Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1998

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/2000 tal-21 ta’ Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1374/98 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġament għall-importazzjoni u kwoti tat-tariffi miftuħin għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenzi għall-esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    ĠU L 238, 22.9.2000, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2001; Impliċitament imħassar minn 32001R2535

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1998/oj

    32000R1998



    Official Journal L 238 , 22/09/2000 P. 0028 - 0029


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/2000

    tal-21 ta’ Settembru 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1374/98 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġament għall-importazzjoni u kwoti tat-tariffi miftuħin għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenzi għall-esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni u l-kwoti tat-tariffi miftuħin għal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 1491/2000 [4], jistabilixxi l-kwantitaiet għal-liema liċenza ta’ l-importazzjoni m’hix meħtieġa.

    (2) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jfassal regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward tal-liċenzi ta’ l-esportazzjoni u ħlasijiet lura ta’ l-esportazzjoni fil-każijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [5], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 1961/2000 [6], jistipula l-każijiet fejn liċenza ta’ l-esportazzjoni m’hix meħtieġa.

    (3) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jfassal regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u iffissar taċ-ċertifikati bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [7] stabbilit 150 kg bħala kwantità massima tal-prodotti tal-ħalib għal-liema l-ebda liċenza m’hemm bżonn li tkun sottomessa. Biex tikkjarifika l-affarijiet, id-dispożizzjonijiet rilevanti għar-Regolamenti (KE) Nru 1374/98 u (KE) Nru 174/1999 għandhom ikunu adatti u dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu introdotti għall-prodotti tal-ħalib li jidderogaw minn xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1291/2000.

    (4) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "L-Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għat-Titolu II tar-Regolament (KE) 1291/2000, l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità ta’ kwalunkwe prodotti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (minn hawnhekk issir riferenza għalih bħala ‘prodotti tal-ħalib’) għandu jkun bla ħsara għall-preżentazzjoni tal-liċenza ta’ l-importazzjoni."

    Artikolu 2

    "L-Artikolu 2

    Ħlasijiet lura għandhom ikunu mogħtija fil-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni, l-unika eċċezjoni tkun fil-każijiet li ssir riferenza għalihom fl-ewwel u fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

    Għall-iskopijiet tar-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fejn kodiċi separati fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet kif stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (2) jew fin-nomenklatura magħquda huma mdaħħla fid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, l-partikolaritajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kull kodiċi huma meqjusa li jikkostitwixxu dikjarazzjoni separata."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2000.

    Dan ir-Regolament għhandu jorbot fl-intier tiegħhu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Settembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

    [3] ĠU L 185, tat-30.6.1998, p. 21.

    [4] ĠU L 168, tat-8.7.2000, p. 10.

    [5] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

    [6] ĠU L 234, tas-16.9.2000, p. 10.

    [7] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top