EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2722

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2722/2000 tat-13 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istrument Finanzjarju għat-Tmexxija tas-Sajd (FIFG) jista' jagħmel kontribut lejn l-eliminazzjoni ta' riskji patoloġiċi fl-akwakultura

ĠU L 314, 14.12.2000, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2007; Imħassar b' 32007R0498

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2722/oj

32000R2722



Official Journal L 314 , 14/12/2000 P. 0010 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2722/2000

tat-13 ta' Diċembru 2000

li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istrument Finanzjarju għat-Tmexxija tas-Sajd (FIFG) jista' jagħmel kontribut lejn l-eliminazzjoni ta' riskji patoloġiċi fl-akwakultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati dwar l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd [1], u partikolarment l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 15(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 espliċitament jippermetti l-għajnuna Komunitarja mill-Istrument Finanzjarju għat-Tmexxija tas-Sajd (FIFG) għall-eliminazzjoni ta' riskji patoloġiċi fl-akwakultura. Huwa għalhekk possibbli li l-produtturi jkunu kumpensati għall-qtil ta' annimali ta' l-akwakultura.

(2) L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-infiq fis-settur veterinarju [2], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [3], jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw kontribut finanzjarju Komunitarju lejn programmi għall-eliminazzjoni u għall-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali, b'mod partikolari li l-marda trid tkun elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni, il-programm tal-qtil irid ikun approvat mill-Kummissjoni (inkluż il-kumpens għall-produtturi possibbli), u l-infiq (inkluż xi kumpens għall-produtturi) jista jkun eliġibbli għal kontribut finanzjarju Komunitarju.

(3) Bl-eċċezzjoni ta' kampanji biex jitlaqqmu annimali ta' l-akwakultura, għandha tkun evitata sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 twassal għal proċedura u kondizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(4) Fejn id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta' l-imsemmi l-Artikolu 24 mhumiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [4], għandu jkun stabbilit li r-Regolament jibqa' japplika lill-FIFG.

(5) L-akkumulazzjoni ta' għajnuna Komunitarja għall-istess skema biex jiġu eliminati r-riskji patoloġiċi fl-akwakultura, iridu jkunu projbiti.

(6) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u ta' l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Fejn, għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni tar-riskji patoloġoċi ta' l-akwakultura, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipprovdi għal għajnuna finanzjarja Komunitarja mill-FIFG taħt l-Artikolu 15(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

2. Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' kampanji għat-tilqim ta' annimali ta' l-akwakultura.

3. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji dwar il-Fondi Strutturali stabbiliti fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom jibqgħu japplikaw.

4. L-għajnuna ta' l-FIFG għal proġett ta' eliminazzjoni ma tistax tiġi akkumulata ma' għajnuna Komunitarja oħra.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kolha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, tas-17.12.1999, p. 10.

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[4] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top