-dazju definittiv ta' kontra d-dumping għandu jiġi rilaxxat.

    (110) Wara l-għaqda ta' l-attivitajiet tan-negozju fil-poliesteru ta' Samyang Corporation u SK Chemicals Co. Ltd f'kumpannija waħda illi kellha konġuntivament sid wieħed, i.e. Huvis Corporation, il-ġabra definittiva tad-dazji provviżorji imposti għandha ssir b' referenza għal Huvis Corporation, fil-każ ta' dawn iż-żewġ kumpanniji.

    I. OBBLIGU

    (111) Sussegwenti għall-imposizzjoni tal-miżuri provviżorji ta' kontra d-dumping, produttur esportatur fl-Indja offra obbligu fir-rigward tal-prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

    (112) Il-Kummissjoni tikkonsidra illi l-obbligu offrut minn Reliance Industries Limited jista' jiġi aċċettat peress illi jelimina l-effett dannuż tad-dumping. Barra minn hekk, ir-rapporti regolari u dettaljati illi l-kumpannija obbligat ruħha illi tipprovdi lill-Kummissjoni ser tippermetti monitoraġġ effettiv u l-istruttura tal-kumpannija hija tali illi l-Kummissjoni tikonsidra illi r-riskju ta' evażjoni ta' l-obbligu offru mill-istess kumpannija ġie minimizzat.

    Sabiex jiġi assigurat ir-rispett u l-monitoraġġ effettivi ta' l-obbligu, meta t-talba għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera skond l-obbligu ma tkunx tista' tiġi ippreżentata, l-eżenzjoni mid-dazju hija soġġetta għall-preżentazzjoni tal-fattura kummerċjali illi jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Anness illi hija meħtieġa sabiex id-dwana taċċerta ruħha illi l-konsenji jikkorrispondu għad-dokument kummerċjali illi jkun fih il-livell ta' dettall meħtieġ. Meta ma tkunx ġiet preżentata din il-fattura, jew meta ma tkunx tikkorrispondenti mal-prodotti preżenti lid-dwana, ir-rata ta' dazju kontra d-dumping dovuta għandha ssir pagabbli.

    (113) Fil-każ ta' suspett ta' ksur, ta' ksur jew irtirar ta' l-obbligu jista' jiġi impost id-dazju ta' kontra d-dumping skond l-Artikoli 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Qiegħed jiġi hawnhekk impost dazju definittiv ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi klassifikati polisteru, illi ma jkunux ġew proċessati minn makna illi tħoll l-għoqiedi fil-fibri, moxtjati jew b' xi mod ieħor proċessati għat-tidwir, illi jaqgħu fil-kodiċi NM 55032000 u illi joriġinaw fl-Indja u fir-Repubblika tal-Korea.

    2. Ir-rata tad-dazju definittiv applikabbli għall-prezzijiet netti ħielsa minn kull piż mal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għall-prodotti prodotti mill-kumpannijiet indikati ser tkun kif ġej:

    Pajjiż | Kumpanniji | Rata ta' Dazju | Kodiċi addizzjonali TARIC |

    L-Indja | Indian Organic Chemicals Limited,Bhupati Chambers3rd Floor, 13 Mathew Road,Mumbai — 400 004 | 14.7 % | A148 |

    JCT Limited,Thapar House, 124 Janpath,New Delhi — 110 001 | 32.6 % | A149 |

    Il-Kumpanniji l-Oħrajn Kollha | 35.4 % | A999 |

    Ir-Repubblika tal-Korea | Daehan Synthetic Fibre Co. Ltd,162-1 Changchoong-dongChung-gu,Seoul, Korea | 0 % | A150 |

    Huvis Corporation,77-1 Garak-dong,Songpaku,Seoul, Korea | 4.8 % | A151 |

    SK Global Co. Ltd,36-1, 2Ga, Ulchiro,Chung-Gu Seoul, Korea | 4.8 % | A153 |

    Sung Lim Co. Ltd,Rum 502, Shinhan Building,Youido-DongYoungdungpo-Ku Seoul, Korea | 0 % | A154 |

    Il-Kumpanniji l-oħrajn kollha | 20.2 % | A999 |

    3. Minkejja l-Artikolu 1(1), id-dazju definittiv m' għandux japplika għall-importazzjonijiet rilaxxati għa-ċirkolazzjoni ħielsa skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2.

    4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    1. Prodotti manufatturati mill-kumpanniji illi ġejjin u importati skond il-paragrafu 2 għandhom jiġu eżentati mid-dazju fl-Artikolu 1:

    Kumpanniji | Pajjiż | Kodiċi Addizzjonali TARIC |

    Reliance Industries Limited,Marker Chambers IV, 3rd Floor222, Nariman Point,Mumbai 400 021 | L-Indja | A212 |

    2. L-importazzjonijiet dikjarati taħt l-kodiċi addizzjoni TARIC A212 għandhom jiġu eżentati mid-dazji ta' kontra d-dumping imposti mill-Artikolu 1 jekk ikunu prodotti u esportati direttament (i.e. fatturati u trasportati bil-baħar) lejn kumpannija illi tkun qegħda taġixxi bħala importatur fil-Komunità mill-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 1, jekk kemm-il darba l-fattura kummerċjali preżentatata lill-awtoritajiet tad-dwana relevanti fl-istess ħin bħat talba għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jkunfiha l-informazzjoni elenkata fl-Anness.

    3. L-eżenzjonijiet mid-dazji għandhom ikunu soġġetti ulterjorment għall-merkanzija dikjarata u preżentata lid-dwana illi tikkorrispondi preċiżament għad-deskrizzjoni tal-fattura kummerċjali.

    Artikolu 3

    1. L-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet illi joriġinaw fl-Indja u fir-Repubblika tal-Korea taħt ir-Regolament (KE) Nru 1472/2000 għandhom jiġu miġbura bir-rata ta' dazju definittiva imposta minn dan ir-Regolament. L-ammonti assigurati b' aktar minn dak dovut taħt ir-rata tad-dazju definittiv ta' kontra d-dumping għandhom jiġu rilaxxati. Fil-każijiet fejn ir-rata ta' dazju definittiv impost huwa ogħla mir-rata ta' dazju provviżorju, l-ammonti assigurati fil-livell tad-dazju provviżorju għandhom jiġu miġburi definittivament.

    2. Fir-rigward tal-Korporazzjoni Samyang u SK Chemicals Co. Ltd., l-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju għandu jiġi miġbur fil-livell tad-dazju impost definittivament minn dan ir-Regolament fuq il-Huvis Corporation. L-ammonti assigurati illi jkunu jaqbżu r-rata ta' dazju definittiv impost fuq il-Huvis Corporation għandhom jiġu rilaxxjati.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 22 Diċembru 2000.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    C. Pierret

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

    [2] ĠU L 166, 06.07.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1899/2000 (ĠU L 228, 08.09.00, p. 24).

    [3] ĠU L 175, 14.07.00, p. 10.

    [4] ĠU L 9, 15.01.93, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 907/97 (ĠU L 131, 23.05.97, p. 1).

    [5] ĠU L 204, 04.08.99, p. 3.

    [6] ĠU L 189, 22.07.99, p. 19.

    [7] ĠU L 189, 22.07.99, p. 50.

    [8] ĠU L 68, tal-11.3.1994, p. 5 u ĠU L 249, tas-17.10.1995, p. 3.

    [9] ĠU L 156, 07.07.95, p. 5

    [10] ĠU L 204, 04.08.99, p. 3.

    [11] ĠU L 189, 30.07.96, p. 13.

    [12] ĠU L 289, 12.11.96, p. 14. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1822/98 (ĠU L 236, 22.08.98, p. 3).

    [13] Kummissjoni Ewropea, Directorate General Trade, Directorate B, TERV - 0/13, Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel/Belġju.

    [14] ĠU L 16, 21.01.00, p. 30.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Informazzjoni meħtieġa għall-fatturi kummerċjali illi jakkumpanjaw il-bejgħ illi jkun sar suġġett għall-obbligu.

    Elementi illi għandhom jiġu indikati fil-fatturi kummerċjali msemmija fl-Artikolu 2(2):

    1. Numru tal-Fattura.

    2. Kodiċi addizzjonali TARIC illi taħtu l-merkanzija fuq il-fattura tista' tiġi mogħtija l-approvazzjoni mid-dwana fuq il-fruntieri tal-Komunità (kif speċifikat fir-Regolament).

    3. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, illi tinkludi:

    - il-prodotti illi jirrappurtaw in-numru tal-Kodiċi (PRC) (Kif stabbilit fl-obbligu offrut mill-produttur esportatur in kwestjoni);

    - il-kodiċi NM;

    - kwantità (illi għandha tingħata f'kg).

    4. Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, inklużi:

    - il-prezzijiet għal kull kg;

    - il-kondizzjonijiet tal-ħlas applikabbli;

    - il-kondizzjonijiet tal-konsenja applikabbli;

    - skont u tnaqqis fil-prezz totali.

    5. Isem tal-kumpannija illi tkun qegħda taġixxi bħala importatur illi lilha tkun ġiet maħruġa l-fattura direttament mill-kumpannija.

    6. L-isem ta' l-uffiċjali tal-kumpannija illi tkun ħarġet il-fattura skond l-obbligu u id-dikjarazzjoni iffirmata illi ġejja:

    "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi l-bejgħa għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qegħda ssir fil-parametri u taħt il-kondizzjonijiet ta' l-obbligu illi ġie offrut minn … (kumpannija), u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni Nru 2000/818/KE. Jiena niddikjara illi l-informazzjoni provduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta."

    --------------------------------------------------

    Top