Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1623

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 ta’ l-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45–99 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Imħassar b' 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1623/oj

32000R1623



Official Journal L 194 , 31/07/2000 P. 0045 - 0099


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000

ta’ l-25 ta’ Lulju 2000

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 24,25,26, 33, 34, 35, 36 u 80 tiegħu,

Billi:

(1) It-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-mekkaniżmi tas-suq u għall-kumplament jirreferi għal regoli dettaljati ta’ implementazzjoni li trid tadotta l-Kummissjoni.

(2) S’issa, dawk ir-regoli kienu jinsabu f’bosta regolamenti Komunitarji. Fl-interess ta’ l-operaturi ekonomiċi fil-Komunità u l-awtoritajiet li jridu japplikaw ir-regoli Komunitarji, dawn id-dispożizzjonijiet kollha jmisshom jinġabru f’Regolament wieħed.

(3) Dan ir-Regolament għandu jinkludi r-regoli kurrenti u jrid jadatthom għall-ħtiġiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Iridu wkoll jiġu ssimplifikati u jsiru aktar koerenti u jridu jimtlew xi nuqqasijiet sabiex ir-regoli Komuntarji f’dan is-settur ikunu kompleti. Minn barra dan, xi regoli jridu jsiru aktar speċifiċi sabiex tiġi żgurata iċ-ċertezza legali fl-applikazzjoni tagħhom.

(4) L-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jintroduċi skemi għall-għajnuna għall-użu ta’ most ta’ l-għeneb u most ta’ l-għeneb konċentrat magħmul minn għeneb prodott fil-Komunità għall-iskop tal-produzzjoni tal-meraq ta’ l-għeneb jew prodotti kommestibbli oħra magħmulin b’dan il-meraq.

(5) Dawn il-prodotti kommestibbli oħra jridu jiġu speċifikati.

(6) L-iskop ekonomiku ta’ l-iskema għall-għajnuna hu li jħeġġeġ l-użu ta’ materja prima ġejja mill-Komunità u mhux materja prima mpurtata fil-manufattura tal-meraq ta’ l-għeneb jew prodotti kommestibbli oħra magħmulin minn dan il-meraq. L-għajnuna trid tingħata, skond dan, lill-utenti tal-materja prima, jiġifieri lill-proċessuri.

(7) Għandu jiġi stabbilit illi l-għajnuna tingħata biss għall-materja prima bil-karattaristiċi tal-kwalità meħtieġa għall-ipproċessar għall-meraq ta’ l-għeneb. B’mod partikolari għandu jiġi speċifikat illi l-għeneb u l-għeneb ġdid koperti minn dikjarazzjoni jrid ikollhom densità f’20 °C ta’ bejn 1055 u 1100 gramma għal kull ċentimetru kubiku.

(8) L-applikazzjoni ta’ l-iskema għall-għajnuna teħtieġ sistema amministrattiva għas-sorveljanza ta’ l-oriġini tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna kif ukoll ta’ l-użu ntenzjonat.

(9) Sabiex jiġi żgurat li l-iskema għall-għajnuna u l-kontrolli jaħdmu sew, il-proċessuri nvoluti għandu jkunu meħtieġa jagħtu dikjarazzjoni bil-miktub li tkun tiġbor fiha l-informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza ta’ l-operazzjonijiet.

(10) Madanakollu, sabiex tiġi evitata amministrazzjoni żejda għall-proċessuri kif ukoll għall-awtoritajiet involuti, ma jridx ikun hemm il-ħtieġa ta’ prospett bil-miktub minn qabel għal proċessuri li jużaw biss ammont żgħir ta’ għeneb jew inbid magħsur qabel ma jiħmar kull sena ta’ l-inbid. Dik il-kwanitità għandha tkun fissa. Madankollu, il-proċessuri nvoluti jridu javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tagħhom fil-bidu tas-sena dwar l-intenzjoni tagħhom li jipproċessaw xi ammont ta’ għeneb jew inbid magħsur qabel ma jiħmar.

(11) Meta l-proċessur ma jkunx l-utent tal-prodott involut, b’mod partikolari meta l-awtorità ta’ spezzjoni tkun fi Stat Membru differenti minn dak tal-proċessur, m’huwiex dejjem faċli għal dik l-awtorità li tkun taf jekk il-prospett huwiex dwar inbid magħsur qabel ma jiħmar li ma ngħatax l-għajnuna taħt dan ir-Regolament jew dwar meraq ta’ l-għeneb li għalih diġà ġiet preżentata applikazzjoni għall-għajnuna. Id-dokument tat-trasport li jmur mal-prodott involut għandu għaldaqstant juri jekk ġietx preżentata applikazzjoni għall-għajnuna.

(12) Sabiex l-iskema għall-għajnuna żżid l-użu ta’ materja prima tal-Komunità, għandu jiġi stabbilit illi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jingħataw għal ammont minimu stabbilit għal kull prodott.

(13) Skond l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, parti mill-għajnuna trid jintuża għall-organizazzjoni ta’ kampanji li jħeġġu l-konsum tal-meraq ta’ l-għeneb. Il-perċentwal ta’ l-għajnuna mwarrba għal dan l-iskop irid ikun biżżejjed sabiex jiġġenera biżżejjed fondi għall-finanzjament ta’ kampanji promozzjonali effettivi.

(14) L-ipproċessar isir minn proċessuri okkażjonali kif ukoll minn kumpaniji li jaħdmu kontiwament. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema għall-għajnuna jridu jqisu dik id-differenza fl-istrutturi.

(15) Sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa, l-obbligi tal-proċessuri fir-rigward tal-kontijiet tal-ħażniet jridu jiġu speċifikati.

(16) Sabiex jiġi evitat l-infiq bla bżonn u sabiex jiġu faċilitati l-kontrolli, għandu jiġi stabbilit ratio massimu bejn il-materja prima wżata u l-meraq ta’ l-għeneb miksub, maħdum fuq metodi ta’ teknika normali ta’ l-ipproċessar.

(17) Minħabba raġunijiet kummerċjali, xi operaturi jaħżnu l-meraq miksub għal żmien twil qabel ma jagħtuh għall-konsum. Jekk dan ikun il-każ, għandha tiġi ntrodotta sistema ta’ ħlas bil-quddiem sabiex l-għajnuna tkun tista’ titħallas bil-quddiem lill-operaturi kontra garanzija xierqa li tħares lill-awtoritajiet kompetenti kontra r-riskju ta’ pagament mhux dovut. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit it-terminu għall-ħlas bil-quddiem, flimkien ma’ regoli dettaljati għar-rilaxx tal-garanziji.

(18) Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-partijiet involuti jridu jippreżentaw applikazzjoni flimkien ma’ dokumenti ta’ appoġġ. Sabiex ikun żgurat li s-sistema taħdem bl-istess mod f’kull Stat Membru, għandhom jiġu stabbiliti it-termini għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet u għall-ħlas ta’ l-għajnuna lill-proċessuri.

(19) Skond l-Artikolu 44(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-meraq ta’ l-għeneb ma jistax jinqeleb f’inbid jew jiġi miżjud ma’ l-inbid. Sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, l-obbligi u l-kontrolli speċjali tal-proċessuri u ta’ dawk li jimlew il-fliexken ta’ l-inbid iridu jiġi speċifikati.

(20) L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jintroduċi skema ta’ għajnuna għall-inbid konċentrat magħsur qabel ma jiħmar u għall-inbid konċentrat u msaffi li huwa magħsur qabel ma jiħmar fil-Komunità u wżat sabiex tiżdied il-qawwa alkoħolika ta’ l-inbejjed.

(21) Skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jistgħu jiġu stabbiliti regoli dettaljati, b’mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna. Skond dan, irid ikun hemm regoli għall-applikazzjoni tal-miżura fil-każ ta’ produtturi żgħar. Għandu jiġi stabbilit ukoll illi huma biss il-produtturi li jissodisfaw l-obbligi Komuntarji tagħhom fi żmien speċifikat illi huma eliġibbli skond din il-miżura.

(22) L-awtoritajiet kompetenti jridu jiġu mgħarrfa dwar operazzjonjiet ta’ arrikkament li jinvolvu ż-żieda ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi u dwar l-ammonti ta’ dawk il-prodotti li jinżammu. Billi l-ammonti ta’ dawk il-prodotti li jintużaw jew li ntużaw għall-arrikkament jridu jiġu dokumentati fir-reġistri stabbiliti fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, m’huwiex meħtieġ li jiġu preżentati aktar dokumenti sabiex tingħata l-għajnuna.

(23) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskema għall-għajnuna nvoluta, irid jiġi armonizzat fuq livell Komunitarju il-metodu li bih tiġi stabbilità l-qawwa alkoħolika potenzjali tal-most ta’ l-għeneb

(24) Il-prezz tal-fabbrika tal-most ta’ l-għeneb użat fil-produzzjoni ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u tal-most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi jinħadem skond il-qawwa alkoħolika naturali potenzjali tiegħu. Sabiex jiġi meqjus dan il-fatt u sabiex jiġi evitat xkiel għall-mudell ta’ kummerċ eżistenti, irid ikun hemm differenza fl-għajnuna sabiex ammont ogħla jingħata għall-most ta’ l-għeneb konċentrat u most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi li ġej mir-reġjuni l-aktar ‘l isfel tal-Komunità, li tradizzjonalment jipproduċu most ta’ l-għeneb bl-aktar livell għoli ta’ Qawwa alkoħolika naturali potenzjali.

(25) L-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jintroduċi skema għall-għajnuna għall-użu ta’ most ta’ l-għeneb u dak konċentrat fiż-żoni ta’ tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III (a) u Ċ III (b) għall-preparazzjoni ta’ xi prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 fir-Renju Unit u fl-Irlanda u għall-użu ta’ nbejjed ġodda konċentrati prodotti fil-Komunità fil-produzzjoni ta’ xi prodotti mibjugħin fir-Renju Unit u fl-Irlanda b’istruzzjonijiet ta’ l-użu tagħhom sabiex tinkiseb xarba bħall-inbid.

(26) Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 msemmijin fl-Artikolu 35(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huma bħalissa prodotti biss mill-most ta’ l-għeneb konċentrat. F’dan l-istadju allura, l-għajnuna trid tiġi stabbilità għall-użu tal- most ta’ l-għeneb konċentrat biss.

(27) L-applikazzjoni ta’ l-iskemi għall-għajnuna għandha bżonn sistema amministrattiva għas-sorveljanza ta’ l-oriġini tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna kif ukoll ta’ l-użu ntenzjonat.

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-iskema għall-għajnuna u tal-kontrolli joperaw sew, ikun tajjeb jekk il-proċessuri nvoluti jkunu jridu jagħtu applikazzjonijiet bil-miktub bl-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott u sabiex jiġu kontrollati l-operazzjonijiet.

(29) Sabiex l-iskema għall-għajnuna żżid l-użu ta’ prodotti Komunitarji, irid jiġi stabbilit li l-applikazzjonijiet għall-gaħjnuna jridu jiġu preżentati għal kwantità minima stabbilità.

(30) L-għajnuna għandha tingħata biss għal prodotti li għandhom l-karattaristiċi ta’ ammont minimu meħtieġa għall-użu għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(31) Sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa, l-obbligi tal-proċessuri għall-kontijiet tal-ħażniet iridu jiġu speċifikati.

(32) Il-jedd għall-għajnuna tingħata biss meta l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar ikunu lesti. Sabiex issir konċessjoni għat-telf tekniku, l-ammont fil-fatt użat jista’ jkun sa 10 % inqas mill-ammont iddikkjarat fl-applikazzjoni.

(33) Minħabba raġunijiet tekniċi, l-operaturi idaħħlu l-ħażniet tagħhom żmien twil qabel ma jaħdmu l-prodott mibjugħ. Jekk dan ikun il-każ, għandha tiddaħħal sistema ta’ ħlas bil-quddiem sabiex l-għajnuna tkun tista’ titħallas bil-quddiem lill-operaturi kontra garanzija xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu mħarsa mir-riskju ta’ pagament mhux dovut. It-terminu għal ħlas bil-quddiem għalhekk irid jiġi speċifikat, flimkien ma’ regoli dettaljati għal ħruġ ta’ garanziji.

(34) Taħt il-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, tista’ tingħata għajnuna għal ħżin privat għall-inbid tal-mejda, għall- most ta’ l-għeneb, għall- most ta’ l-għeneb konċentrat u għall- most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi. Skond l-Artikolu 24(2) ta’ dak ir-Regolament, l-għotja ta’ l-għajnuna tiddependi mill-iffirmar ta’ kuntratti ta’ ħżin. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-iffirmar, il-kontenut, iż-żmien ta’ validità u l-effetti ta’ dawn il-kuntratti.

(35) Il-kelma "produttur" trid tiġi deskritta u, fid-dawl ta’ l-obbligi ta’ dawn in-nies, irid jiġi stabbilit li l-produtturi jridu jkunu s-sidien tal-prodotti koperti mill-kuntratt ta’ ħżin.

(36) Irid jinżamm kontroll effettiv fuq il-prodotti koperti mill-kuntratti ta’ ħżin. Għal dan il-għan, l-aġenzija ta’ intervent ta’ Stat Membru trid titħalla biss tiffirma kuntratti għall-ammonti maħżuna fl-Istat Membru, u trid tiġi avżata dwar xi bdil fil-prodott jew post ta’ ħżin.

(37) Fl-interessi ta’ l-uniformità, il-kuntratti jridu jiġu konklużi taħt l-istess kondizzjonijiet fil-Komunità u jridu jkunu preċiżi biżżejjed sabiex il-prodott involut jiġi identifikat.

(38) L-esperjenza fid-diversi skemi għall-ħżin privat ta’ prodotti agrikoli wriet li hemm bżonn li jiġi speċifikat safejn huwa applikabbli r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 sabiex jiġu stabbiliti ż-żminijiet, id-dati u t-termini ta’ dawk l-iskemi, u li d-dati tal-bidu u tat-tmiem taż-żminijiet ta’ ħżin kuntrattwali għandhom jiġu dikjarati b’mod preċiż.

(39) Skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71, meta l-aħħar jum ta’ perjodu tkun btala pubblika, nhar ta’ Ħadd jew is-Sibt, il-perjodu jispiċċa ma’ l-aħħar siegħa tal-jum ta’ xogħol ta’ wara. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-każ ta’ kuntratti ta’ ħżin tista’ ma tkunx fl-interess ta’ l-operaturi, peress li taf twassal għal trattament inġust fejn l-aħħar jiem tal-ħżin jitressqu ‘il quddiem. Għaldaqstant għandha tiġi stabbilità deroga għal meta l-aħħar jum tal-ħżin taħt kuntratt ikun stabbilit.

(40) Sabiex jiġi żgurat li s-sistema ta’ kuntratti jkollha effett fuq il-prezzijiet tas-suq, il-kuntratti għandhom jiġu konklużi biss għal ammonti sinifikanti.

(41) Għajnuna għall-ħżin trid tiġi ristretta għal prodotti li għandhom effet fuq il-prezzijiet tas-suq. Għaldaqstant, prodotti bl-ingrossa biss għandhom jikkwalifikaw għall-għajnuna. Għall-istess raġuni, il-kuntratti għandhom ikopru biss prodotti ta’ kwalità għolja biżżejjed. Fil-każ ta’ nbid tal-mejda, il-kuntratti jridu jkunu dwar inbejjed fi stat avvanzat ta’ preparazzjoni, iżda jrid ikun hemm il-possibbiltà matul iż-żmien tal-kuntratt li jitwettqu proċessi oenoloġiċi sabiex il-preżervazzjoni tal-prodott tkun żgurata.

(42) Sabiex jiġi mħeġġeġit-titjib tal-kwalità, il-qawwa alkoħolika minima ta’ nbid u ta’ most ta’ l-għeneb eliġibbli għall-miżuri għall-ħżin trid tiġi stabbilità. Għall-istess għan, irid tkun hemm il-possibbiltà li jiġu stabibliti kondizzjonijiet iktar stretti għall-inbid tal-mejda li jaqa’ taħt kuntratti ta’ ħżin, skond il-kwalità tal-ħsad.

(43) Sabiex jiġi evitat abbuż tas-sistema, l-inbejjed tal-mejda li jkunu nħażnu taħt kuntratt ma jistgħux sussegwentement jitqiesu bħala nbejjed ta’ kwalità psr.

(44) Sabiex jiġi evitat li prodotti li jaqgħu taħt kuntratt jaffettwaw il-qagħda tas-suq, il-bejgħ u ċerti azzjonijiet ta’ tħejjija għandhom ikunu projbiti matul il-perjodu tal-ħżin kuntrattwali.

(45) Skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jistgħu jiġu addottati regoli li jippermettu li l- most ta’ l-għeneb kopert minn kuntratt għal żmien twil jiġi proċessat b’mod li jsir konċentrat jew imsaffi. Minħabba li dan l-ipproċessar huwa operazzjoni normali, irid jitħalla b’mod permanenti.

(46) L-aġenziji ta’ intervent jridu jiġu notifikati kull meta l-most ta’ l-għeneb - jiġi proċessat waqt li jkun taħt kuntratt ta’ ħżin, sabiex dawn ikunu jistħgu jwettqu l-kontrolli meħtieġa.

(47) L-ipproċessar ta’ l- most ta’ l-għeneb f’ most ta’ l-għeneb konċentrat u f’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi jnaqqas il-volum tal-prodott maħżun u allura jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ħżin. Madanakollu, billi l-prodott miksub għandu valur ogħla, iż-żjieda fl-imgħax tpatti għat-tnaqqis fl-ispejjeż. Huwa għalhekk ġustifikat, f’każijiet fejn il-prodott jiġi pproċessat waqt li jkun maħżun, li l-għajnuna tibqa’ fuq il-livell maħdum fuq il-bażi tal-kwantità ta’ most ta’ l-għeneb taħt il-kuntratt qabel l-ipproċessar matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt. Barra minn hekk, il-prodotti miksuba jrid ikollhom il-karattersitiċi meħtieġa mir-regoli Komunitarji.

(48) L-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat irid iqis l-ispejjeż tal-ħżin tekniku u l-imgħaxijiet. L-ispejjeż tal-ħżin tekniku jistgħu jvarjaw skond it-tip ta’ prodott, filwaqt li l-imgħax jinħadem skond il-valur tal-prodott. Għaldaqstant, sabiex titħaffef l-amministrazzjoni, l-ammont ta’ l-għajnuna għal kull ettolitru kuljum irid jiġi stabbilit għal gruppi separati ta’ nbejjed tal-mejda u nbejjed ġodda. Skond l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-ammont ta’ għajnuna għall- most ta’ l-għeneb konċentrat irid ikun 1,5 darbiet ogħla minn dak għall-most ta’ l-għeneb. Madanakollu, l-ammonti stabbilit f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet sustanzjali fil-prezzijiet tas-suq jew fir-rati ta’ l-imgħax.

(49) Għandu jkun possibbli wkoll li jitqassar il-perjodu ta’ ħżin f’każijiet fejn il-prodotti huma intenzjonati għall-esportazzjoni malli jinħarġu mill-ħżin. Għandha tingħata prova li l-prodotti jkunu ġew esportati bl-istess mod kif isir għar-rifużjonijiet, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli [2].

(50) Sabiex jiġi żgurat li din is-sistema hija effettiva filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġiet amministrattivi ta’ l-aġenziji ta’ intervent, irid jiġi stabbilit terminu għall-ħlas ta’ l-għajnuna. Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien twil, sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ likwidità tal-produtturi nvoluti, l-Istati Membri jridu jitħallew idaħħlu skema ta’ ħlas bil-quddiem bl-għoti ta’garanziji xierqa.

(51) Meta kuntratt ta’ ħżin għall-inbid tal-mejda jispiċċa, il-produtturi jistgħu, fuq talba, iffirmaw kuntratt ġdid b’formalitajiet sempliċi sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-iffirmar ta’ kuntratt ġdid għall-isess prodott.

(52) Is-suq għall-most ta’ l-għeneb u għall-most ta’ l-għeneb konċentrat għall-produzzjoni tal-meraq ta’ l-għeneb qiegħed jikber u, sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-prodotti ta’ l-għenba għal skopijiet oħra minbarra l-inbid, għandu jitħalla jsir il-bejgħ ta’ l- most ta’ l-għeneb u l- most ta’ l-għeneb konċentrat koperti minn kuntratti ta’ ħżin u maħsubin għall-produzzjoni tal-meraq ta’ l-għeneb mill-ħames xahar tal-kuntratt ‘il quddiem wara sempliċi avviż mill-produttur lill-aġenzija ta’ intervent. L-istess possibbiltà għandha tapplika għall-promozzjoni ta’ l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti.

(53) Il-prodotti li jistgħu jinkisbu bid-distillazzjoni jridu jiġu speċifikati, u b’mod partikolari l-ħtiġiet minimi tal-kwalità għall-alkoħol newtrali jridu jiġu stabbiliti. Waqt li jiġu stabbiliti dawn il-ħtiġiet, għandu jiġi meqjus il-progess teknoloġiku, kif ukoll il-ħtieġa li l-alkoħol prodott ikun jista’ jinbiegħ normalment fuq is-swieq għal tipi ta’ użu differenti.

(54) Il-kontrolli fuq il-prodotti maħsubin għad-distillazzjoni jridu jiġu ntensifikati.

(55) Fil-każ ta’ distillazzjoni volontarja taħt l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, irid ikun hemm il-ħtieġa li l-produtturi jiffirmaw kuntratti mad-distillaturi, li jiġu approvati mill-aġenzija ta’ intervent, sabiex l-operazzjonijiet jkunu jistgħu jiġu sorveljati u jkun hemm stħarriġ tal-ħarsien ta’ l-obbligi taż-żewġ partijiet. B’sistema bħal din l-effetti kwantittativi ta’ l-operazzjonijiet distillattivi fuq is-suq jistgħu jiġu osservati aktar mill-viċin. Madanakollu is-sistema tal-kuntratti trid tiġi aġġustata sabiex jiġi kkunsidrat il-fatt illi xi produtturi jixtiequ jafdaw id-distillazzjoni f’idejn distillatur professjonali filwaqt li oħrajn għandhom li-impjant tagħhom stess.

(56) Hemm il-bżonn ta’ regoli speċifiċi li jiżguraw li l-inbid mogħti għall-operazzjonijiet bl-għażla tad-distillazzjoni jiġi mill-produzzjoni tal-produtturi stess. Għal dan il-għan, dawn il-produtturi għandhom ikunu meħtieġa jġibu prova li huma stess jkunu ħadmu u jżommu l-inbid lest għall-kunsinna. Hemm ukoll il-bżonn ta’ regoli li jiżguraw li l-elementi l-aktar importanti tal-kuntratti ta’ distillazzjoni jiġu verifikati sew.

(57) L-esperjenza turi li trid titħalla ċerta tolleranza fl-ammont u fil-qawwa alkoħolika bil-volum ta’ l-inbid kopert minn kuntratti tal-kunsinna.

(58) Irid ikun hemm termini għall-ħlas ta’ l-għajnuna lid-distillaturi mill-aġenziji ta’ intervent. Għandu jkun possibbli wkoll li l-għajnuna titħallas lid-distallaturi bil-quddiem. Hemm bżonn ta’ sistema ta’ garanziji li tiżgura li l-aġenzija ta’ intervent ma tkunx esposta għar-riski żejda.

(59) Fil-każ ta’ distillazzjoni taħt l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-esperjenza wriet li m’huwiex dejjem faċli għall-produtturi li jaħdmu l-ammonti bl-eżatt tal-prodotti li jridu jagħtu sabiex jilħqu l-obbligu tagħhom. Meta l-produtturi jkunu taw kważi l-ammonti kollha meħtieġa qabel l-aħħar taż-żmien tal-kunsinna u jridu jagħmlu biss arranġamenti żgħar, il-piena mposta ma tridx tkun sproporzjonata mal-ksur. Dawn il-produtturi għandhom għalhekk jitqiesu li jkunu laħqu l-obbligi tagħhom fiż-żmien stabbilit, sakemm jagħtu l-ammonti dovuti fi żmien qasir.

(60) Id-distillazzjoni taħt l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha sehem essenzjali fil-kisba ta’ bilanċ fuq is-suq ta’ l-inbid tal-mejda u tgħin b’mod indirett fl-aġġustament tal-potenzjal tat-tkabbir ta’ l-għeneb għall-ħtiġiet. Għaldaqstant, id-distillazzjoni ta’ bilfors trid tiġi osservata b’mod strett u kull persuna li għandha l-obbligu tad-distillazzjoni trid tagħti l-ammonti meħtieġa għad-distillazzjoni. F’xi każijiet, l-esklużjoni minn miżuri ta’ intervent ma kinitx biżżejjed biex tħeġġeġ lill-persuni bl-obbligu tad-distillazzjoni ta’ bilfors li jaqdu dmirijiethom. Għaldaqstant huma meħtieġa miżuri Komunitarji addizzjonali għal produtturi li ma jaqdux dmirijiethom fil-ħin stabbilit iżda li jaqduhom sa data oħra li tiġi speċifikata.

(61) Id-diversi operazzjonijiet ta’ distillazzjoni ta’ l-inbid jistgħu jagħtu alkoħol newtrali deskritt fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-kriterji tal-kompożizzjoni tiegħu. Il-metodi ta’ analżi Komunitarji jridu jiġu adottati sabiex jiġi żgurat li dawn il-kriterji jiġi mħarsa.

(62) Dawn il-metodi jridu jkunu obbligatorji għal kull transazzjoni kummerċjali u għal kull proċedura ta’ verifika. Minħabba l-faċilitajiet limitati f’dan il-kummerċ, numru żgħir ta’ proċeduri tas-soltu jrid jitħalla sabiex il-fatturi meħtieġa jkunu jistħgu jiġu stabbiliti malajr u bi preċiżjoni raġonevoli.

(63) Il-metodi ta’ analiżi Komuntarji jridu jkunu metodi rikonnoxuti ġeneralment u jridu jiġu applikati b’mod uniformi.

(64) Sabiex jiġi żgurat illi r-riżultati miksuba mill-applikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jkunu jistgħu jitqabblu, it-termini dwar ir-repetizzjoni u għar-riproduzzjoni ta’ dawn ir-riżultati jridu jiġu deskritti.

(65) Il-prezz tax-xiri tal-kunsinni ta’ l-inbid irid japplika barra mill-post tad-distillatur. F’xi każijiet, id-distillatur jipprovvdi t-trasport minħabba raġunijiet prattiċi. Sabiex din is-sistema, li ta’ spiss tkun meħtieġa, ma tiġix mfixkla, f’dawn il-każijiet l-ispejjeż tat-trasport iridu jinqatgħu mill-prezz.

(66) L-obbligu tad-distillazzjoni huwa limitu konsiderevoli għal produtturi iżolati li jipproduċu biss ammont żgħir ta’ inbid. L-ispejjeż li dawn il-produtturi jonfqu għat-trasport tal-karfa ta’ l-għeneb u tal-fond ta’ l-inbid għad-distillazzjoni huma sproporzjonati mad-dħul li huma jittamaw li jdaħħlu mill-alkoħol iddistillat minnhom. Għaldaqstant għandhom jitħallew ma jagħmlux il-kunsinna.

(67) Għal dak is-sehem tal-produzzjoni ta’ l-inbid tagħhom li attwalment jiġi ikkunsinnat għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-produtturi għandhom ikunu meħtieġa biss li jikkunsinnaw prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ l-inbid skond l-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament.

(68) L-obbligu li jiġu distillati l-prodotti sekondarji huwa limitu sproporzjonat għall-produtturi ta’ kwantitajiet żgħar f’ċerti żoni fejn tat-tkabbir ta’ l-għeneb għall-inbid. Fuq talba ta’ l-Istat Membru tagħhom, dawn il-produtturi għandhom jitħallew jirtiraw il-prodotti sekondarji tagħhom taħt superviżjoni minflok ma jikkunsinnawhom għad-distillazzjoni.

(69) Il-produtturi li jikkunsinnaw l-karfa tagħhom għall-manufattura ta’ l-oenicyanin normalment jfornu karfa ta’ l-għeneb mhux iffermentat. Il-proċess li permezz tiegħu l-oenocyanin jiġi estratt minn din il-karfa jagħmel il-karfa mhux tajjeb għall-fermentazzjoni u d-distilazzjoni aktar tard. Dawk il-produtturi għandhom għalhekk jkunu eżenti mill-obbligu li jiddistillaw fi proporzjon mal-kwantità ta’ karfa ta’ l-għeneb li huma jfornu għal-din il-manufattura.

(70) Meta l-inbid ikkunsinnat għad-distillazzjoni jintuża għall-produzzjoni tal-ħall ta’ l-inbid, il-volum ta’ alkoħol li jingħata lill-aġenziji ta’ intervent x’aktarx jitnaqqas. Il-produtturi għalhekk għandhom jinħelsu mill-obbligu tagħhom li jiddistillaw meta huma jikkunsinnaw lill-industrija tal-ħall l-inbid li altriment jkun meħtieġ biex tintlaħaq l-kwantità għad-distillazzjoni obbligatorja.

(71) Meta l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ l-inbid jiġu rtirati taħt sorveljanza skond l-Artikolu 27(7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dawn il-prodotti sekondarji jridu jkunu ġew irtirati sat-tmiem tas-sena ta’ l-inbid meta jkunu ġew prodotti. Għal dan il-għan, hija meħtieġa sistema tajba ta’ sorveljanza, li ma twassalx għal spejjeż amministrattivi għoljin, partikolarment fi Stati Membriu fejn hemm produzzjoni baxxa ta’ inbid.

(72) L-amminnistrazzjoni tal-prova li l-karfa ta’ l-għeneb u l-fond ta’ l-inbid ingħataw lid-distillatur trid tagħmel differenza bejn jekk id-distillatur huwiex ibbażat fl-istess Stat Membru tal-produttur jew fi Stat Membru ieħor.

(73) Skond l-Artikolu 27(11) u l-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, id-distillaturi jistgħu jagħżlu jew li jingħataw l-għajnuna għad-distillazzjoni tal-prodott jew li jagħtu l-prodott mid-distilazzjoni lill-aġenzija ta’ intervent. L-ammont ta’ għajnuna trid tinħadem skond il-prezz fuq is-suq tad-diversi prodotti li jistgħu jinkisbu mid-distillazzjoni.

(74) Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-partijiet involuti jridu jissottomettu applikazzjoni flimkien ma’ dokumenti ta’ appoġġ. It-tip u n-numru ta’ dokumenti meħtieġa jridu juru d-differenzi bejn il-fond ta’ l-inbid fuq naħa u l-karfa ta’ l-għeneb fuq in-naħa l-oħra. Sabiex l-applikazzjoni uniformi tas-sistema fl-Istati Membri kollha tiġi żgurata, l-applikazzjonijiet iridu jingħataw u l-għajnuna trid titħallas fiż-żmien stabbilit. Irid ikun hemm xi konċessjonijiet proporzjonati għad-distillaturi li, minkejja li jkunu laħqu l-obbligi prinċipali tagħhom, jittardjaw fl-għoti tal-provi ta’ dan.

(75) Meta l-prezz li l-aġenziji ta’ intervent għandhom iħallsu għall-prodotti mogħti lilhom jkun qiegħed jiġi stabbilit, irid jiġi kkunsidrat il-prezz normali tat-trasport u tad-distillazzjoni tal-prodotti nvoluti.

(76) Għandu jiġi stabbilit prezz wieħed fiss għall-prodotti mogħtija lill-aġenziji ta’ intervent għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, mingħajr ma tiġi meqjusa l-oriġini tal-materja prima.

(77) F’xi reġjuni tal-Komunità, ir-relazzjoni bejn l-ammont tal-karfa ta’ l-għeneb u tal-fond ta’ l-inbid huwa li l-ispejjeż normali tad-distillazzjoni m’humiex bħal dawk użati sabiex jiġi stabbilit il-prezz standard. Minħabba dina is-sitwazzjoni, tista tkun jew tista’ ssir ekonomikament impossibbli li f’dawn ir-reġjuni jintlaħaq l-għan maħsub fid-distillazzjoni ta’ bilfors tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ l-inbid. Il-prezzijiet li jvarjaw skond il-materja prima tal-prodott miksub mid-distillazzjoni jridu jiġu stabbiliti fl-istess ħin mal-prezz standard, filwaqt li l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jiddeċidu jekk dawn il-prezzijiet li jvarjaw jiġux applikati f’reġjuni fejn l-applikazzjoni tal-prezz standard toħloq il-problemi msemmija fuq.

(78) Din l-għażla ma tridx żżid l-ispejjeż ta’ l-aġenzija ta’ intervent u, b’hekk, ta’ l-FAEGG. Il-prezzijiet li jvarjaw skond l-oriġni ta’ l-alkoħol għandhom għalhekk jkunu marbuta mal-prezz standard b’mod li l-piż normali ta’ dak ta’ qabel ma jkunx iktar mill-prezz standard.

(79) Fin-nuqqas ta’ suq Komunitarju organizzat ta’ l-etilalkoħol, l-aġenziji ta’ intervent responsabbli għall-bejgħ ta’ l-alkoħol li huma għandhom l-obbligu li jieħdu wara d-distillazzjoni skond l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jerġgħu jbiegħuh inqas mill-prezz ta’ xiri. Għal din id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ ta’ dan l-alkoħol għandha tagħmel tajjeb, b’rata standard, it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG).

(80) L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistabiblixxi li għandha ssir distillazzjoni bħala għajnuna tas-suq ta’ l-inbid u, b’hekk, għall-faċilitazzjoni tal-kontinwazzjoni tal-provvisti tad-distillat ta’ l-inbid lil partijiet tas-settur ta’ l-inbid li jinxtorob. Sabiex jiġu meqjusa l-fdalijiet ta’ l-aħħar tas-sena, il-miżura għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru ta’ kullsena tas-suq.

(81) Billi l-Kummissjoni hija responsabbli għall-organizazzjoni tal-bejgħ ta’ xi alkoħol ta’ l-inbid, hija teħtieġ tagħrif aktar dettaljat dwar it-transazzjonijiet mwettqa fis-suq ta’ l-alkoħol. L-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni dwar l-alkoħol mid-distillazzjoni ta’ bilfors għandha għalhekk tiġi estiża sabiex tkopri alkoħol mid-distillazzjoni volontarja mwettqa mill-aġenziji ta’ intervent.

(82) Il-karatteristiċi meħtieġa tal-prodotti li jistħgu jingħataw għad-distillazzjoni jridu jiġu speċifikati f’dettall akbar.

(83) Il-prodotti li jidħlu f’distilleriji għandhom jiġu kontrollati fiżikament permezz ta’ proċeduri li rappreżentazzjoni xierqa.

(84) Il-konsegwenzi tan-nuqqas tal-produtturi li jaqdu dmirijiethom jridu jiġu speċifikati. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dwar il-jedd għall-għajnuna tad-distillaturi li jonqsu millli jaqdu dmirijiethom fit-termini amministrattivi, b’mod partikolari sabiex jiġi meqjus il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(85) Huma meħtieġa regoli li jkopru każijiet ta’ forza maġġuri li jistgħu jwaqqfu d-distillazzjoni milli sseħħ kif maħsub.

(86) Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni jkunu sorveljati b’mod xieraq, irid ikun hemm sistema ta’ approvazzjoni għad-distillaturi.

(87) Sabiex tiġi meqjusa l-qagħda attwali tas-suq ta’ l-inbid għad-distillazzjoni, id-distillaturi u l-produtturi ta’ inbid inħallat ma’ ammont żgħir ta’ alkoħol qawwi jridu jitħallew jsaħħu dan l-inbid għad-distillazzjoni u l-arranġamenti ġenerali għandhom jiġu aġġustati b’mod xieraq.

(88) L-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jillimitaw l-postijiet fejn jiżdied l-alkoħol ma’ l-inbid għad-distillazzjoni sabiex tiġi żgurata l-aktar forma approprjata ta’ superviżjoni.

(89) Huma meħtieġa regoli dettaljati dwar il-prezz ta’ xiri ta’ l-inbid, il-ħlas ta’ l-għajnuna lill-produtturi ta’ l-inbid miżjud bl-alkoħol, il-ħlas ta’ l-għajnuna bil-quddiem, u l-għoti tal-garanziji.

(90) Peress illi ż-żjieda ta’ indikatur għall-inbid għad-distillazzjoni huwa metodu effettiv ta’ superviżjoni, irid jiġi stabbilit li dan l-indikatur ma jaffettwax il-moviment ħieles ta’ dan l-inbid jew tal-prodotti miksuba minnu.

(91) Sabiex jiġi meqjus il-metodu ta’ kif il-prodotti jiġu trasportati lejn distilleriji f’xi Stati Membri, partikolarment fejn huma involuti kwantitajiet żgħar, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiġu awtorizzati biex jagħmlu trasport bl-ingrossa.

(92) Fil-każ stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għal xi tipi ta’ distillazzjoni l-prezz ta’ l-inbid irid jitnaqqas meta l-produtturi jkunu żiedu l-qawwa alkoħolika biż-żjieda tas-sukrożju jew għeneb konċentrat magħsur qabel ma jiħmar li għalihom ikunu ngħataw jew ikunu applikaw għall-għajnuna skond l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament.

(93) Huwa ferm diffiċli li wieħed torbot iż-żjieda fil-qawwa alkoħolika miksuba minn kull produttur ma’ l-inbid mogħti għad-distillazzjoni. Għaldaqstant, sabiex jiġi stabbilit bi preċiżjoni l-vantaġġ ekonomiku li minnu jgawdi kull produttur huwa meħtieġ ammont eċċessiv ta’ xogħol amministrattiv li jaf idewwem il-ħlas ta’ l-għajnuna u jaffettwa s-sistema ta’ intervent kollha. Il-prezz ta’ xiri għandu għalhekk jitnaqqas fuq il-bażi taż-żjieda medja fil-qawwa alkoħolika naturali f’kull żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb. Sabiex jiġi evitat l-ammont eċċessiv ta’ xogħol amministrattiv għall-verifika taż-żjieda fil-qawwa alkoħolika għal kull produttur, il-prezz ta’ dan l-inbid mogħti għad-distillazzjoni jrid jitnaqqas b’ammont fiss għal kull żona jew diviżjoni.

(94) Huwa ġust illi l-produtturi jingħataw il-prezz kollu jekk ma jkunux żiedu s-Qawwa alkoħolika ta’ l-inbid tal-mejda tagħhom biż-żjieda ta’ sukrożju jew inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat li għalih jkunu ngħataw l-għajnuna skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Barra minn hekk, il-produtturi li jkunu żiedu l-qawwa alkoħolika ta’ ammont mill-produzzjoni tagħhom li jkun inqas minn dak li jkunu ikkunsinnaw għad-distillazzjoni għandhom jitħallsu l-prezz kollu għad-differenza bejn l-ammont miżjud u l-ammont mogħti.

(95) L-għajnuna għall-prodott miksub mid-distillazzjoni u l-prezz tal-prodotti meħuda mill-aġenzija ta’ intervent għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) 1493/1999 iridu jiġu aġġustati sabiex jiġi meqjus it-tnaqqis fil-prezz ta’ l-inbid.

(96) Karatteristika tas-suq Komunitarju ta’ l-alkoħol hi l-eżistenza ta’ ħażniet li jirriżultaw mill-intervent taħt l-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 [3].

(97) Huma meħtieġa regoli dettaljati speċifiċi dwar proċeduri ta’ sejħa għall-offerti li jiżguraw li x-xerrejja kollha jiġu trattati bl-istess mod.

(98) Dawn il-ħażniet ta’ l-alokoħol jistgħu jitneħħew bi tlett tipi ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti, skond l-użu l-iskop maħsub ta’ l-alkoħol u l-ammonti ta’ alkoħol ta’ 100 % vol. li jridu jitneħħew.

(99) Billi l-iskop tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti hu li jinkiseb l-aħjar prezz, meta l-Kummissjoni tiddeċidi li tbiegħ permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, il-bejgħ għandu jingħata lill-proponent li joffri l-ogħla prezz. Huma meħtieġa wkoll regoli għal każijiet fejn bosta proponenti joffru l-istess prezz għall-istess lott.

(100) Offerti sa 5000 ettolitri għandhom ikunu ammissibbli, taħt ċerti kondizzjonijiet, sabiex użi ġodda għall-alkoħol jistgħu jiġu eżaminati fuq skala industrijali intermedjarja, b’hekk illi jgħinu sabiex jiġu żviluppati ftuħ għal żmien twil għal ammonti kbar ta’ alkoħol Komunitarju mingħajr ma jiġi mfixkel is-suq ta’ l-ispirti tax-xorb.

(101) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit liema formi ta’ proċessar f’oġġetti esportati taħt arranġamenti ta’ l-ipproċessar fin-naħa ta’ ġewwa jistgħu jitqiesu bħala użi industrijali veri.

(102) Sabiex jiġi żgurat illi l-alkoħol li jinbiegħ taħt dawn il-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti jiġi wżat għall-użi li ma jfixklux is-suq ta’ l-alkoħol, l-offerti jridu jagħtu indikazzjoni preċiża ta’ l-użu maħsub.

(103) Il-proponenti għandhom jitħallew jissottomettu biss offerta waħda biss għal kull tip ta’ alkoħol, tip ta’ użu aħħari u ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti. Il-konsegwenzi legali għall-proponenti li jissottomettu aktar minn offerta waħda jridu jiġu speċifikati.

(104) Sabiex il-kompetizzjoni ma’ prodotti li jistgħu jiġu sostitwiti mill-alkoħol ma tiġix affettwata, il-Kummissjoni għandha tkun ħielsa biex ma tagħmel ebda għotja fuq il-bażita’ l-offerti li tirċievi.

(105) Sabiex il-bejgħ ikun jista’ jingħata bi tweġiba għall-akbar numru possibbli ta’ offerti sottomessi meta l-prezzijiet proposti jitqiesu li huma sodisfaċenti u l-użu aħħari propost ikun adattat għal-iżvilupp ta’ ftuħ industrijali ġdid għall-prodott, għandu jkun possibbli, sa ċerti limiti, għall-proponenti li jkunu ssottomettew dawn il-proposti li jingħataw lott ta’ rimpjazzament. Din il-proċedura aktarx iżżid il-bejgħ ta’ alkoħol Komunitarju u b’hekk tnaqqas il-ħażniet li altrimenti jridu jiġu amministrati bi spejjeż kbar għall-budget.

(106) Irrispettivament mill-marġni ta’ tolleranza fuq il-kwantità totali ta’ alkoħol mibjugħ b’sejħa għall-offerti, il-prezz li jrid jitħallas qabel ma tinħareġ ordni ta’ tneħħija għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ kwantità ta’ alkoħol ta’ 100 % vol., kalkulat sa l-eqreb ettolitru.

(107) Għandhom isiru proċeduri regolari ta’ sejħiet għall-offerti għall-esportazzjoni ta’ l-alkoħol mogħti lill-pajjiżi tal-Karibew għall-użu aħħari fis-settur tal-karburanti sabiex dawn il-pajjiżi jinagħtaw kontinwità ta’ forniment akbar. L-esperjenza turi li dan il-ftuħ aktarx ma jfixkilx is-suq u joffri opportunità kbira ta’ suq.

(108) Id-daqs tal-lottijiet għal bejgħ bis-sejħa għall-offerti lill-pajjiżi tal-Karibew irid jintrabat mal-kapaċità normali tat-trasport fuq il-baħar, b’tali mod li titnaqqas l-ispiża għan-negozjanti involuti li jagħtu garanziji għax-xogħol. Il-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tneħħija ta’ l-alkoħol mogħti jridu jiġu aġġustati b’dan il-mod.

(109) Il-bejgħ pubbliku ta’ alkoħol mill-inbid għall-użu bħala karburant fil-Komunità jrid jaqa’ taħt ċerti kondizzjonijiet sabiex il-kumpaniji jiġu pprovduti bi provvisti sa ċertu punt u sabiex tiġi kkunsidrata l-ispiża ta’ investiment f’impjant ta’ l-ipproċessar meħtieġ għal dan l-użu partikolari, mingħajr madanakollu ma jwaqqfu t-tneħħija fiżika ta’ l-alkoħol li jkun jinsab għall-bejgħ.

(110) Għandu jiġi speċifikat li l-bejgħ pubbliku ta’ dan it-tip irid ikollu bosta lottijiet ta’ alkoħol fejn ammonti kbar jitwarrbu għal dan il-bejgħ pubbliku u li l-alkoħol fil-bieti involut ma jistax jitneħħa fiżikament sakemm ma tinħareġ ordni ta’ tneħħija għalih.

(111) Fil-każ ta’ bejgħ b’sejħa għall-offerti jew bejgħ pubbliku għall-użu bħala karburant, peress li t-tneħħija fiżika u l-ipproċessar ta’ l-alkoħol iridu jsiru matul perjodu ta’ bosta snin, il-prezz għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol. offrut mill-proponent li rebaħ irid jiġi aġġustat kull tlett xhur bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent li jidher fl-avviż rilevanti fl-istedina għas-sejħa għall-offerti, sabiex il-prezzijiet imħallsa għall-alkoħol mogħti jimxu aktar mal-bidliet fil-prezzijiet tal-karburatanti fis-swieq internazzjonali.

(112) Minħabba d-daqs ta’ xi btieti li ġewwa fihom hemm maħżun sehem mill-alkoħol miksub mid-distillazzjoni obbligatorja u tat-tul ta’ żmien konsiderevoli li dan l-alkoħol jibqa’ maħżun, huwa impossibbli fil-prattika li wieħed ikun jaf bl-eżatt l-ammont ta’ alkoħol tajjeb għall-bejgħ maħżun f’xi btieti.

(113) Jekk dan ikun il-każ, kull proċedura ta’ sejħa għall-offerti li fl-aħħar mill-aħħar tinstab li għandha x’taqsam ma’ kwantità ta’ alkoħol oriġinarjament preżentat għall-bejgħ għandha titqies li ġiet eżegwita.

(114) Id-dikjarazzjonijiet tal-proponenti li jirrinunċaw kull talba dwar il-kwalità u l-karatteristiċi ta’ l-alkoħol mogħti lilhom ma jestendux għal difetti moħbija li minħabba n-natura tagħhom ma setgħux jinstabu minnhom minn qabel u li jaffettwaw l-alkoħol sal-punt li ma jibqax tajjeb għall-użu maħsub.

(115) Alkoħol imwarrab għal xi bejgħ b’sejħa għall-offerti irid jiġi żnaturat fejn xieraq sabiex dan ma jiġix użat għal skopijiet oħra. Il-kwantità ta’ alkoħol mogħti F’każijiet bħal dawn irid jiġi żnaturat biż-żjieda tal-petrol.

(116) Trid tiġi ntrodotta sistema ta’ garanziji sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri għas-sejħa għall-offerti jitwettqu b’mod xieraq u li l-alkoħol jiġi fil-fatt użat għall-iskop mesmmi fl-istedina għas-sejħa għall-offerti involuta. Il-garanziji jridu jiġu stabbiliti fuq livell li jipprevjeni kull użu li jmur kontra l-iskopijiet tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti li jista’ jfixkel is-suq ta’ l-alkoħol u ta’ l-ispirti tax-xorb magħmula fil-Komunità skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli, li jinkludi wkoll l-inbid, iridu jiġu meqjusa wkoll. Għaldaqstant il-ħtiġiet ewlenin ta’ l-obbligi soġġetti għal garanzija jridu jiġu speċifikati.

(117) Jista’ jkun hemm xi telf meta l-alkoħol qed jiġi ttrasportat fuq l-art u fuq il-baħar u meta jiġi proċessat qabel l-użu aħħari. Iridu jiġu meqjusa l-istandards tekniċi involuti sabiex il-bidliet fil-volum ta’ l-alkoħol dokumentat fit-tgħabbija u fil-ħatt jiġi valutati u għandu jiġi stabbilit limitu speċifiku ta’ tolleranza għal kull kategorija ta’ telf.

(118) Limitu ta’ tolleranza totali jrid jiġi stipolat għat-telf ta’ l-alkoħol minħabba bosta operazzjonijiet ta’ trasport fuq l-art u fuq il-baħar li għandhom x’jaqsmu ma’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-esportazzjoni ta’ l-alkoħol għall-ipproċessar f’pajjiżi terzi li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Għandu jiġi stabbilit limitu ta’ tolleranza aktar għoli għat-telf ta’ alkoħol dovut għal operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar f’dawn il-pajjiżi terzi meta mqabbla ma’ operazzjonijiet simili fil-Komunità sabiex jiġu meqjusa l-kondizzjonijiet operazzjonali, klimatiċi u oħrajn u l-fatt li xi tagħmir huwa inqas effiċjenti f’xi pajjiżi terzi.

(119) Għandhom jiġu applikati penalitajiet għat-telfiet li jaqbżu l-limiti ta’ tolleranza stabbiliti billi jinżamm ammont fiss tal-garanzjia tax-xogħol li jkopri l-prezz tal-fabbrika ta’ l-alkoħol mogħti lill-aġenzija ta’ intervent għad-distillazzjoni taħt l-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Parti mill-garanzija ta’ l-adempjament għandha tiġi rilaxxata biss wara li l-proponent li jkun rebaħ jġib prova dwar it-telf relatat mas-sejħa għall-offerti in kwestjoni sabiex l-ammont tal-garanzija disponibbli jkun biżżejjed biex jippenalizza dan it-telf illegali ta’ alkoħol.

(120) Ċerti tipi ta’ użu aħħari maħsuba għall-alkoħol li jaqa’ taħt proċedura ta’ sejħa għall-offerti jeħtieġu xi ftit mill-alkoħol li jkun ingħata jew l-alkoħol kollu, jiġi pproċessat f’alkoħol msaffi. Xi ftit mit-tipi ta’ użu maħsuba għall-alkoħol mibjugħ jeħtieġu rettifikazzjoni minn qabel jew li jitneħħa l-ilma li jipproduċi wkoll alkoħol b’togħma ħażina li m’huwiex tajjeb għat-tipi ta’ użu maħsuba fil-bidu għal dawn il-proċeduri għas-sejħa għall-offerti. Jekk dan ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu rilaxxati l-garanziji tal-prestazzjoni għandhom jiġu emendati.

(121) Il-kontrolli li jsiru sabiex jiġi verifikat jekk l-alkoħol jintużax għall-iskopijiet speċifikati fis-sejħiet għall-offerti relevanti għandhom jinkludu ta’ mill-inqas kontrolli ekwivalenti għal dawk applikati għas-sorveljanza ta’ alkoħol magħmul ġewwa l-Komunità. Għall-iskopijiet tal-kontrolli dwar ċerti tipi ta’ użu jew destinazzjonijiet, tista’ tintuża ditta internazzjonali tas-sorveljanza għall-verifika li l-kuntratt qiegħed jiġi rrispettat. B’mod konformi mas-tisħiħ u l-iżvilupp tas-suq intern, għandhom isiru kontrolli fisiċi fuq il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport ta’ l-alkoħol.

(122) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

It-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/199 u dan ir-Regolament jistabbilixxu r-regoli Komunitarji li japplikaw għall-mekkaniżmi tas-suq fis-settur ta’ l-inbid.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 b’mod partikolari dwar l-għajnuna għall-użu ta’ l-għeneb, il- most ta’ l-għeneb u l- most ta’ l-għeneb konċentrat (Titolu I), l-għajnuna għall-ħżin privat (Titolu II) u d-distillazzjoni (Titolu III).

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li l-operaturi li jibdew għall-ewwel darba l-attivitajiet tagħhom matul sena ta’ l-inbid stabbiliti jkollhom id-dritt għall-għajnuna taħt dan ir-Regolament għall-prodotti miskubin mill-ipproċessar ta’ l-għeneb tagħhom biss.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regoalement, l-operaturi li kienu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 matul is-sena ta’ l-inbid ta’ qabel huma eliġibbli għall-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jekk jagħtu prova li laħqu l-obbligi tagħhom dwar il-kunsinna jew twarrib taħt superviżjoni matul is-sena ta’ nbid involuta.

TITOLU I

GĦAJNUNA GĦALL-UŻU TA’ GĦENEB, INBID ĠDID, INBID ĠDID KONĊENTRAT JEW INBID ĠDID KONĊENTRAT U MSAFFI

KAPITOLU I

PRODUZZJONI TAL-MERAQ TA’ L-GĦENEB

Artikolu 3

Skop ta’ l-għajnuna

1. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskema ntrodotta mill-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. L-għajnuna għandha tingħata lil proċessuri:

(a) li huma stess huma produtturi jew gruppi ta’ produtturi u li jipproċessaw jew li pproċessaw għalihom l-għeneb li ħasdu, u most ta’ l-għeneb kemm jekk ikun konċentrat u kemm jekk le, miksub kollu kemm hu mill-prodott tagħhom stess, f’meraq ta’ l-għeneb jew prodotti kommestibbli oħra magħmulin minn dan il-meraq, jew

(b) li jixtru minn produtturi jew gruppi ta’ produtturi, direttament jew indirettament, għeneb prodott fil-Komunità u most ta’ l-għeneb jew most ta’ l-għeneb konċentrat, għall-iskop ta’ l-ipproċessar tagħhom f’meraq ta’ l-għeneb jew prodotti kommestibbli oħra magħmulin minn dan il-meraq.

Il-materja prima li wżata trid tkun inkisbet esklussivament minn għeneb mkabbar fil-Komunità.

2. Fiż-żmien meta jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti kommestibbli, il-meraq ta’ l-għeneb irid jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 93/77/KEE.

Artikolu 4

Ammont ta’ l-għajnuna

L-għajnuna għall-użu ta’ għeneb, l-inbid magħsur qabel ma jiħmar u dak konċentrat skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 trid tiġi stabbilità bir-rati li ġejjin:

(a) Għeneb (għal kull 100 kilogramma): 4952 EUR

(b) most ta’ l-għeneb (għal kull ettolitru): 6193 EUR

(c) (most ta’ l-għeneb (għal kull ettolitru): 21655 EUR

Artikolu 5

Ħtiġiet tekniċi għall-ipproċessar

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament jridu jkunu ta’ kwalità merkantili tajba u ġusta u tajbin għall-ipproċessar f’meraq ta’ l-għeneb. Il-most ta’ l-għeneb u l- most ta’ l-għeneb konċentrat miksub mill-għeneb irid ikollhom densità ta’ 20 °C bejn 1055 u 1100 gramma għal kull ċentimetru kubiku.,

Artikolu 6

Regoli amministrattivi li japplikaw għall-proċessuri

1. Il-proċessuri li jwettqu operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar matul is-sena ta’ l-inbid u li jixtiequ jirċievu l-għajnuna skond l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jagħtu skeda lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jipproċessaw qabel il-bidu tas-sena ta’ l-inbid jew, meta jipproduċu l-meraq ta’ l-għeneb għall-ewwel darba, qabel din il-produzzjoni. L-iskeda għandha tinkludi ta’ mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) isimhom jew l-isem tad-ditta u l-indirizz;

(b) l-informazzjoni teknika li ġejja:

(i) it-tip ta’ materja prima (għeneb, most ta’ l-għeneb jew most ta’ l-għeneb konċentrat),

(ii) il-post fejn jinħażen l- most ta’ l-għeneb u dak konċentrat maħsub għall-ipproċessar,

(iii) il-post fejn għandu jitwettaq l-ipproċessar.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu dikjarazzjonijiet kull tlitt xhur u informazzjoni oħra għall-iskop ta’ stħarriġ.

2. Il-proċessuri li jwettqu operazzjonijiet ta’ proċessar f’dati speċifiċi u li jixtiequ jirċievu l-għajnuna skond l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jagħtu dikjarazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti, ta’ mill-anqas tlett ijiem tax-xogħol qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet, li tinkludi b’mod partikolari:

(a) l-informazzjoni meħtieġa taħt (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,

(b) il-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb minn fejn ġiet il-materja prima, skond il-klassifikazzjoni fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

(c) l-informazzjoni teknika li ġejja:

(i) l-ammont (f’100 kilogramma ta’ għeneb jew ettolitri ta’ most ta’ l-għeneb jew dak konċentrat),

(ii) id-densità, fil-każ ta’ most ta’ l-għeneb jew most ta’ l-għeneb konċentrat,

(iii) id-data tal-bidu ta’ u kemm aktarx sejrin idumu l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar.

Id-dikjarazzjoni tirreferi għall-ammont minimu ta’:

(a) 1300 kilogramma ta’ għeneb,

(b) 10 ettolitri ta’ most ta’ l-għeneb

(c) 3 ettolitri ta’ most ta’ l-għeneb

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar informazzjoni sabiex jidentifikaw il-prodott.

3. Proċessuri li jużaw inqas minn 50 tunnellata ta’ għeneb, 800 el ta’ most ta’ l-għeneb jew 150 el ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat kull sena ta’ l-inbid biex jipproduċu l-meraq ta’ l-għeneb jridu jagħtu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fil-bidu tas-sena ta’ l-inbid li għandha l-informazzjoni meħtieġa taħt (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma m’humiex meħtieġa jagħtu d-dikjarazzjonijiet l-oħra msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

4. Id-dikjarazzjonijiet u l-iskedi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jridu jingħataw f’żewġ kopji, li ta’ mill-anqas waħda minnhom għandha tingħata lura, ittimbrata kif suppost mill-awtorità kompetenti, lill-proċessur.

5. Il-proċessuri jridu jżommu kontijiet tal-ħażniet li juru b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja meħuda mid-dokumenti li jiġu magħhom jew mir-reġistri msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

(a) il-kwantitajiet, id-densità u ż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb minn fejn tiġi l-materja prima li tidħol fl-istabbiliment tagħhom kuljum u, meta jkun applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ(a),

(b) il-kwantitajiet u d-densità tal-materja prima wżata kulljum,

(c) il-kwantitajiet ta’ meraq ta’ l-għeneb miksubin kuljum wara l-ipproċessar,

(d) il-kwantitajiet ta’ meraq ta’ l-għeneb li jitilqu mill-istabbiliment tagħhom kuljum u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju(i).

Meta l-proċessuri nfushom iwettqu waħda mill-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament fl-istabbiliment tagħhom tal-produzzjoni tal-meraq, possibilment billi jħalltu l-meraq ma’ prodotti oħra, l-informazzjoni msemmija f’(d) fis-subparagrafu ta’ qabel m’hijiex meħtieġa. F’każijiet bħal dawn, il-kontijiet tal-ħażna jridu juru wkoll l-ammonti ta’ meraq ta’ l-għeneb ippakkjati kuljum.

6. Id-dokumenti ta’ appoġġ dwar il-kontijiet tal-ħażna msemmija fil-paragrafu 5 jridu jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti kull meta jsiru xi kontrolli.

Artikolu 7

Regoli amministrattivi li japplikaw għall-utenti

1. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, "utent" tfisser kull operatur minbarra l-proċessuri tal-meraq ta’ l-għeneb li jwettaq xi waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin: il-mili ta’ fliexken, l-ippakkettar jew il-preżentazjoni, il-preparazzjoni ta’ prodotti kommestibbli billi jitħallat il-meraq ta’ l-għeneb ma’ prodotti oħra jew il-ħżin bl-iskop ta’ bejgħ lil impriża waħda jew iżjed li jwettqu l-operazzjonijiet haw duq imsemmija.

2. Meta l-proċessuri ma jwettqux huma stess l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, huma jridu jindikaw fid-dokument msemmi fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jekk ikunux diġà taw jew jekk ikunux bi ħsiebhom jagħtu applikazzjoni għall-għajnuna għall-produzzjoni tal-meraq ta’ l-għeneb taħt dan ir-Regolament.

3. Meta l-proċessuri jibagħtu l-meraq ta’ l-għeneb tagħhom lil utent fil-Komunità bl-intenzjoni li jaħżnuh qabel ma jpoġġuh fil-fliexken jew jużawh fil-produzzjoni ta’ prodotti kommestibbli oħra,

(a) il-kumpanija tal-ħżin trid tibgħat id-dokument li jkun hemm mal-meraq ta’ l-għeneb lill-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li tirċievi l-prodott,

(b) l-awtorità kompetenti għandha tittimbra d-dokument msemmi fil-punt (a) wara li tivverifika li kwantità ta’ mill-inqas ekwivalenti għal dik fil-kunsinna nvoluta ngħatat, b’dokument appoġġanti xieraq, lil min jimla l-fliexken jew lil impriża li timmanufattura prodotti kommestibbli li jaqgħu taħt dan ir-Regolamenti, u li dawn ikunu waslu għand dak l-utent.

Jekk il-ħtiġiet msemmija fil-punt (b) jkunu ntlaħqu u malli d-dokument ta’ appoġġ ikun wasal, l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt trid tagħti lura kopja tad-dokument msemmi fil-punt (a), ittimbrat kif xieraq, lill-proċessur/kunsinnatur tal-meraq ta’ l-għeneb involut.

4. Meta l-proċessuri jibagħtu l-meraq ta’ l-għeneb lil utent fil-Komunità li jkollu l-ħsieb li jpoġġih fil-fliexken, dan ta’ l-aħħar irid jagħti kopja tad-dokument li jiġi mieġħu lill-awtorità kompetenti tal-post tal-ħatt sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi l-prodott.

Sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tirċievi kopja tad-dokument, l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt trid tagħtih lura, ittimbrat kif xieraq, lill-proċessur/kunsinnatur tal-meraq ta’ l-għeneb involut.

Madanakollu,,meta l-proċessuri jew l-utenti li għandhom il-ħsieb li jpoġġu l-meraq fil-fliexken jitolbu dan, l-awtorità kompetenti jew id-dipartiment awtorizzat fil-post tal-ħatt trid tagħti lura kopja tad-dokument, ittimbrat kif xieraq, dirrettament lilhom.

5. Meta l-proċessuri jagħtu l-meraq ta’ l-għeneb lil utent fil-Komunità li jipproduċi prodotti kommestibbli oħra magħmula minn dan il-meraq,

(a) il-produttur ta’ dawn il-prodotti jrid jibgħat id-dokument li jiġi mal-meraq ta’ l-għeneb lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi l-prodott,

(b) l-awtorità kompetenti trid tittimbra d-dokument msemmi f’punt (a) jekk għandha biżżejjed garanzija li l-meraq ta’ l-għeneb huwa tassew maħsub għall-produzzjoni tal-prodotti kommestibbli involuti biss.

Sakemm din il-garanzija teżisti, l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt trid tagħti lura l-kopja tad-dokument msemmi f’dan il-paragrafu, ittimbrat kif xieraq, lill-proċessur/kunsinnatur tal-meraq ta’ l-għeneb involut sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tirċevieh.

6. Fil-każijiet koperti minn dan l-Artikolu, l-utenti jridu jżommu kontijiet tal-ħażna li juru b’mod partikolari:

(a) il-kwantitajiet ta’ meraq ta’ l-għeneb mhux ippakkjat li jidħlu fl-istabbiliment tagħhom kuljum u l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur/proċessur,

(b) il-kwantitajiet ta’ meraq ta’ l-għeneb mhux ippakkjati li jitilqu mill-istabbilimenti tagħhom kuljum u l-isem u l-indirizz tad-destinatarju(i).

(c) il-kwantitajiet ta’ meraq ta’ l-għeneb u/jew meraq ta’ l-għeneb imħallat ma’ prodotti oħra ppakkjati kuljum, bil-kwantità ta’ meraq ta’ l-għeneb użat fil-produzzjoni tal-prodotti nvoluti.

7. Id-dokumenti li jiġu mal-kontijiet tal-ħażna mesmmija fil-p aragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu jridu jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti meta jsiru xi kontrolli.

Artikolu 8

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-proċessuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament iridu jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna waħda jew aktar lill-awtorità kompetenti, sa mhux aktar minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid, flimkien ma’:

(a) kopja tad-dikjarazzjonijiet annwali jew ta’ kull tlett xhur fil-pussess tagħhom jew ġabra ta’ dawn,

(b) kopja jew ġabra tal-kontijiet tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kopji u l-ġabriet jiġu ttimbrati minn awtorità responsabbli għall-ispezzjonijiet.

2. Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-proċessuri koperti mill-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament iridu jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jitlestew l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar, flimkien ma’:

(a) kopja tad-dikjarazzjoni fil-pussess tagħhom,

(b) kopja jew ġabra tal-kontijiet tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 6(5). L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kopji u ġabriet jiġu ttimbrati minn awtorità responsabbli għall-ispezzjonijiet,

(c) kopja tad-dokument li jintbagħat mat-trasport tal-materja prima lejn l-istabbiliment tal-proċessur, jew ġabra ta’ dan. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kopji u ġabriet jiġu ttimbrati minn awtorità responsabbli għall-ispezzjonijiet.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jiddjakarw l-ammont ta’ materja prima fil-fatt ipproċessat u l-jum meta tlestew l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar.

3. Barra minn hekk, fi żmien ta’ sitt xhur mid-data meta t-timbru msemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament jitwaħħal jew mid-data ta’ l-esportazjoni tal-meraq ta’ l-għeneb, il-proċessuri jridu jagħtu, skond il-każ:

(a) il-kopja tad-dokument ittimbrat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7,

(b) kopja tad-dokument li għandu t-timbru doganali li jiċċertifika l-esportazzjoni.

4. Id-dokumenti kollha meħtieġa għall-kwalifikazzjoni għall-għajnuna jridu jingħataw sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna. Jekk jinagħtaw fis-sitt xhur ta’ wara dan it-terminu, l-għajnuna titnaqqas bi 30 %. Wara dik id-data, ma tingħata l-ebda għajnuna.

Artikolu 9

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna

1. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, l-għajnuna tkun trid tingħata biss għall-ammont ta’ materja prima fil-fatt użat, mhux iktar mir-ratio li ġej bejn il-prodott użat u l-meraq ta’ l-għeneb miksub:

(a) 1.3 għall-għeneb, b’100 kilogramma għal kull ettolitru,

(b) 1.05 għall- most ta’ l-għeneb qabel ma jiħmar, f’ettolitri għal kull ettolitru,

(c) 0.30 għall- most ta’ l-għeneb konċentrat, f’ettolitri għal kull ettolitru.

Meta il-prodott miksub ikun meraq ta’ l-għeneb ikkonċentrat, dawn ir-ratios għandhom jiġu mmultiplikati b’5.

2. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, jekk il-proċessuri jonqsu milli jissodisfaw waħda mill-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament minbarra l-obbligu li jipproċessaw il-materja prima koperti mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna tagħhom f’meraq ta’ l-għeneb, l-għajnuna li trid titħallas titnaqqas b’ammont stabbilit mill-awtorità kompetenti skond is-serjetà tal-ksur.

3. F’każijiet ta’ forza maġġuri, l-awtorità kompetenti trid tistabbilixxi l-miżuri li hija tqis li huma meħtieġa wara li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ċitati.

Artikolu 10

Ħlas ta’ l-għajnuna

L-awtorità kompetenti trid tħallas l-għajnuna għall-ammont ta’ materja prima fil-fatt proċessata sa mhux aktar minn tlett xhur wara li tirċievi d-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 8, minbarra:

- f’każijiet ta’ forza maġġuri,

- Meta jkunu nbdew inkjesti amministrattivi dwar id-dritt għall-għajnuna. F’dawn il-każijiet, il-ħlas isir biss meta l-applikant jiġi rrikonoxxut bħala li huwa ntitolat għall-għajnuna.

Artikolu 11

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-proċessuri jistgħu jitolbu li ammont daqs l-għajnuna maħduma għall-materja prima titħallas lilhom bil-quddiem sakemm iġibu provi li l-materja prima tkun daħlet fl-istabbiliment tagħhom u jagħtu sigurtà favur l-aġenzija ta’ intervent. Dik is-sigurtà għandha tkun daqs 120 % ta’ l-ammont msemmi. F’każijiet bħal dawn, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 m’għandhomx jiġu preżentati f’dan l-istadju.

Meta l-proċessuri jippreżentaw bosta applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti jew id-dipartiment awtorizzat għal dan l-iskop jista’ jħallihom jippreżentaw garanzija waħda. F’każijiet bħal dawn, il-garanzija trid tkun daqs 120 % ta’ l-ammonti kollha maħduma skond l-ewwel subparagrafu.

2. Il-ħlasijiet bil-quddiem msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien tlett xhur mill-preżentazzjoni ta’ prova li l-garanzija ġiet preżentata. Madanakollu, l-ebda ħlas bil-quddiem m’għandu jsir qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ l-inbid involuta.

3. Wara li l-awtorità kompetenti jew id-dipartiment awtorizzat jkunu ikkontrollaw id-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija msemmija fil-paragrafu1 għandha tingħata lura kollha kemm hi jew parti minnha, skond il-każ, u skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija tintilef meta l-ammont użat jkun inqas mill-95 % ta’ l-ammont li għalih jingħata l-ħlas bil-quddiem.

Meta l-kwantità wżata tkun anqas mill-95 % ta’ l-ammont li għalih jkun ingħata l-ħlas bil-quddiem, il-proċessur għandu jibqa’ ntitolat għall-għajnuna għall-kwantità attwalment ipproċessata.

Meta l-kwantità wżata tkun bejn il-95 u d-99,9 % tal-kwantità li għaliha jsir il-ħlas bil-quddiem, il-garanzija għandha tintilef biss għall-kwantità mhux ipproċessata matul dik-is-sena ta’ l-inbid.

KAPITOLU II

L-GĦAJNUNA GĦALL-GĦENEB MAGĦSUR QABEL MA JIĦMAR BIEX TIŻDIED IS-SAĦĦA ALKOĦOLIKA TAL-PRODOTTI TA’ L-INBID

Artikolu 12

Skop ta’ l-għajnuna

1. L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tingħata lill-produtturi ta’ nbejjed tal-mejda jew ta’ nbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifiċi (inbejjed ta’ kwalità psr) li jużaw most ta’ l-għeneb konċentrat u most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi magħmula fil-Komunità sabiex tiżdied il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum tal-prodotti msemmija fl-Anness V(Ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta’ ammonti ta’ għaxar ettolitri jew inqas għal kull sena ta’ l-inbid, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jagħtu l-għajnuna lill-produtturi ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi meta x-xerrejja jkabbru l-għeneb huma stess weħidhom u li jużaw il-prodott esklussivament għat-tisħiħ tal-prodott tagħhom biss.

L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din il-miżura u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 13

Ammont ta’ l-għajnuna

1. L-ammont ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tiġi stabbilità kif ġej, bil-qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum (% vol.) għal kull ettolitru, għall-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin:

(a) Inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat minn għeneb maħsud:

- fiż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III (a) u Ċ III EUR 1699/% vol./el

- postijiet oħra 1466 EUR/% vol./el

(b) Inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat u msaffi minn għeneb maħsud:

- fiż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III (a) u Ċ III EUR 2206/% vol./el

- postijiet oħra 1955 EUR/% vol./el

Madanakollu, għas-snin ta’ l-inbid 2000/01, 2001/02 u 2002/03 għal inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat u msaffi miksub minn għeneb maħsud f’postijiet oħra minbarra ż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III (a) u Ċ III (b) u prodott fi stabbilimenti li bdew il-produzzjoni ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi qabel l-1 ta’ Jannar 1986 fl-Ispanja jew qabel it-30 ta’ Ġunju 1982 f’postijiet oħra, l-ammont għandu jkun dak stabbilit għall-prodotti taż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III.

2. Il-qawwa alkoħolika potenzjali tal-prodotti elenkati fil-paragrafu1 għandha tiġi stabiblita bl-applikazzjoni tan-numri fit-tabella ta’ l-ekwivalenza fl-Anness I ta’ dan għall-informazzjoni f’20 °C minn refrattometru wżat skond il-metodu stabbilit fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru…/2000 li jistabbilixxi kodiċi Komunitarja ta’ prassi u proċessi oenoloġiċi.

Artikolu 14

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

Produtturi li jixtiequ jirċievu l-għajnuna stabbilità fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jagħtu applikazzjoni ‘l-aġenzija ta’ intervent li tkopri kull operazzjoni għaż-żjieda fil-qawwa alkoħolika li taqa’ taħt l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu. L-applikazzjonijiet jridu jaslu għand l-aġenzija ta’ intervent fi żmien xahrejn mid-data ta’ l-aħħar operazzjoni.

Ma’ l-applikazzjonijiet jridu jintbagħtu d-dokumenti li għandhom x’jasmu ma’ l-operazzjonijiet li għalohom tintalab l-għajnuna.

Artikolu 15

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna

1. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, l-ebda għajnuna ma tingħata jekk il-produttur ma jwettaqx l-operazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 skond l-Anness V(Ċ) u (D) ta’ dak ir-Regolament.

2. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, meta l-produtturi jonqsu milli jikkonformaw ma’ xi wieħed mill-ħtiġiet taħt dan ir-Regolament minbarra dak msemmi fil-paragrafu1, l-għajnuna li għandha titħallas għandha titnaqqas b’ammont li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti skond is-serjetà tal-ksur.

3. F’każijiet ta’ forza maġġuri, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-miżuri li hija jidhrilha li huma meħtieġa wara li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ċitati.

Artikolu 16

Ħlas ta’ l-għajnuna

L-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas l-għajnuna lill-produtturi qabel il-31 ta’ Awissu wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid involuta, ħlief:

(a) f’każijiet ta’ forza maġġuri,

(b) Meta jkunu nbdew inkjesti amministrattivi dwar id-dritt għall-għajnuna. F’każijiet bħal dawn, il-ħlas għandu jsir biss meta l-applikant jiġi rikonoxxut bħala li huwa ntitolat għall-għajnuna.

Artikolu 17

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ nbid involuta, il-produtturi jistgħu jitolbu li ammont daqs l-għajnuna maħduma għall-prodotti wżati għaż-żjieda fil-qawwa alkoħolika titħallas lilhom bil-quddiem kemm-il darba jkunu taw garanzija favur l-aġenzija ta’ intervent. Il-garanzija trid tkun daqs 120 % ta’ l-għajnuna li għaliha tkun saret l-applikazzjoni.

Ma’ l-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu dawk id-dokumenti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 li jkunu disponibbli. Il-bqija tad-dokumenti jridu jiġu preżentati qabel it-tmiem tas-sena ta’ l-inbid.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha tagħmel il-ħlasijiet bil-quddiem fi żmien tlett xhur minn meta tiġi preżentata prova li l-garanzija ġiet preżentata

3. Wara li l-awtorità kompetenti jew id-dipartiment awtorizzat jkunu kkontrollaw id-dokumenti kollha, u wara li jikkunsidraw l-ammont li jrid jitħallas, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata għal kollox jew parzjalment, skond il-każ, u skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85.

KAPITOLU III

GĦAJNUNA GĦALL-MANUFATTURA TA’ ĊERTI PRODOTTI FIR-RENJU UNIT U FL-IRLANDA

Artikolu 18

Skop u ammont ta’ l-għajnuna

1. L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 tingħata:

(a) lill-manufatturi li jużaw inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat miskub kollu kemm hu minn għeneb prodott fiż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ III (a) u Ċ III (b) għall-produzzjoni fir-Renju Unit u fl-Irlanda ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 220600 li għalihom huwa permess l-użu ta’ isem kompost li jinkludi l-kelma "inbid" minn dawn l-Istati Membri taħt l-Anness VII(Ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-produtturi". L-ammont ta’ l-għajnuna hu ta’ EUR 0.2379 għal kull kilogramma;

(b) lill-operaturi li jużaw l- most ta’ l-għeneb konċentrat miksub kollu kemm hu minn għeneb prodott fil-Komunità bħala komponent prinċipali fi grupp ta’ prodotti li jbiegħu fir-Renju Unit u fl-Irlanda, b’istruzzjonijiet ċari li jħallu lill-konsumatur jikseb minnhom xarba bħall-inbid, hawnhekk iżjed ‘il quddiem "l-operaturi". L-ammont ta’ l-għajnuna hu ta’ EUR 0.3103 għal kull kilogramma.

2. Sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna, l-most ta’ l-għeneb konċentrat irid ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u tajba għal-bejgħ u tajba wkoll għall-użu għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Artikolu 19

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Il-manufatturi u l-operaturi li jixtiequ jirċievu l-għajnuna stabbilità fl-Artikolu 35(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub, bejn l-1 ta’ Awissu u l-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-inbid involuta, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn jintuża l- most ta’ l-għeneb konċentrat.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu preżentati ta’ mill-inqas sebat ijiem qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ produzzjoni.

Madanakollu, iż-żmien ta’ sebat ijiem jista’ jiġi mqassar jekk l-awtorità kompetenti tagħti awtorizzazzjoni bil-miktub.

2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jkopru ammont minimu ta’ 50 kilogramma ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat.

3. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu juru, b’mod patikolari:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-manufattur jew ta’ l-operatur;

(b) il-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb minn fejn joriġina l- most ta’ l-għeneb konċentrat, skond id-deskrizzjoni fl-Anness III tar-Regolament (KE) 1493/1999;

(c) l-informazzjoni teknika li ġejja:

(i) Il-post fejn jinħażen,

(ii) il-kwantità (f’kilogrammi jew, jekk l- most ta’ l-għeneb konċentrat imsemmi fl-Artikolu 35(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huwa merfugħ f’kontenituri li ma jżommux iktar minn 5 kilogramma, in-numru ta’ reċipjenti),

(iii) id-densità,

(iv) il-prezzijiet imħallsa,

(v) il-post fejn jitwettqu l-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

L-Istat Membru jista’ jeħtieġ iktar informazzjoni sabiex jidentifika l- most ta’ l-għeneb konċentrat.

4. Kopja tad-dokument(i) li jkopri(u) t-trasport tal- most ta’ l-għeneb lill-istabbiliment tal-produttur jew ta’ l-operatur, maħruġmill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, għandha tiġi mehmuża ma’ l-applikazzjoni għall-għajnuna.

Il-kolonna 8 tad-dokument trid tindika ż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb fejn l-għeneb frisk użat ġie maħsud.

Artikolu 20

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna

1. Il-manufatturi u l-operaturi jridu jużaw l-ammont kollu ta’ l- most ta’ l-għeneb konċentrat kopert mill-applikazzjoni għall-għajnuna għall-iskoopijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Nuqqas ta’ l-10 % fil-kwantità tal- most ta’ l-għeneb konċentrat fuq l-applikazzjoni huwa tollerat.

2. Il-produtturi u l-operaturi jridu jżommu kontijiet tal-ħażna li juru b’mod partikolari:

(a) il-kunsinni ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat li jinxtraw u li jiddaħħlu kuljum fl-istabbiliment tagħhom, flimkien ma’ l-informazzjoni ndikata fl-Artikolu 19(2)(b) u (ċ) ta’ dan ir-Regolament u l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ(a),

(b) il-kwantitajiet ta’ nbid konċentrat użat kuljum għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

(c) il-kunsinni ta’ prodotti lesti msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 magħmula u mibgħuta kuljum mill-istabbilimenti tagħhom, flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tad-destinatarju(i).

3. Il-produtturi u l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-miktub, fi żmien xahar, bid-data meta il-most ta’ l-għeneb konċentrat kopert mill-applikazzjoni għall-għajnuna jkun intuża kollu kemm hu għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, b’konċessjoni tan-nuqqas msemmi fil-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu.

4. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, ma titħallas l-ebda għajnuna meta l-produtturi jew l-operaturi jonqsu milli jħarsu il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu.

5. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, meta l-produtturi jew l-operaturi jonqsu milli jħarsu xi wieħed mill-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament minbarra dak li għalih issir referenza fil-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu, l-għajnuna għandha titnaqqas b’ammont li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti skond is-serjetà tal-ksur.

6. F’każijiet ta’ forza maġġuri, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-miżuri li hija jidhrilha li huma meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanzi ċitati.

Artikolu 21

Ħlas ta’ l-għajnuna

L-awtorità kompetenti għandha tħallas l-għajnuna għall-kwantità ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat li fil-fatt tkun intużat sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-manufatturi u l-operaturi msemmija fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament jistgħu japplikaw għal ammont daqs l-ammont ta’ għajnuna li għandu jitħallas jitħallas bil-quddiem sakemm ikunu preżentaw garanzija ta’ 120 % ta’ l-ammont imsemmi favur l-awtorità kompetenti.

2. Il-ħlasijiet bil-quddiem msemmija fil-paragrafu1 għandhom jitħallsu fi żmien tlett xhur minn meta tiġi preżentata prova li l-garanzija ġiet preżentata, sakemm tingħata prova li l- most ta’ l-għeneb konċentrat jkun ġie mħallas.

3. Wara li l-awtorità kompetenti tkun rċeviet l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament, u wara li tqis l-ammont ta’ għajnuna li jrid jitħallas, il-garanzija msemmija fil-paragrafu1 għandha tiġi rilaxxata għal kollox jew parzjalment, skond il-każ,b’mod konformi mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85.

TITOLU II

GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT

Artikolu 23

Skop

Dan it-Titolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati li japplikaw għall-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin msemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Artikolu 24

Deskrizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu, "prodotti" tfisser inbid magħsur qabel ma jiħmar, inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat, inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat u msaffi u nbejjed tal-mejda, irrispettivament mis-sena ta’ meta l-inbid ġie prodott.

Artikolu 25

Ammont ta’ l-għajnuna

L-għajnuna għall-ħżin titħallas fil-Komunità kollha bir-rati fissi li ġejjin għal kull ettolitru kuljum:

(a) EUR 0,01837 għall-most ta’ l-għeneb

(b) EUR 0,06152 għall-most ta’ l-għeneb konċentrat;

(c) EUR 0,06152 għall- most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi;

(d) EUR 0,01544 għall-inbejjed tal-mejda.

Artikolu 26

Regoli li japplikaw lill-benefiċċjarji

1. L-aġenziji ta’ intervent jistgħu jiffirmaw kuntratti ta’ ħżin privati mal-produtturi biss.

Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu, "il-produttur" tfisser kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ dawn il-persuni li jwettqu, jew li jqabbdu lil ħadd ieħor iwettaq għalihom, xi operazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a) l-ipproċessar ta’ għeneb frisk għall-inbid magħsur qabel ma jiħmar konċentrat,

(b) l-ipproċessar ta’ most ta’ l-għeneb sabiex isir konċentrat jew jiġi msaffi,

(c) l-ipproċessar ta’ għeneb frisk, inbid magħsur qabel ma jiħmar jew inbid magħsur qabel ma jiħmar li jkun qiegħed jiffermenta f’inbid tal-mejda.

L-organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jiġu meqjusa bħala prodotturi għall-kwantitajiet miksuba mill-membri tagħhom. Il-membri individwali li jikkunsinnaw l-inbid kopert minn kuntratt ta’ ħżin privat għandhom josservaw l-obbligi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-produtturi jistgħu jiffirmaw biss kuntratti għall-prodotti:

- li pproduċew huma stess, jew

- li ġew prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li huma tagħhom, jew

- fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, li ġew prodotti taħt ir-risposabbiltà tal-membri tagħhom.

3. L-aġenzija ta’ intervent ta’ Stat Membru tista’ tiffirma kuntratti biss għal prodotti maħżuna fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

4. Il-prodotti ma jistgħux jaqgħu fl-istess ħin taħt kuntratt ta’ ħżin privat u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 27

Karatteristiċi tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna

Meta jiġu konklużi l-kuntratti:

(a) l- most ta’ l-għeneb involut irid ikun miksub esklussivament minn varjetajiet klassifikati bħala għeneb għall-inbid skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u ma jistax ikollhom Qawwa alkoħolika newtrali bil-volum inqas mis-saħħa alokoħolika naturali minima stabbilità għall-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb minn fejn ġejjin,

(b) inbejjed tal-mejda:

(i) iridu jilħqu l-ħtiġiet minimi ta’ kwalità stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għall-kategorija li għaliha ġie konkluż il-kuntratt;

(ii) irid ikollhom kontenut ta’ zokkor li jnaqqas ta’ mhux aktar minn żewġ grammi għal kull litru, ħlief fil-każ ta’ nbejjed tal-mejda mill-Portugall, li jrid ikollhom kontenut ta’ zokkor li jnaqqas ta’ mhux aktar minn erba’ grammi għal kull litru;

(iii) iridu juru tperriċ sodisfaċenti għall-arja ta’ 24 siegħa,

(iv) ma jridx ikollhom togħma ħażina.

(c) Il-livelli radjuattivi tal-prodotti msemmja fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux ikunu iktar mil-livelli permessi taħt regoli Komunitarji. Madanakollu l-livelli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodotti għandhom jiġu sorvelljati biss jekk is-sitwazzjoni titlob hekk u biss fiż-żmien meħtieġ.

Artikolu 28

Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

1. Il-kwantità totali ta’ prodotti li għalihom il-produtturi jikkonkludu kuntratti ta’ ħżin ma jistgħux jaqbżu l-kwantità dikjarata fil-prospett tagħhom ta’ dikjarazzjoni għas-sea ta’ l-inbid involuta, preżentata skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, flimkien ma’ kull kwantitajiet li huma jkunu kisbu wara d-data ta’ l-għoti tad-dikjarazzjoni tagħhom u tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. Il-kuntratti għandhom ikopru ammont minimu ta’ 50 ettolitri fil-każ ta’ nbid tal-mejda, 30 ettolitri fil-każ ta’ most ta’ l-għeneb u 10 ettolitri fil-każ ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u k most ta’ l-għeneb onċentrat u msaffi.

Artikolu 29

L-iffirmar ta’ kuntratti

1. Il-produtturi jistgħu jiffirmaw kuntratti kemm-il darba huma jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull kontenitur li fih il-prodott huwa maħżun:

(a) dettalji li jidentifikaw il-prodott,

(b) it-data analitika li ġejja:

(i) il-kulur,

(ii) il-kontentut ta’ diossid tal-kubrit,

(iii) in-nuqqas ta’ ibridi, fil-każ ta’ prodotti ħomor, skond l-analiżi għall-malvidol diglucoside.

Għall-most ta’ l-għeneb, most ta’ l-għeneb konċentrat u most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi, l-informazzjoni li ġejja trid tingħata wkoll:

(c) l-informazzjoni miksuba b’temperatura ta’ 20 °C b’riffrattometru wżat skond il-metodu msemmi fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93. Differenza ta’ 0.2 hija tollerata meta l-informazzjoni tiġi vverifikata mill-awtoritajiet.

Għall-inbid tal-mejda, trid tingħata wkoll id-data analitika li ġejja:

(d) il-qawwa alkoħolika kollha bil-volum,

(e) il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum,

(f) l-aċidità kollha, espressa fi grammi ta’ aċtu tartariku għal kull litru jew f’milliekwivalenti għal kull litru; madanakollu, l-Istati Membri jitsgħu jċedu din il-ħtieġa għall-inbejjed bojod,

(g) il-kontentut ta’ aċtu volatili, fi grammi ta’ aċtu tartariku għal kull litru jew f’milliekwivalenti għal kull litru; madanakollu, l-Istati Membri jitsgħu jċedu din il-ħtieġa għall-inbejjed bojod,

(h) il-kontentut ta’ zokkor li jnaqqas,

(i) imġieba fl-arja wara 24 siegħa,

(j) in-nuqqas ta’ togħma ħażina.

Id-data analitika hawn fuq imsemmija għandha tiġi stabbilità minn laboratorju uffiċjali msemmi fl-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fi żmien 30 jum qabel ma’ jiġi ffirmat il-kuntratt.

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kuntratti li prodottur jista’ jiffirma kull sena ta’ l-inbid.

3. Il-kuntratti għall-inbejjed tal-mejda ma jistgħux jiġu ffirmati qabel id-data ta’ l-ewwel xkaffar ta’ l-inbid involut.

4. Il-prodotturi li jixtiequ jiffirmaw kuntratti ta’ ħżin għal inbdejjed tal-mejda għandhom, meta jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom, javżaw lill-aġenzjia ta’ intervent dwar l-kwantità totali ta’ nbid tal-mejda li pproduċew matul dik is-sena ta’ nbid.

Għal dan l-iskop, iridu jagħtu kopja tad-dikjarazzjoni(jiet) tal-produzzjoni stabbilità(i) fl-Artikolo 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u, fejn ikun applikabbli, tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament. F’każijiet meta id-dikjarazzjoni tkun għadha m’hijiex disponibbli, jista’ jingħata ċertifikat proviżorju.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-kuntratti jridu jġibu ta’ mill-inqas:

(a) l-isem u l-indirizz tal-produtturi nvoluti,

(b) l-isem u l-indirizz ta’ l-aġenzija ta’ intervent,

(c) it-tip ta’ prodott, klassifikat skond l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament,

(d) il-kwantità,

(e) il-post fejn inħażen,

(f) l-ewwel jum tal-perjodu ta’ ħżin,

(g) l-ammont ta’ għajnuna f’euro.

Għall-inbid tal-mejda, il-kuntratti jridu jinkludu wkoll:

(h) dikjarazzjoni li l-ewwel xkaffjar sar,

(i) klawsola li l-volum jista’ jitnaqqas b’perċentwal stabbilit mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jekk il-volum kollu kopert mill-kuntratti huwa ħafna akbar mill-volumi normali koperti fl-aħħar tlitt snin ta’ l-inbid; dan it-tnaqqis ma jistax inaqqas il-kwantitajiet maħżuna għal anqas mil-livelli minimi msemmija fl-Artikolu 28(2). Meta din il-klawżola tiġi applikata, l-ammont kollu ta’ l-għajnuna li trid titħallas għaż-żmien qabel it-tnaqqis irid xorta waħda jitħallas.

6. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu aktar informazzjoni sabiex jidentifikaw il-prodott involut.

Artikolu 30

Deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iffirmar ta’ kuntratti qabel ma’ l-produtturi jagħtu l-provi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament sakemm dawn il-kuntratti jkollhom dikjarazzjoni mill-produtturi li jattestaw li ssodisfaw l-obbligi msemmija f’dak l-Artikolu jew il-ħtieġa msemmija fl-Artikolu 58 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament u li jintrabtu li jagħtu l-bqija tal-kwantitajiet meħtieġa sabiex jissodisfaw kompletament l-obbligi tagħhom fit-terminu stabbilit mill-awtorità kompetenti nazzjonali.

Il-prova msemmija fl-ewwel paragrafu trid tingħata qabel il-31 ta’ Awissu tas-sena ta’ l-inbid involuta.

Artikolu 31

Bidu taż-żmien tal-ħżin

1. L-ewwel jum taż-żmien tal-ħżin hu l-jum wara d-data meta l-kuntratt jiġi ffirmat.

2. Madanakollu, jekk kuntratt jkun relatat maż-żmien tal-ħżin li jibda wara l-jum ta’ wara dak meta ġie ffirmat il-kuntratt, l-ewwel jum taż-żmien tal-ħżin ma jistax ikun wara s-16 ta’ Frar.

Artikolu 32

Tmiem taż-żmien tal-ħżin

1. Il-kuntratti għall-ħżin ta’ most ta’ l-għeneb, kif ukoll għall-istess tip ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat jew konċentrat u msaffi jispiċċaw bejn l-1 ta’ Awissu u t-30 ta’ Novembru wara d-data meta jiġu ffirmati.

2. Il-kuntratti għall-ħżin ta’ nbejjed tal-mejda jispiċċaw bejn l-1 ta’ Settembru u t-30 ta’ Novembru wara d-data meta jiġu ffirmati.

3. Sabiex tiġi stabbilità d-data meta jispiċċa, il-produtturi jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent dikjarazzjoni li turi l-aħħar jum tal-validità tal-kuntratt. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l- ħtiġiet għall-għoti ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.

Fin-nuqqas ta’ dikjarazzjoni, il-kuntratti għandhom jiskadu fit-30 ta’ Novembru.

4. Il-prodotturi li ma jkunux applikaw għal ħlas bil-quddiem skond l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jbiegħu l- most ta’ l-għeneb jew l- most ta’ l-għeneb konċentrat għall-esportazzjoni jew għall-produzzjoni tal-meraq ta’ l-għeneb mill-ewwel jum tal-ħames xahar ta’ ħżin.

F’dawn il-każijiet, il-prodotturi jridu javżaw lill-aġenzija ta’ intervent skond il-paragrafu 3.

L-aġenzija ta’ intervent għandhom jiżguraw li l-prodotti fil-fatt qegħdin jintużaw għall-iskop iddikjarat.

Artikolu 33

Terminazzjoni bikrija tal-kuntratt fuq it-talba tal-prodottur

1. Il-produtturi li ma jkunux applikaw għal ħlas bil-quddiem skond l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jitterminaw il-kuntratti tal-ħżin mill-ewwel ta’ Ġunju sakemm il-Kummissjoni tawtorizza li jsir dan fid-dawl tax-xejriet tas-suq, l-informazzjoni fuq il-ħażniet u t-tbassir tal-ħsad.

2. Barra minn hekk, meta il-Kummissjoni tiddeċiedi li tnaqqas il-kwantitajiet koperti mill-kuntratti skond l-Artikolu 29(5)(i) ta’ dan ir-Regolament, il-prodotturi jistgħu minn naħa tagħhom jitterminaw il-kuntratt tagħhom totalment jew parzjalment fix-xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 34

Regoli dettaljati ta’ implementazzjoni dwar il-ħżin

1. Matul iż-żmien tal-ħżin u sa l-aħħar jum tal-kuntratt, il-prodotti maħżuna:

(a) iridu jikkonformaw mad-definizzjonijiet relevanti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

(b) iridu jżommu ta’ mill-anqas il-qawwa alkoħolika minima meħtieġa għall-kategorija ta’ nbid tal-mejda nvoluta meta l-kuntratt ikun ġie ffirmat,

(c) ma jistgħux jinżammu f’kontenituri ta’ inqas minn 50 litru,

(d) iridu jibqgħu bl-ingrossa, u

(e) fil-każ ta’ nbid, irid jibqa’ tajjeb sabiex ikun jista’ jiġi offrut jw fornit għall-konsum dirett tal-bniedem fit-tmiem tal-perjodu ta’ ħżin.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, il-prodotti taħt kuntratt jistgħu jgħaddu biss minn dawk il-proċessi u trattamenti oenoloġiċi li huma meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom. Kull varjazzjoni fil-volum ma tistax taqbeż it-2 % tal-volum taħt kuntratt fil-każ ta’ nbid u it-3 % fil-każ ta’ most ta’ l-għeneb. Meta jkun hemm bidla tal-bettija, dawn il-perċentwali għandhom jiżdiedu b’punt. Meta dawn il-perċentwali ma jinqabżux għall-kuntratt kollu, l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna jrid jitħallas. F’kull każ ieħor m’għandha titħallas l-edba għajnuna.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi ma jistgħux ibiegħu jew b’xi b’mod ieħor iqegħdu il-prodott fuq is-suq taħt kuntratt matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-prodotturi jistgħu jintrabtu, waqt li kuntratt ikun għadu validu, li jibagħtu nbid tal-mejda kopert minnu għad-distillazzjoni taħt it-Titolu III ta’ dan ir-Regolament meta l-kuntratt jiskadi.

4. Il-prodotturi għandhom jgħarrfu lill-aġenzija ta’ intervent bil-quddiem, fi żmien stabbilit mill-Istat Membru involut, dwar kull tibdil matul iż-żmien tal-kuntratt:

(a) fil-post tal-ħżin, jew

(b) fil-mod kif huwa maħżun il-prodott. F’dawn il-każijiet, iridu jindikaw ir-reċipjenti fejn il-prodott għandu jinħażen b’mod definittiv.

5. Meta l-prodotturi jkollhom il-ħsieb li jittraspotaw il-prodott taħt il-kuntratt lil xi post għal ħżin li jinstab post ieħor jew lil xi stabbiliment li m’huwiex tagħhom, il-prodott ikun jista’ jiġi ttrasportat biss malli l-aġenzjia ta’ intervent, mgħarrfa b’mod konformi mal-paragrafu 4, tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha.

6. Il-prodotturi li jkunu ffirmaw kuntratti ta’ ħżin privat għall- most ta’ l-għeneb jistgħu jipproċessaw dak l-, most ta’ l-għeneb fl-intier jew parti minnu, f’ most ta’ l-għeneb konċentrat jew f’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt.

Il-prodotturi li jkunu ffirmaw kuntratti ta’ ħżin privat għall- most ta’ l-għeneb konċentrat jistgħu jipproċessaw dak l- most ta’ l-għeneb, fl-intier jew parti minnu, f’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt.

Il-produtturi jistgħu jħallu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar msemmija fiż-żewġ subparagrafi ta’ qabel dan f’idejn terza persuna sakemm dawn il-prodotti miksuba wara l-ipproċessar jibqgħu ta’ dawn il-produtturi u sakemm ikunu preżentaw dikjarazzjoni minn qabel. L-Istat Membru involut irid jikkontrolla dawn l-operazzjonijiet.

7. Il-prodotturi nvoluti jridu jgħarrfu lill-aġenzija ta’ intervent bil-miktub dwar id-data meta għandu jibda l-ipproċessar msemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il post tal-ħżin u kif sejjer jinħażen il-prodott.

L-aġenzija ta’ intervent trid tirċievi din in-notifika ta’ mill-anqas 15-il jum qabel id-data tal-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar.

Fi żmien xahar mill-jum minn meta jitlestew l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar, il-produtturi jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent rapport analitiku dwar il-prodott hekk miksub, ugħandha tiġi nkluża ta’ mill-anqas id-data meħtieġa għall-prodott involut taħt l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.

8. Meta jitwettaq l-ipproċessar msemmi fil-paragrafu 6, l-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin mogħti għall-prodott taħt kuntratt għandu jkun daqs:

(a) l-ammont imsemmi fl-Artikolu 25(a) ta’ dan ir-Regolament għall-ipproċessar imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6,

(b) l-ammont imsemmi fl-Artikolu 25(b) ta’ dan ir-Regolament għall-ipproċessar imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6,

L-għajnuna għandha tinħadem, għaż-żmien kollu tal-ħżin, fuq il-bażi tal-kwantità tal-prodott li taqa’ taħt il-kuntratt qabel l-ipproċessar.

Artikolu 35

Bidliet fil-prodott waqt il-ħżin

1. Jekk il-prodott kollu jew parti minnu li huwa taħt il-kuntratt ma jibqax jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt, il-prodottur għandu jgħarraf lill-aġenzija ta’ intervent malajr kemm jista’ jkun. Din in-notifika trid tkun imsaħħa minn rapport analitiku. L-aġenzija ta’ intervent għandha ttemm il-kuntratt għall-ammont involut b’effett mid-data tar-rapport analitiku.

2. Jekk xi kontroll imwettaq mill-aġenzija ta’ intervent jew aġenzija ta’ spezzjoni oħra jiżvela li l-prodott kollu jew parti minnu li huwa taħt kuntratt, m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt, l-aġenzija ta’ intervent għandha ttemm il-kuntratt għall-kwantità involuta f’dik id-data stabbilità minnha.

Artikolu 36

Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna

1. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri,

(a) Meta l-prodotturi jonqsu milli jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond l-Artikolu 34(1) sa (5) u (7) ta’ dan ir-Regolament jew jirrifjutaw milli joqogħdu għall-kontrolli, m’għandha titħallas l-ebda għajnuna;

(b) Meta l-produtturi jonqsu milli jaqdu xi wieħed mid-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament jew taħt il-kuntratt, minbarra dawk imsemmija f’(a) hawn fuq, l-għajnuna għandha tiġi mnaqqsa b’ammont stabbilit mill-awtorità kompetenti skond is-serjetà tal-ksur.

2. F’każijiet meta tiġi rikonoxxuta forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-passi meħtieġa wara li tqis iċ-ċirkostanzi involuti.

Artikolu 37

Ħlas ta’ l-għajnuna

1. L-għajnuna għandha titħallas sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara li jiskadi l-kuntratt, minbarra:

(a) f’każijiet ta’ forza maġġuri,

(b) Meta inbdew inkjesti amministrattivi dwar id-dritt għall-għajnuna. F’dawn il-każijiet, il-ħlas għandu jsir biss meta l-applikant jiġi magħruf bħala li għandu jedd għall-għajnuna.

2. F’każijiet meta kuntratt jkun ġie mitmum skond l-Artikoli 33 jew 36 ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna li trid titħallas trid tkun proporzjonata mat-tul taż-żmien tal-kuntratt. L-għajnuna għandha tiġi mħallsa sa mhux aktar tard minn tlitt xhur wara li l-jum meta l-kuntratt jiġi mitmum.

Artikolu 38

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-prodotturi li jkunu ffirmaw kuntratti ta’ ħżin għal żmien twil jistgħu jitolbu li ammont daqs l-għajnuna maħduma meta jinkiteb il-kuntratt jitħallas lilhom bil-quddiem kemm-il darba jkunu taw garanzija ta’ 120 % ta’ dan l-ammont favur l-aġenzija ta’ intervent.

Il-ħlas bil-quddiem jitħallas mhux aktar tard minn tlitt xhur wara d-data ta’ l-għoti ta’ prova li l-garanzija ngħatat.

Il-bilanċ rimanenti għandu jitħallas sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara l-iskadenza tal-kuntratt.

2. Il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu preżentati fil-forma ta’ garanzija mogħtija minn istituzjoni li tilħaq il-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru ta’ l-aġenzija ta’ intervent.

Il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati malli jitħallas il-bilanċ ta’ l-għajnuna.

Meta jintilef id-dritt għall-għajnuna skond l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija kollha għandha tintilef.

Meta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 36(1)(b) ta’ dan ir-Regolament twassal għal ammont ta’ għajnuna li tkun inqas mill-ammont diġà mħallas, il-garanzija għandha tiġi mnaqqsa b’120 % ta’ l-ammont imħallas li kien iktar mill-għajnuna li kellha titħallas. Il-garanziji mnaqqsa b’dan il-mod għandhom jiġu rilaxxati mhux aktar tard minn tlitt xhur wara l-iskadenza tal-kuntratt.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa meta l-Artikolu 29(5)(i) jiġi applikat.

Artikolu 39

Inbejjed ta’ kwalità

Inbid tal-mejda li kien taħt kuntratt ta’ ħżin ma jistax wara jitqies bħala nbid ta’ kwalità psr jew jintuża fil-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità psr, inbid bil-gass ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr jew inbid ftit bil-gass ta’ kwalità psr skond id-deskrizzjoni fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

TITOLU III

DISTILLAZZJONI

Introduzzjoni

Artikolu 40

Skop

Dan it-Titolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati li japplikaw lid-distillazzjoni msemmi fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Artikolu 41

Defnizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu:

(a) "il-produttur" tfisser:

(i) għall-iskopijiet tal-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu: kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ dawn il-persuni li tkun ipproduċiet nbid mill-għeneb frisk, mill-most ta’ l-għeneb jew mill- most ta’ l-għeneb mhux kollu ffermentat jew minn most ta’ l-għeneb li għadu qiegħed jiffermenta, miksub personalment jew mixtri, jew kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni bħal dawn li huma soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

(ii) għall-iskopijiet tal-Kapitoli II u III ta’ dan it-Titolu: kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ dawn il-persuni li tkun ipproduċiet inbid minn għeneb frisk, mill- most ta’ l-għeneb jew mill-most ta’ l-għeneb mhux kollu ffermentat, miksub personalment jew mixtri;

(b) "id-distillatur" tfisser kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ dawn il-persuni:

(i) li tiddistilla l-inbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew il-prodotti sekondarji ta’ l-inbid minn xi forma oħra ta’ pproċessar ta’ l-għeneb, u

(ii) approvat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment tad-distillazzjoni;

(c) "il-produttur ta’ nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni" tfisser kull persuna fisika jew ġuridika jew grupp ta’ dawn il-persuni, minbarra d-distillaturi:

(i) li jipproċessaw l-inbid għal inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni, u

(ii) u li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment;

(d) "aġenzija ta’ intervent kompetenti" tfisser:

(i) għall-iskopijiet tar-riċeviment u l-approvazzjoni ta’ kuntratti jew dikjarazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kunsinna ta’ l-inbid għad-distillazzjoni u r-riċeviment u l-approvazzjoni ta’ kuntratti li għandhom x’ jaqsmu mal-kunsinna ta’ nbid għat-tisħiħ, l-aġenzija ta’ intervent maħtura mill-Istat Membru li fih hemm l-inbid fiż-żmien meta jingħata l-kuntratt jew id-dikjarazzjoni,

(ii) għall-iskopijiet tal-ħlas ta’ l-għajnuna l-produtturi ta’ l-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 69, l-aġenzjia ta’ intervent nominata mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jissaħħaħ l-inbid,

(iii) fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-aġenzija ta’ intervent nominata mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq id-distillazzjoni.

2. Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu, persuni fisiċi jew ġuridiċi jew gruppi ta’ dawn il-persuni minbarra il-produtturi ta’ l-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jitqiesu bħala distillaturi jekk:

(a) jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti;

(b) jixtru minn produttur deskritt fil-paragrafu1(a) inbid jew il-prodotti sekondarji ta’ l-inbid jew minn xi forma oħra ta’ l-ipproċessar ta’ l-inbid bi skop li jiddistillawh għal rashom minn distillatur approvat, u

(c) iħallsu lill-produttur għall-prodotti li jixtru mhux inqas mill-prezz minimu għall-prodott distillat involut.

Persuni jew gruppi li jitqiesu bħala distillaturi jkollhom l-istess obbligi u drittijiet bħad-distillaturi.

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, skond regoli stabbiliti minnhom, li għall-iskopijiet ta’ l-iffirmar ta’ kuntratti u l-kunnsinna ta’ nbid għad-distillazzjoni, għaqdiet ta’ kooperattivi ta’ min ikabbar l-għeneb jistgħu fuq talba jitqiesu bħala produtturi għal dawk il-kwantitajiet ta’ nbid prodotti u mogħtija mill-kooperattivi membri. F’kull każ, dawn ta’ l-aħħar jibqgħu bid-drittijiet u bl-obbligi stabbiliti fir-regoli Komunitarji.

Jekk għaqda tkun bi ħsiebha twettaq operazzjoni ta’ distillazzjoni taħt dan it-Titolu bi qbil mal-kooperattivi ta’ min ikabbar l-għeneb involuti f’sena ta’ l-inbid speċifika, hija għandha tgħarraf lill-aġenzija ta’ intervent bil-miktub dwar dan. F’każijiet bħal dawn:

(a) il-membri tal-kooperattiva ma jistgħux jiffirmaw weħidhom kuntratti ta’ distillazzjoni jew jagħmlu kunsinni għad-distillazzjoni involuta,

(b) il-kwantitajiet ta’ nbid mogħtija għad-distillazzjoni mill-għaqda msemmija jitniżżlu għall-membri tal-kooperattivi li f’isimhom issir il-kunsinna.

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, jekk kooperattiva waħda jew iżjed li huma membri jonqsu milli jikkonformaw ma’ l-obbligi stabbiliti fih, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi għal dawn ta’ l-aħħar, l-għaqda għandha titħalla barra mill-kunsinni għad-distillazzjoni involuta, sal-limitu tal-kwantitajiet ta’ nbid mogħtija għall-kooperattivi ta’ min ikabbar l-inbid li jkunu wettqu l-ksur.

L-Istati Membri li jinqdew mill-għażla stabbilità minn dan il-paragrafu jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan u għandhom jinnotifikawha dwar id-dispożizzjonijiet li huma jkunu adottaw għaldan l-iskop. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 42

L-approvazzjoni tad-distillaturi

1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jridu japprovaw id-distillaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li jkun beħsiebhom jwettqu operazzjonijiet ta’ distillazzjoni taħt dan it-Titolu u għandhom jelenkaw dawn id-distillaturi approvati. Madanakollu, dawn l-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu li ma jinkludux fuq din il-lista distillaturi approvati li ma jistgħux jiksbu prodotti b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 92 % vol. permess ta’ distillazzjoni taħt il-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.

L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli għall-aġġornament ta’ din il-lista, u l-Istati Membri jridu jibagħtu kull tibdiliet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista u kull tibdil li jsiru fiha.

2. L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-approvazzjoni tagħha, għal xi żmien jew għal dejjem, minn distillaturi li jonqsu fl-obbligi tagħhom taħt ir-regoli Komunitarji.

Artikolu 43

L-alkoħol miksub mid-distillazzjoni

Taħt dan it-Titolu l-prodotti li ġejjin biss jistgħu jinkisbu mid-distillazzjoni:

(a) alkoħol newtrali li jikkonforma mad-definizzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, jew

(b) spirti ddistillati minn inbid jew minn karfa ta’ l-għeneb, li jikkonformaw mad-definizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(4)(d) jew (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, u l-preżentazzjoni ta’ l-ispirti tax-xorb [4], jew

(c) distillat jew alkoħol pur b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 52 % bil-volum.

Meta jinkiseb il-prodott speċifikat fil-punt (ċ) fl-ewwel subparagrafu, dan jista’ jintuża biss taħt superviżjoni uffiċċjali għal:

(i) il-produzzjoni ta’ xarba alkoħolika,

(ii) l-ipproċessar f’wieħed mill-prodotti msemmija f’(a) jew (b) hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ spirti ddistillati mill-karfa ta’ l-għeneb,

(iii) il-produzzjoni ta’ alkoħol għal skopijiet industrijali.

L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-ħarsien ta’ l-obbligu stabbilit fit-tieni subparagrafu.

Artikolu 44

Metodu ta’ analiżi ta’ alkoħol newtrali

L-Anness V ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodi Komunitarji għall-analiżi ta’ l-alkoħol newtrali deskritt fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU I

DISTILLAZZJONI OBBLIGATORJAT

Taqsima I: Id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji ta’ l-inbid

Artikolu 45

L-obbligu li ssir kunsinna tal-prodotti sekondarji għad-distillazzjoni

1. Il-produtturi li jridu jiddisttiljaw skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jridu jaqdu dmirijiethom billi jagħtu għad-distillazzjoni, sa mhux aktar mill-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-inbid involuta:

(a) l-karfa ta’ l-għeneb u l-fond ta’ l-inbid kollu tagħhom lil distillatur approvat, u

(b) fejn ikun applikabbli, kull inbid lil distillatur approvat jew produttur approvat ta’ l-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni.

Meta: l-produtturi jagħmlu kunsinna lil distillatur li l-approvazzjoni tiegħu ġiet irtirata, il-kwantitajiet ikkunsinnati jistgħu jingħaddu iżda m’hemmx dritt għall-għajnuna Komunitarja.

2. Il-produtturi li ma jkunux pproduċew inbid jew għeneb ipproċessat b’xi mod ieħor fl-istabbiliment tal-kooperattivi u li ma jipproduċux iktar minn 25 ettolitri ta’ nbid jew inbid magħsur qabel ma jiħmar matul is-sena ta’ l-inbid involut huma ħielsa li ma jikkunsinnaw ebda kwantità.

Fil-partijiet Taljani taż-żoni tat-tkabbir ta’ l-inbid Ċ u fiż-żona tat-tkabbir ta’ l-inbid Portugiża, il-persuni taħt l-obbligu msemmija fil-paragrafu1 jistgħu jinħelsu minn dik l-obbligu billi jinqdew mill-possibbiltà stabbilità mill-Artikolu 27(8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 sakemm kisbu inbid jew għeneb ipproċessat b’xi mod ieħor u jużaw iktar minn 25 ettolitri imma mhux aktar minn 40 ettolitri ta’ nbid.

Artikolu 46

Ħtiġiet għall-prodotti sekondarji ta’ l-inbid ikkunsinnati għad-distillazzjoni

1. Minkejja l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-ammont ta’ alkoħol fil-prodotti mogħtija għad-distillazzjoni mill-produtturi li jikkunsinnaw l-karfa ta’ l-għeneb għall-produzzjoni ta’ oenocynanin irid ikun mill-iqas tal-5 % ta’ l-ammont ta’ alkoħol fl-inbid; jew mill-inqas tas-7 % għall-inbejjed bojod ta’ kwalità psr.

2. Sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ alkoħol li jrid jinagħta għad-distillazzjoni fil-forma tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, il-qawwa alkoħolika naturali normali bil-volum li jridu jiġu applikati fid-diversi żoni tat-takbbir ta’ l-alkoħol huma:

(a) 8.5 % għal żona B,

(b) 9.0 % għal żona Ċ I,

(c) 9.5 % għal żona Ċ II,

(d) 10.0 % għal żona Ċ III,

3. Sabiex l-ispejjeż tad-distillazzjoni jinżammu f’limiti aċċettabbli, l-ħtiġiet normali minimi li l-prodotti sekondarji ta’ l-inbid iridu jissodisfaw mal-kunsinna lid-distillerija huma:

(a) karfa ta’ l-għeneb:

(i) fiż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb B: żewġ litri ta’ alkoħol pur/100 kilogramma,

(ii) fiż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ: żewġ litri ta’ alkoħol pur/100 kilogramma meta dan jinkiseb mill-varjetajiet elenkati fil-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli għall-korp amministrattiv involut bħala varjetajiet minbarra il-varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid; 2.8 litri ta’ alkoħol pur/100 kilogramma meta dan jinkiseb minn varjetajiet elenkati fil-klassifikazzjoni għall-korp amministrattiv involut biss bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid.

(b) fond ta’ l-inbid:

(i) f’żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb B: tlitt litri ta’ alkoħol pur/100 kilogramma, b’kontenut ta’ umdità ta’ 45 %,

(ii) f’żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb Ċ: erba’ litri ta’ alkoħol pur/100 kilogramma, b’kontenut ta’ umdità ta’ 45 %,

4. Fil-każ ta’ produtturi li jagħtu l-inbid tagħhom lill-industrija tal-ħall, l-ammont ta’ alkoħol, espress bħala alkoħol pur, fl-inbid mogħti jitnaqqas mill-ammont ta’ alkoħol, espress bħala alkoħol pur, fl-inbid li jrid jinagħta għad-distillazzjoni skond l-obbligu msemmija fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Fil-każ ta’ produtturi li jagħtu l-inbid tagħhom u l-prodotti li joħorġu mix-xogħol ta’ l-inbid tagħhom għall-esperimenti sorveljati mwettqa mill-Istati Membri, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-prezzijiet msemmija fl-Artikolu 47, u l-għajnuna titħallas lid-distillatur b’rata ta’ EUR 0,277 % vol./el.

Fil-każ ta’ esperimenti, l-Istat Membru ma jistax juża aktar minn 100 tunnellata ta’ skart ta’ l-għeneb u 100 tunnellata ta’ fond ta’ l-inbid għal kull esperiment.

Artikolu 47

Il-prezz tax-xiri

1. Il-prezz tax-xiri msemmi fl-Artikolu 27(9) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 japplika għall-merkanzija bl-ingrossa barra mill-istabbiliment tad-distillatur.

2. Id-distillaturi jridu jħallsu l-prezz imsemmi fil-paragrafu1 lill-produtturi fi żmien tlett xhur mill-jum meta l-ammont involut jiġi kunsinnat lid-distillerija.

Madanakollu, sakemm il-produtturi ma joġġezzjonawx, id-distillaturi jistgħu:

(a) iħallsu lill-produtturi 80 % akkont tal-prezz tax-xiri, sa mhux aktar tard minn tlitt xhur wara l-kunsinna tal-prodotti, jew

(b) jagħmlu l-ħlas fuq akkont imsemmi f’(a) wara l-kunsinna ta’ l-u mhux aktar tard minn xhar wara l-preżentazzjoni tal-fattura miktuba għalihom qabel il-31 ta’ Awissu wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid involuta.

Id-distillaturi jridu jħallsu l-bilanċ lill-produtturi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottobru ta’ wara.

Artikolu 48

Għajnuna li titħallas lid-distillaturi

1. L-għajnuna li titħallas lid-distillaturi għall-prodotti ditsillati skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tiġi stabbilità, għal kull % vol. ta’ alkoħol għal kull ettolitru ta’ prodott miksub mid-distillazzjoni, kif ġej:

(a) alkoħol newtrali:

(i) rata fissa ta’ għajnuna EUR 0.6279

(ii) għajnuna għal karfa ta’ l-għeneb EUR 0.8453

(iii) għajnuna għall-inbid u fond ta’ l-inbid EUR 0.4106

(b) Spirti distillati mill-karfa ta’ l-għeneb EUR 0.3985

u distillat jew alkoħol pur b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 52 % bil-volum

(c) Spirti ta’ l-inbid EUR 0.2777

(d) alkoħol pur minn fond ta’ l-inbid EUR 0.2777

Meta id-distillatur jagħti provi li d-distillat jew alkoħol pur miksub mid-distillazzjoni tal-karfa ta’ l-għeneb intuża mhux għal spirti distillati mill-għeneb, irid jitħallas ammont żejjed ta’ EUR 0.3139/%/vol./el.

2. Għajnuna differenzjata għall-alkoħol distillat mill-karfa ta’ l-għeneb jew mill-fond ta’ l-inbid imsemmi fil-paragrafu1(a):

(a) tista’ tiddaħħal minn Stat Membru meta l-applikazzjoni tar-rata bażi msemmija f’(i) twassal jew tista’ twassal għall-fatt li l-prodott jew il-prodotti sekondarji ta’ l-inbid ma jkunux jistgħu jiġu ddistillati f’xi reġjuni tal-Komunità.

(b) trid titħallas lid-distillaturi meta wieħed minn dawn il-materja prima hu iktar mis-60 % tal-kwantitajiet kollha li jkunu ddistillaw f’sena ta’ l-inbid partikolari.

3. Ma tingħata l-ebda għajnuna għall-kwantitajiet ta’ inbid kunsinnati għad-distillazjzoni li jaqbżu l-obbligu tal-produttur kif stabbilit fl-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-Regolament b’aktar minn 2 %.

Artikolu 49

Eċċezzjonijiet għall-obbligu tal-kunsinna għad-distillazzjoni

1. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ma japplikawx:

(a) għal produtturi li jirtiraw prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ l-inbid taħt superviżjoni skond l-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-Regolament,

(b) lil produtturi ta’ nbejjed bil-gass ta’ kwalità tat-tip aromatiku u nbejjed bil-gass ta’ kwalità u nbejjed ftit bil-gass tat-tip aromatiku prodotti f reġjuni speċifiċi li għamlu dawn l-inbejjed minn inbid magħsur qabel ma jiħmar jew minn inbid magħsur qabel ma jiħmar mhux kollu ffermentat li nxtara u li ġie stabbilizzat biex jitneħħa l-fond ta’ l-inbid.

2. Il-produtturi li ma pproduċewx inbid jew għeneb ipproċessat b’xi mod ieħor fl-istabbiliment tal-kooperattivi u li ma jipprodċux iktar minn 25 ettolitri ta’ nbid jew inbid magħsur qabel ma jiħmar matul is-sena ta’ l-inbid involut jistgħu ma jikkunsinnaw ebda kwantità.

3. Għal dik il-parti tal-produzzjoni tagħhom ta’ l-inbid attwalment ikkunsinnata lil distillerija taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-produtturi huma meħtieġa jikkunsinnaw biss il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta’ l-inbid għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Irtirar

1. Il-produtturi li ġejjin biss jistgħu jgawdu mill-għażla msemmija fl-Artikolu 27(8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

(a) dawk tabbiliti f’żoni ta’ produzzjoni fejn id-distillazzjoni hija limitazzjoni sproporzjonata, Lista taż-żoni ta’ produzzjoni trid tinkiteb mill-awtortajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, li jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

(b) dawk li ma pproduċewx inbid jew għeneb ipproċessat b’ebda mod ieħor fl-istabbiliment tal-kooperattivi u li għandhom spejjeż ta’ distillazzjoni sproporzjonati minħabba l-volum baxx ta’ produzzjoni tagħhom jew minħabba l-karatteristiċi speċjali u l-post fejn jinsabu d-distillaturi.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 27(7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-prodotti sekondarji tax-xogħol ta’ l-inbid għandhom jiġu rtirati migħajr dewmien u sa mhux aktar tard mit-tmiem tas-sena ta’ l-inbid meta nkisbu. L-irtirar, flimkien ma’ indikazzjoni tal-kwantitajiet stmati, għandhom jew jiddaħlu fir-reġistri skond l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jew jiġu ċertifikati mill-awtorità kompetenti.

L-irtar tal-fond ta’ l-inbid involut jitqies li twettaq malli l-fond ta’ l-inbid jkunu ġew żnaturati sabiex l-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ l-inbid ikun impossibbli u meta l-kunsinna tal-fond żnaturat lil persuni terzi tiddaħħal fir-reġistri msemmija fl-ewwel paragrafu. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn it-transazzjonijiet jiġu kontrollati.

L-Istati Membri li l-produzzjoni ta’ l-inbid tagħhom tkun aktar minn 25000 ettolitri fis-sena jridu jwettqu kontroll bit-teħid ta’ kampjuni sabiex jivverifikaw ta’ mill-inqas jekk l-qawwa medja alkoħolika minima msemmija fl-Artikolu 51 ġietx imħarsa u jekk il-prodotti kollha sekondarji ġewx irtirati fit-termini stabbiliti.

Artikolu 51

Ħtiġiet għall-prodotti sekondarji rtirati

Il-qawwa alkoħolika pura minima ta’ dawn il-prodotti rtirati taħt superviżjoni skond l-Artikolu 27(7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 trid tkun kif ġej:

(a) l-karfa ta’ l-għeneb:

(i) 2.1 litri/100 kilogramma fil-każ ta’ nbejjed bojod ta’ kwalità psr,

(ii) 3 litri/100 kilogramma fil-każijiet l-oħra.

(b) fond ta’ l-inbid:

(i) 3.5 litri/100 kilogramma fil-każ ta’ nbejjed bojod ta’ kwalità psr,

(ii) 5 litri/100 kilogramma fil-każijiet l-oħra.

Taqsima II: Distillazzjoni ta’ nbid minn għeneb ta’ skop doppju

Artikolu 52

Obbligu li jiġi kunsinnat l-inbid għad-distillazzjoni

Il-produtturi li huma meħtieġa jiddistillaw skond l-Artikolu 28 tar-Regolament (KEE) Nru 1493/1999 jridu jaqdu l-obbligu tagħhom billi jagħtu l-inbid tagħhom lid-distillerija, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ inbid involuta.

Fil-każijiet koperti mill-Artikolu 71 ta’ dan ir-Regolament, l-obbligi jiġu moqdija malli ssir l-kunsinna ta’ inbid lil produttur approvat ta’ l-inbd fortifikat għad-distillazzjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ l-inbid in kwestjoni.

Artikolu 53

Kwantità ta’ inbid li trid tiġi kunsinnata

1. Fil-każ ta’ nbid li jaqa’ taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-produtturi jridu jikkunsinnaw ammont daqs l-ammont li jkunu pproduċew mingħajr:

(a) il-kwantità li tikkorrispondi għal dik normalment prodotta, kalkulata skond kif huwa stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu,

(b) kull ammont li huma jistgħu jippruvaw li ġie esportat sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-inbid involuta.

Il-produtturi jistgħu jnaqqsu wkoll ammont ta’ mhux aktar minn 10 ettolitri mill-ammont li jridu jikkunsinnaw.

2. Fil-każ ta’ nbid miksub minn għeneb ta’ varjetajiet klassifikati bħala varjetajiet ta’ għeneb ta’ l-inbid kif ukoll bħala vajetajiet għal użi oħra, l-ammont kollu ta’ nbid prodott normalment għandu għal kull unità amministrattiva tkun il-kwantità medja prodotta nromalment fis-snin ta’ l-inbid:

- 1974/74 sa 1979/80 fil-Komunità ta’ Għaxra,

- 1978/sa 1983/84 fl-Ispanja u fil-Portugall,

- 1988/sa 1993/94 fl-Awstrija.

Madanakollu fil-każ ta’ nbid miksub minn għeneb ta’ varjetajiet klassifikati f’korp amministrattiv speċifiku bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid, l-ammonti distillati għal skopijiet oħra mhux għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid b’denominazzjoni ta’ l-oriġini reġistrata jitnaqqsu minna dik il-kwantità.

Għar-rigward ta’ l-inbid imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kwantità normalment prodotta għal kull ettaru għandha tiġi stabbilità mill-Istati Membri involuti billi jistabbilixxu l-proporzjon ta’ nbid miksub matul l-istess żmien ta’ referenza msemmi f’dak is-subparagrafu minn għeneb ta’ varjetajiet klassifikati f’unità amministrattiva speċifika bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għal skopijiet oħra.

3. Il-kwantità totali prodotta minn kull produttur għandha tkun it-total ta’ l-ammont ta’ nbid koperti mill-Artikolu 53 paragrafu 1 u ddikjarati fid-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u il-kwantitajiet mniżżla fir-reġistru stabbilit fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Reglament u miksubin mill-produttur wara d-data ta’ l-għoti tad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni minn għeneb, jew inbid magħsur qabel ma jiħmar prodott minn għeneb, tal-varjetajiet msemmijin fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament u li jidhru f’dik id-dikjarazzjoni.

4. Mis-sena ta’ l-inbid 1998/99, minkejja l-paragrafu ta’ qabel, għal inbid miksub minn għeneb ta’ varjetajiet klassifikati f’korp amministrattiv speċifiku bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid, l-Istati Membri jitħallew iħallu lill-produtturi li rċivew premju mis-sena ta’ l-inbid 1997/98 għall-abbandun għal dejjem ta’ biċċa miż-żona għat-tkabbir tad-dwieli tagħhom stabbilit mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 sabiex jinżamm, għal ħames snin wara t-tħaffir, l-ammont prodott normalment fuq il-livell kif kien qabel it-tħaffir.

Artikolu 54

Eċċezzjonijiet ta’ l-obbligu tal-kunsinna għad-distillazzjoni

Meta tingħata deroga skond l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-inbid kopert minn dak l-Artikolu jista’ jiġi spustjat:

(a) lejn uffiċċju doganali għall-mili tal-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni segwit bit-tneħħija mit-territorju doganali tal-Komunità, jew

(b) lejn l-istabbiliment ta’ produttur approvat ta’ nbid msaħħaħ għad-distillazzjoni għall-iksop tas-tisħiħ.

Artikolu 55

Prezz tax-xiri

1. Id-distillaturi jridu jħallsu l-prezz stabbilit fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 lill-produtturi għall-ammont mogħti fi żmien tlett xhur mid-data tal-kunsinna lid-distillerija. Dan il-prezz japplika għall-merkanzija bl-ingrossa barra l-istabbiliment tal-produttur.

2. Fil-każ ta’ nbid msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 53, il-prezz jista’, skond l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jitqassam minn Franza fost dawk li għandhom l-obbligu li jiddistillaw fuq il-bażi tal-ġabra għal kull ettaru. Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istat Membru jridu jiżguraw li l-prezz medju fil-fatt imħallas għall-inbid kollu huwa ta’ EUR 1.34/% vol./rl.

Artikolu 56

Għajnuna li titħallas lid-distillaturi

L-ammont ta’ għajnuna msemmi fl-Artikolu 28(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 irid jiġi stabbilit kif ġej, għal % vol. ta’ alkoħol u għal kull ettolitru ta’ prodott miksub mid-distillazzjoni:

(a) alkoħol newtrali EUR 0,7728

(b) Spirti ta’ l-inbid, alkoħol pur u distillat ta’ l-inbid EUR 0,6401

Artikolu 57

Ħtiġiet għal alkoħol miksub minn xi operazzjonijiet ta’ distillazzjoni

Prodott b’qawwa alkoħolika ta’ 92 % vol. jew iktar biss jista’ jinkiseb mid-distillazzjoni diretta ta’ nbid miksub minn għeneb ta varjetajiet klassifikati f’unità amministrattiva speċifika bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid.

Taqsima III: Dispożizzjonijiet komuni li japplikaw għas-Sezzjonijiet I u II ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 58

Kunsinni parzjali

Il-prodotturi li huma soġġetti għal wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 45 u 52 ta’ dan ir-Regolament li kkunsinnaw ta’ mill-inqas id-90 % ta’ l-ammont tal-prodott li jridu jagħtu qabel il-15 ta’ Lulju ta’ dik is-sena ta’ l-inbid jistgħu jaqdu dmirijiethom billi jagħtu l-ammont li jifdal qabel data, li trid tiġi stabbilità mill-awtorità kompetenti nazzjonali, li ma tistax tkun wara l-31 ta’ Awissu ta-sena ta’ l-inbid ta’ wara.

F’każijiet bħal dawn:

(a) il-prezz tax-xiri għall-kwantitajiet li jifdal imsemmija fl-ewwel subparagrafu u l-prezz ta’ l-alkoħol prodott minnhom u mogħti lill-aġenzija ta’ intervent għandu jitnaqqas b’ammont daqs l-għajnuna għall-alkoħol newtrali stabbilit għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni involuta u skond l-Artikolu 48(1)(a)(i) u l-Artikolu 56(a) ta’ dan ir-Regolament,

(b) ebda għajnuna m’għandha titħallas għall-prodotti mid-distillazzjoni li ma jaslux għand l-aġenzija ta’ intervent,

(ċ) l-obbligu jitqies li ġie moqdi mid-data stabbilità skond l-ewwel subparagrafu,

(d) it-termini ta’ skadenza għad-distillazzjoni, il-preżentazzjoni tal-prova tal-ħlas tal-prezz msemmija f’(a) u l-għoti ta’ l-alkoħol lill-aġenzija ta’ intervent għandhom jiġu aġġustati mill-awtorità kompetenti sabiex jiġu meqjusa t-terminu ta’ skadenza estiż għall-kunsinna.

Artikolu 59

Prova tal-kunsinna

Bħala prova tal-kunsinna, id-distillaturi għandhom jipprovdu lill-produtturi, qabel il-31 ta’ Awissu tas-sena ta’ l-inbid ta’ wara, b’ċertifikat li juri ta’ mill-inqas it-tip, l-ammont u l-qawwa alkoħolika bil-volum tal-prodotti mogħtija, kif ukoll id-dati tal-kunsinna.

Madanakollu, meta l-produtturi jikkunsinnaw il-prodotti illi huma jagħtu għad-distillazzjoni lil distillerija fi Stat Membru ieħor u mhux dak fejn saru l-prodotti, id-distillatur għandu jeħtieġ lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru tad-distillazzjoni jiċċertifika fuq id-dokument stabbilit fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jkopri t-trasport tal-prodotti li d-distillerija ħadet il-prodotti nvoluti. Id-distillatur għandu jgħaddi kopja ta’ dokument attestat kif suppost lill-produttur fi żmien xahar minn meta jirċievi l-prodotti għad-distillazzjoni.

Artikolu 60

Provi li d-distillaturi jridu jagħtu lill-aġenziji ta’ intervent

1. Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, id-distillaturi jridu jippreżentaw applikazzjoni lill-aġenzija ta’ intervent, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru wara s-sena ta’ l-inbid involuta, fejn għandhom jinkludu dan li ġej għalill-kwantitajiet koperti mill-applikazzjoni tagħhom:

(a) (i) fil-każ ta’ nbid u l-fond ta’ l-inbid, ġabra tal-kunsinni ta’ kull produttur, li turi ta’ mill-anqas:

- it-tip, il-kwantità, il-kulur u l-qawwa alkoħolika bil-volum,

- in-numru tad-dokument stabbilit fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, meta dan id-dokument ikun meħtieġgħat-trasport tal-prodotti lill-istabbilimenti tad-distillaturi jew, minflok, in-numru ta’ referenza tad-dokument ta’ trasport użat taħt regoli nazzjonali;

(ii) fil-każ ta’ l-karfa ta’ l-għeneb, lista ta’ l-ismijiet tal-produtturi li taw l-karfa u l-ammont ta’ alkoħol li jinsab fil-karfa mogħti għad-distillazzjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

(b) dikjarazzjoni, ittimbrata mill-awtorità kompetenti nominata mill-Istat Membru, li turi ta’ mill-anqas:

(i) il-kwantità ta’ prodotti miksuba mid-distillazzjoni, imqassma f’kategoriji kif indikat fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament,

(ii) id-data meta dawn il-prodotti ġew miksuba;

(c) prova li ħallsu lill-produttur il-prezz minimu stabbilit għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni involuta fiż-żmien awtorizzat.

Madanakollu l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti aktar faċli għall-għoti ta’ prova tal-ħlas tal-prezz minimu għad-distillazzjoni tal-prodotti li joħorġu mix-xogħol ta’ l-inbid wara li jiksbu l-kunsens tal-Kummissjoni dwar dawn l-arranġamenti.

2. Meta l-produtturi jwettqu d-distillazzjoni huma stess, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu1 għandhom jiġu sostitwiti b’dikjarazzjoni, ittimbrata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, li turi ta’ mill-anqas:

(a) it-tip, il-kwantità, il-kulur u l-qawwa alkoħolika bil-volum tal-prodott li jrid jiġi ddistillat,

(b) il-kwantità ta’ prodotti miksuba mid-distillazzjoni, maqsuma f’kategoriji kif indikat fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament,

(c) id-dati meta dawn il-prodotti ġew miksuba.

3. Il-prova li l-prezz minimu tħallas tista’ tiġi sostitwita minn prova li ngħatat garanzija favur l-aġenzjia ta’ intervent. Il-garanzija trid tkun daqs 120 % ta’ l-għajnuna li għaliha tkun saret l-applikazzjoni.

F’każijiet bħal dawn, il-prova li d-distillatur ħallas il-prezz kollu msemmi fl-Artikolu 27(9) jew fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tingħata lill-aġenzija ta’ intervent sa mhux aktar tard mill-aħħar jum fi Frar wara s-sena ta’ l-inbid involuta.

4. F’każijiet msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(2) ta’ dan ir-Regolament, il-prova li l-prezz tax-xir ġie mħallas għandha tiġi sostitwita minn prova li l-ħlas akkont sar.

5. L-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas l-għajnuna lid-distillatur jew, fil-każijiet msemmija fil-paragrafu2, lill-produttur sa mhux aktar tard minn tlitt xhur wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti meħtieġa.

6. Jekk jinstab li d-distillatur ma ħallasx il-prezz lill-produttur, l-aġenzija ta’ intervent trid tħallas lill-produttur ammont daqs l-għajnuna qabel l-1 ta’ Ġunju wara s-sena ta’ l-inbid involuta, fejn xieraq permess ta’ l-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru tal-produttur.

Artikolu 61

Dati ta’ l-operazzjonijiet għad-distillazzjoni

1. Kull inbid mogħti sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ma jistax jiġi ddistillat qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ l-inbid involuta.

2. Sa mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xagħar, id-distillaturi jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent dikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti distillati u tal-prodotti miksuba matul ix-xagħar ta’ qabel, u dawn ta’ l-aħħar għandhom jinqasmu skond il-kategorija kif indikat fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-distillazzjoni ma tistax isseħħ wara l-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-inbid involuta.

Artikolu 62

Il-kunsinna ta’ l-alkoħol lill-aġenzija ta’ intervent

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 27(12) u 28(6) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, id-distillaturi jistgħu jikkunsinnaw prodotti b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 92 % vol. lill-aġenzija ta’ intervent sa l-aktar tard fit-30 ta’ Novembru wara s-sena ta’ l-inbid involuta.

L-operazzjonijiet neċessarji għall-kisba tal-prodott msemmi fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu fl-istabbiliment tad-distillatur li jagħti l-istess prodott lill-aġenzija ta’ intervent kif ukoll fl-istabbiliment ta’ distillatur professjonali.

Ħlief meta jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, id-distillaturi li jikkunsinnaw lill-aġenzija ta’ intervent ma jistgħux iżommu fiżikament l-alkoħol mogħti fl-istabbiliment tagħhom; san irid jinħażen fl-istabbiliment taħt l-aministrazzjoni ta’ l-aġenzija ta’ intervent.

2. Il-prezz li jrid jitħallas lid-distillaturi għall-alkoħol pur mogħti lill-aġenzija ta’ intervent jird jiġi stabbilit b’ % vol./el kif ġej:

(a) distillazzjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

(i) prezz standard: EUR 1654

(ii) alkoħol mill-karfa ta’ l-għeneb: EUR 1872

(iii) alkoħol distillat minn inbid jew minn fond ta’ l-inbid: EUR 1437

(b) distillazzjoni skond l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

- prezz EUR 1799

Meta alkoħol jinħażen fl-istabbiliment fejn ġie prodott, il-prezzijiet t’hawn fuq jitnaqqsu b’EUR 0.5/% vol./el ta’ alkoħol.

3. Prezzijiet differenzjati għall-alkoħol mill-karfa ta’ l-għeneb, alkoħol mill-inbid u alkoħol distillat mill-fond ta’ l-inbid msemmija fil-paragrafu2(a):

(a) jistgħu jiġu deċiżi minn Stat Membru meta l-applikazzjoni tal-prezz standard msemmija f’(i) twassal jew tista’ twassal għall-fatt li l-prodott jew il-prodotti sekondarji ta’ l-inbid ma jkunux jistgħu jiġu ddistillati f’ċerti reġjuni tal-Komunità.

(b) iridu jitħallsu lid-distillaturi meta wieħed minn dawn il-materja prima jkun aktar mis-60 % tal-kwantitajiet kollha li huma jkunu ddistillaw f’sena ta’ l-inbid stabbilità.

4. Fil-każ ta’ distillaturi li rċevew l-għajnuna taħt l-Artikoli 48 u 56 ta’ dan ir-Regolament, il-prezzijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitnaqqsu b’ammont daqs l-għajnuna.

5. L-aġenzija ta’ intervent trid tħallas lid-distillaturi sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara l-jum meta jiġi kunsinnat l-alkoħol, sakemm ikunu ġew preżentati d-dokumenti u l-evidenza li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 60.

KAPITOLU II

DISTILLAZZJONI FAKOLTATTIVA

Artikolu 63

Il-ftuħ tad-distillazzjoni kif stabbilit fl-Atikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

1. Id-distillazzjoni ta’ nbid tal-mejda u ta’ nbid li jista’ jipproduċi nbid tal-mejda msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tinfetaħ fl-1 ta’ Settembru ta’ kull sena ta’ l-inbid.

2. Il-volum ta’ nbid tal-mejda u ta’ nbid li jista’ jipproduċi nbid tal-mejda li kull produttur jista’ jkollu ddistillat ma jistax ikun aktar mill-40 % ta’ l-ogħla volum ta’ dan l-inbid prodott u ddikjarat fit-tlitt snin ta’ l-inbid ta’ qabel, inkluża dik is-sena jekk il-produzzjoni diġa ġiet iddikjarata. Meta jiġi applikat l-perċentwal hawn fuq imsemmi, l-ammont ta’ nbid tal-mejda prodott għandu jkun dak meqjus bħala nbid fil-kolonna ntitolata "Inbejjed tal-mejda" tad-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet prodotti msemmija fl-Artikoli 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

3. Kull produttur li jipproduċi nbid tal-mejda jew nbid li jista’ jipproduċi nbid tal-mejda jista’ jiffirma kuntratt jew jagħmel dikjarazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament. Il-kuntratt irid jiġi akkumpanjat minn prova tal-preżentazzjoni tal-garanzija ta’ EUR 5 għal kull ettolitru. Dawn il-kuntratti ma jistgħux jiġu trasferiti.

4. L-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-5 u fl-20 jum ta’ kull xahar jew l-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara dwar il-kwantitajiet kollha koperti minn kuntratti ffirmati għal din id-distillazzjoni fiż-żminijiet mis-16 sal-31 jum tax-xahar ta’ qabel u mill-1 u mill-15 jum ta’ dak ix-xahar rispettivament.

5. L-Istati Membri jistgħu japprovaw dawn il-kuntratti malli jiskadu għaxart ijiem tax-xogħol wara l-avviż lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4, minbarra jekk fil-frattemp il-Kummissjoni tkun adottat miżuri speċjali. Sad-data tan-notifika ta’ wara skond il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-volum totali ta’ kuntratti approvati.

6. Jekk il-kwantitajiet li għalihom ġew konklużi l-kuntratti, notifikati lill-Kummissjoni fil-jum stabbilit skond il-paragrafu 4, jaqbżu jew jistgħu jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu mar-riżorsi disponibbli tal-budget jew huma jew jistgħu jkunu sostanzjalment aktar mill-kapaċità ta’ assorbiment ta’ l-alkoħol li jinxtorob, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċifra perċentwali għall-aċċettazzjoni tal-kwantitajiet koperti mill-kuntratti in kwestjoni u/jew għandha tissospendi n-notifika tal-kuntratti l-ġodda. F’dan il-każ, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 3 titħallas lura għall-kwantitajiet ffirmati iżda mhux aċċettati.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tistabbilixxi perċentwal għal aċċettazzjoni ta’ kuntratti konklużi jew tissospendi n-notifika ta’ kuntratti ġodda f’każijiet ta’żvilupp abnormali ta’ kuntratti ġodda jew fejn ikun hemm riskju serju li l-kontinwità tal-provvista tradizjzonali tal-prodotti tad-distillazzjoni sejra tiġi mfixkla.

7. Il-kuntratti ffirmati u mhux notfikati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4 ma jistgħux jiġu approvati.

8. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħallas lura skond il-kwantitajiet mogħtija meta l-produttur jagħti prova ta’ kunsinna lid-distillerija.

9. L-ammonti li jridu jingħataw taħt kuntratt għandhom jiġu kunsinnati lil distillerija l-aktar tard sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena ta’ l-inbid.

Artikolu 64

Ammont ta’ għajnuna

1. L-għajnuna li trid titħallas lid-distillaturi jew, fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 65(3) ta’ dan ir-Regolament, lill-produtturi, għall-inbid distillat għall-produzzjoni ta’ l-alkoħol li jinxtorob taħt dan il-Kapitolu trid tiġi stabbilità għal % vol. ta’ alkoħol u għal kull ettolitru ta’ prodott miksub mid-distillazzjoni kif ġej:

(a) għajnuna primarja skond l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

- EUR 1751 għal % vol. u għal kul ettolitru għal alkoħol pur u għal spirti distillati mill-inbid,

- EUR 1884/% vol./el għal alkoħol newtrali.

(b) għajnuna sekondarja skond l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999: EUR 0.0336/rl kuljum.

2. Distillaturi li jixtiequ jirċievu għajnuna sekondarja jridu javżaw lill-aġenzija ta’ intervent dwar l-ammont u l-karatteristiċi tal-prodott li jixtiequ jaħżnu u d-data meta l-ħżin huwa skedat biex jibda. Din in-notifika għandha ssir ta’ mill-inqas 30 jum qabel ma jibda l-ħżin.

Ħlief jekk l-aġenzija ta’ intervent topponi fit-terminu ta’ 30 jum imsemmi hawn fuq, id-data meta l-ħżin huwa skedat biex jibda għandha titqies li hija d-data attwali tal-bidu.

3. Għajnuna sekondarja msemmija f’(b) tal-paragrafu 1 tista’ titħallas biss:

- għal mill-inqas 100 el alkoħol maħżun f’reċipjenti ta’ mill-inqas 100 el.

- għal massimu ta’ 12-il xhar mill-1 ta’ Diċembru,

- għal mill-inqas sitt xhur.

Id-distillaturi jistgħu jitterminaw il-ħżin ta’ alkoħol mill-1 ta’ Ġunju sakemm il-Kummissjoni tawtorizza li jsir dan fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-settur.

4. Fil-każ ta’ għajnuna primarja, l-aġenzija ta’ intervent trid tħallas lid-distillaturi jew, fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 65(2), lill-produtturi, l-għajnuna maħduma skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara l-għoti tal-prova msemmija fl-Artikolu 65(1) ta’ dan ir-Regolament.

L-aġenzija ta’ intervent trid tħallas l-għajnuna sekondarja sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ħżin.

5. Alkoħol li għalih titħallas l-għajnuna skond dan l-Artikolu ma jistax jinxtara lura wara mill-awtoritajiet pubbliċi. Jekk id-distillaturi xorta jridu jbiegħu l-alkoħol tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi, iridu l-ewwel jagħtu lura l-għajnuna li rċevew.

6. Minkejja l-paragrafu 5, dak il-paragrafu ma japplikax għall-awtoritajiet pubbliċi li għandhom programm għall-bejgħ ta’ alkoħol li ma jfixkilx l-użu tradizzjonali, per eżempju programm agri-ambjentali għall-bejgħ ta’ alkoħol lis-settur tal-karburanti, fir-rigward ta’ kwantitajiet ta’ alkoħol mibjugħa taħt dawn il-programmi.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-KAPITOLI I U II

Taqsima I: Ġenerali

Artikolu 65

Kuntratti ta’ kunsinna

1. Il-produtturi kollha li għandhom il-ħsieb li jikkunsinnaw l-inbid tal-produzzjoni tagħhom stess għad-distillazzjoni skond l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jiffirmaw kuntratt jew kuntratti ta’ kunsinna, hawnhekk iżjed ‘il quddiem "kuntratti", ma’ distillatur jew distillaturi. Id-distillaturi jridu jippreżentaw dawn il-kuntratti lill-aġenzija ta’ intervent kompetenti għall-approvazzjoni qabel data li trid tiġi speċifikata, skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Istati Membri.

Flimkien mal-kuntratt, trid tiġi preżentata prova lill-aġenzija ta’ intervent li l-produtturi fil-fatt ipproduċew u jżommu l-kwantità ta’ nbid li trid tiġi kunsinnata. Din il-prova ma tistax tkun meħtieġa fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet diġà għandhom provi relevanti ta’ din ix-xorta taħt arranġamenti oħra.

Il-produtturi soġġetti għal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu wkoll jagħtu lid-distillaturi prova li laħqu dawk l-obbligi matul iż-żmien stabbilit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-kuntratti jridu jinkludu ta’ mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar l-inbid li jkopru:

(a) il-kwantità, li ma tistax tkun anqas minn 10 ettolitri,

(b) id-diversi karatteristiċi, u b’mod partikolari l-kulur.

Il-produtturi ma jistgħux jikkunsinnaw l-inbid għad-distillazzjoni ħlief jekk il-kuntratt ikun ġie approvat mill-aġenzjia ta’ intervent kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita n-numru ta’ kuntratti li produttur jista’ jiffirma.

Meta d-distillazzjoni ssir fi Stat Membru differenti minn dak fejn ġie appruvat il-kuntratt, l-aġenzija ta’ intervent li appruvat il-kuntratt trid tibgħat kopja ta’ dan lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru tad-distillazzjoni.

3. Il-produtturi msemmija fil-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) li għandhom faċilitajiet ta’ distillazzjoni huma stess u li bi ħsiebhom iwettqu d-distillazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, jew

(b) li bi ħsiebhom jagħtu l-inbid tagħhom lil ħaddieħor biex jagħmel id-distillazzjoni f’isimhom f’impjant ta’ distillatur appruvat li jaħdem taħt kuntratt, iridu jagħtu dikjarazzjoni tal-kunsinna għad-distillazzjoni, hawnhekk iżjed ‘il quddiem "id-dikjarazzjoni", lill-aġenzija ta’ intervent kompetenti għall-approvazzjoni qabel data li trid tiġi speċifikata.

Il-produtturi li huma soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu jagħtu wkoll lill-aġenzija ta’ intervent prova li huma jkunu ssodisfaw dawk l-obbligi matul il-perjodu ta’ referenza stabbilit fl-Artikoli 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, il-kuntratt għandu jiġi sostitwit

(a) fil-każ imsemmi f’(a) fl-ewwl subparagrafu tal-paragrafu 3, bid-dikjarazzjoni,

(b) fil-każ imsemmi f’(b) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, mid-dikjarazzjoni flimkien ma’ kuntratt ta’ kunsinna għad-distillazzjoni f’isem il-produttur iffirmat bejn il-produttur u d-distillatur.

5. Il-karatteristiċi ta’ l-inbid mogħti għad-distillazzjoni jridu jkunu l-istess bħal dawk indikati fil-kuntratt jew dikjarazzjoni koperti minn dan l-Artikolu.

Ma tingħata l-ebda għajnuna:

(a) jekk il-kwantità ta’ nbid fil-fatt ikkunsinnata għad-distillazzjoni tkun anqas minn 95 % ta’ dak indikat fil-kuntratt jew fid-dikjarazzjoni;

(b) għal kull kwantità ta’ inbid li taqbeż il-105 % ta’ dik indikata fil-kuntratt jew fid-dikjarazzjoni;

(c) għal kull kwantità ta’ nbid ta’ aktar mill-kwantità massima li trid tiġi mħarsa għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni involuta.

6. Id-distillaturi jridu jħallsu l-produtturi l-prezzijiet stabbiliti għal % vol. ta’ alkoħol u għal kull ettolitru skond l-Artikolu 29 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għall-inbid mogħti lilhom. Dawn il-prezzijiet japplikaw għall-oġġetti bl-ingrossa minbarra mill-istabbiliment tal-produttur.

7. Id-distillaturi għandhom iħallsu lill-produtturi l-prezz tal-bejgħ minimu msemmi fil-paragrafu 6 fi żmien tlett xhur mill-kunsinna ta’ l-inbid, sakemm il-produtturi jkunu preżentaw lill-awtorità kompetenti l-prova msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mill-kunsinna. Jekk din il-prova tingħata wara iktar minn xahrejn wara l-kunsinna, id-distillaturi għandhom iħallsu fi żmien xahar.

8. Id-distillaturi jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent, fit-termini stabbiliti:

(a) id-dettalji tal-kwantità, il-kulur u l-qawwa attwali alkoħolika bil-volum ta’ l-inbid f’kull kunsinna minn kull produttur minn għand min irċivew kunsinna ta’ l-inbid, flimkien man-numru tad-dokument stabbilit fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 użat għat-trasport ta’ l-inbid lejn l-istabbiliment tad-distillatur,

(b) prova li l-kwantità kollha ta’ nbid stabbilità fil-kuntratt jew fid-dikjarazzjoni ġiet iddistillata fiż-żmien permess,

(c) prova li ħallsu lill-produttur il-prezz tal-bejgħ msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu fiż-żmien permess.

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 9, il-produtturi huma meħtieġa jagħtu biss il-prova msemmija f’(b) hawn fuq.

Sa mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xagħar, id-distillaturi jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent dikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti ddistillati u tal-prodotti miksuba matul ix-xahar ta’ qabel, u dawn ta’ l-aħħar għandhom jinqasmu f’kategoriji kif indikat fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

9. Jekk id-distillazzjoni titwettaq mill-produtturi stess fil-kapaċita ta’ distillaturi jew minn distillaturi għall-produtturi, l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 8 trid tingħata lill-aġenzija ta’ intervent mill-produttur.

10. L-Istati Membri jridu jwettqu kontrolli rappreżentattivi fuq il-post fuq l-inbid kopert minn kuntratti u jridu jaraw, b’mod partikolari:

(a) li l-produttur fil-fatt ipproduċa u jżomm l-ammont ta’ nbid li jrid jingħata,

(b) li l-inbid taħt il-kuntratt jaqa’ taħt il-kategorija li għaliha ġiet miftuħa d-distillazzjoni.

Il-kontroll jista’ jsir f’kull ħin mid-data ta’ preżentazzjoni tal-kuntratt sad-data ta’ l-approvazzjoni tiegħu u meta l-inbid jiddaħħal fid-distillerija. L-Istati Membri bl-aktar arranġamenti effettivi għall-kontroll tal-punt (a) fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jridu jwettqu l-kontrolli biss meta l-prodotti jiddaħħlu fid-distillerija.

Artikolu 66

Ħlasijiet bil-quddiem

1. Id-distillaturi jew, fil-każ msemmi fl-Artikolu 65(3) ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi, jistgħu jitolbu li ammont daqs l-għajnuna stabbilità għall-operazzjoni tad-distillazjoni involuta titħallas lilhom bil-quddiem, kemm-il darba jkunu taw garanzija favur l-aġenzija ta’ intervent. Dik il-garanzija trid tkun daqs 120 % ta’ l-ammont msemmi.

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu jinħadem bil- % vol. ta’ alkoħol indikat għall-inbid kopert mill-kuntratt jew dikjarazzjoni ta’ kunsinna u għal kull ettolitru ta’ dak l-inbid, jew bl-ettolitru ta’ alkoħol pur fil-każ ta’ l-għajnuna sekondarja msemmija fl-Artikolu 64(1)(b) ta’ dan ir-Regolament. L-aġenzija ta’ intervent trid tħallas bil-quddiem sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara l-preżentazzjoni ta’ provi li ngħatat il-garanzija, sakemm il-kuntratt ġie appruvat.

2. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata mill-aġenzija ta’ intervent malli tiġi preżentata l-prova msemmija fl-Artikolu 65(8) fiż-żmien stabbilit.

Artikolu 67

Il-kontribut tal-FAEGG għall-ispiża ta’ l-operazzjonijiet tad-distillazzjoni

1. It-Taqsima ta’ Garanzija FAEGG tird tiffinanzja parti mill-ispiża ta’ l-aġenzija ta’ intervent meta din tieħu l-alkoħol.

Il-kontribut finanzjarju għandu jkun daqs l-għajnuna stabbilità taħt l-Artikoli 48 u 56 u l-Artikolu 68(a) ta’ dan ir-Regolament u skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2. L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [5] għandhom japplikaw għal dan il-kontribut.

Taqsima II: Inbid imsaħħaħ

Artikolu 68

Ipproċessar għal inbid imsaħħaħ

1. L-inbid li jrid jiġi distillat taħt dan ir-Regolament jista’ jiġi msaħħaħ. F’każijiet bħal dawn, l-uniku prodott li jista’ jinkiseb mid-distillazzjoni ta’ dan l-inbid imsaħħaħ huma l-ispirti ta’ l-inbid.

2. L-inbid għandu jiġi msaħħaħ għad-distillazzjoni biss taħt sorveljanza.

Għal dan l-iskop:

(a) id-dokument(i) u reġistru(i) meħtieġa skond l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iridu juru ż-żieda fil-qawwa alkoħolika bil-volum, espressa bħal % vol., bl-indikazzjoni tas-saħħa qabel u wara ż-żieda tad-distillat ma’ l-inbid.

(b) għandu jittieħed kampjun ta’ l-inbid taħt sorveljanza uffiċjali qabel jissaħħaħ sabiex il-qawwa alkoħolika bil-volum tkun tista tiġi stabbilità minn laboratorju uffiċċjali jew minn laboratorju taħt superviżjoni uffiċċjali,

(c) jridu jintbagħtu żewġ kopji tar-rapport analitiku msemmi f’(b) lill-produttur ta’ l-inbid imsaħħaħ, li jrid jibgħat kopja lill-aġenzjia ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn jissaħħaħ l-inbid.

3. L-inbid għandu jiġi msaħħaħ għad-distillazzjoni matul iż-żmien stabbilit għall-operazzjoni tad-distillazzjoni involuta.

4. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta’ postijiet fejn l-inbid jista’ jiġi msaħħaħ għad-distillazzjoni, jekk dan ikun meħtieġsabiex il-metodu l-aktar effettiv ta’ superviżjoni jkun żgurat.

Artikolu 69

Tħejjija ta’ inbid imsaħħaħ

1. Fil-każijiet meta l-għażla msemmija fl-Artikolu 68(1) tiġi eżerċitata u meta l-inbid ma jissaħħaħx minn jew għal distillatur, il-produtturi jridu jiffirmaw kuntratt ta’ kunsinna ma’ produttur approvat ta’ nbid imsaħħaħ u jridu jippreżentawh għall-approvazzjoni lill-aġenzija ta’ intervent kompetenti.

Madanakollu, fil-każ ta’ produtturi li ġew approvati bħala produtturi ta’ nbid imsaħħaħ u li jridu jsaħħu l-inbid għad-distillazzjoni huma stess, il-kuntratt imsemmi fl-ewwel subparagrafu jrid jiġi mibdul b’dikjarazzjoni tal-kunsinna.

2. Il-kuntratti u d-dikjarazzjonijiet msemmijin fil-paragrafu1 jridu jiġu koperti minn regoli addottati mill-Istati Membri.

3. Il-produtturi ta’ nbejjed imsaħħa jridu jħallsu lill-produtturi ta’ mill-anqas il-minimu tal-prezz tax-xiri stabbilit għad-distillazzjoni kif jipprovdu l-Artikoli 27 sa 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għall-inbid kunsinnat. Dak il-prezz japplika għall-merkanzija bl-ingrossa:

(a) b’xejn fl-istabbiliment tal-prodottur fil-każ ta’ distillazzjoni skond l-Artikolu 27(9) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

(b) Barra mill-istabbiliment tal-produttur f’każijiet oħra.

Mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti meħtieġa, il-produtturi ta’ nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi bħad-distillaturi taħt dan it-Titolu.

L-għajnuna li trid titħallas lill-produttutri ta’ nbid imsaħħaħ għandha tiġi stabbilità għal kull % vol. ta’ qawwa alkoħolika u għal kull ettolittru ta’ nbid kif ġej:

- EUR 0.2657 għad-distillazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

- EUR 0.6158 għad-distillazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999;

- EUR 0.1715 għad-distillazzjoni kif stabbilità fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

L-aġenzija ta’ intervent kompetenti trid tħallas l-għajnuna lill-produtturi ta’ nbid imsaħħaħ bil-kondizzjoni li jagħtu garanzija daqs 120 % ta’ l-għajnuna li trid tingħata. Madanakollu, l-ebda garanzija ma tkun meħtieġa meta l-ħtiġiet kollha għal-ħlas ta’ l-għajnuna jkunu diġà ġew sodisfatti.

Meta l-produtturi jsaħħu l-inbid b’konnessjoni ma’ diversi operazzjonijiet ta’ distillazzjoni regolati minn dispożizzjonijiet differenti tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dawn jistgħu jagħtu garanzija waħda. F’dawn il-każijiet, il-garanzija trid tkun daqs 120 % ta’ l-għajnuna kollha li trid titħallas għat-tisħiħ b’konnessjoni ma’ l-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni msemmija.

L-aġenzjia ta’ intervent trid tħallas lura l-garanziji wara l-preżentazzjoni, fiż-żmien stabbilit, ta’:

(a) prova li l-ammont kollu ta’ nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni indikat fil-kuntratt jew fid--dikjarazzjoni ġie ddistillat fiż-żmien permess, u

(b) prova li l-prezz tal-bejgħ minimu msemmi fl-Artikoli 27, 28, 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 tħallas fiż-żmien permess.

F’każijiet li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-produttur għandu jagħti biss lill-aġenzija ta’ intervent il-prova msemmija f’(a) hawn fuq.

Artikolu 70

Distillazzjoni fi Stat Membru ieħor

1. Minkejja l-Artikolu 69(4) ta’ dan ir-Regolament, meta l-inbid imsaħħaħ jiġi ddistillat fi Stat Membru differenti minn dak fejn ġew approvati l-kuntratt jew id-dikjarazzjoni, l-għajnuna li trid titħallas għad-diversi operazzjonijiet ta’ distillazzjoni tista’ titħallas lid-distillaturi sakemm dawn jippreżentaw applikazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-terminu stabbilit għat-twettiq ta’ l-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni involuti, lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn issir id-distillazzjoni.

2. Ma’ l-applikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu1 iridu jintbagħtu dawn li ġejjin:

(a) dokument, iffirmat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn issaħħaħ l-inbid, li jittrasferixxi d-dritt għall-għajnuna mill-produttur ta’ l-inbid imsaħħaħ lid-distillatur u li juri il-kwantitajiet ta’ nbid imsaħħa involuti u l-ammont ta’ l-għajnuna,

(b) kopja tal-kuntratt jew tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(1), appruvait mill-aġenzija ta’ intervent kompetenti,

(c) kopja tar-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 68,

(d) prova li l-prezz tal-bejgħ minimu ta’ l-inbid ġiet imħallsa lill-produttur,

(e) id-dokument meħtieġ skond l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għat-trasport ta’ l-inbid imsaħħaħ lid-distillerija, li juri ż-żjieda fil-qawwa alkoħolika bil-volum, esppressa bħala % vol., bl-indikazzjoni tas-saħħa qabel u wara ż-żieda tad-distillat fl-inbid.

(f) prova li l-inbid imsaħħaħ involut ġie ddistillat.

3. Fil-każijiet li jaqgħu taħt il-paragrafu 1, il-produtturi ta’ nbid imsaħħaħ m’humiex meħtieġa jagħtu l-garanzija stabbilità fl-Artikolu 69(4).

4. L-aġenzija ta’ intervent trid tħallas l-għajnuna sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara li jingħataw l-applikazzjonijiet u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2.

Artikolu 71

Regoli speċjali

1. Fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-Regolament, il-kuntratt jew dikjarazzjoni tal-kunsinna għat-tisħiħ għad-distillazzjoni jridu jiġu preżentati lill-aġenzija ta’ intervent kompetenti għall-approvazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-inbid involuta. L-aġenzija ta’ intervent trid tinnotifika lill-produttur dwar ir-riżultat tal-proċedura ta’ approvazzjoni fi żmien 15-il jum mid-data meta tkun ingħatat l-applikazzjoni jew id-dikjarazzjoni.

2. F’każijiet ta’ distillazzjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-ebda nbid ma jista’ jiġi msaħħaħ qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ l-inbid involuta jew qabel ma l-kuntratt jew id-dikjarazzjoni rilevanti jkunu ġew approvati.

3. Sa mhux aktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar, il-produtturi ta’ nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jridu jibagħtu lill-aġenzija ta’ intervent dikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ nbid mogħtija lilhom matul ix-xahar ta’ qabel.

4. Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna, il-produtturi ta’ l-inbid imsaħħaħ iridu jippreżentaw applikazzjoni lill-aġenzija ta’ intervent kompetenti, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru wara t-tmiem tas-sena ta’ l-inbid involuta, bil-prova li l-garanzija msemmija fl-Artikolu 69(4) tkun ingħatat.

L-għajnuna għandha titħallas sa mhux aktar tard minn tlitt xhur wara d-data ta’ l-għotji ta’ prova li l-garanzija ngħatat. Ma tistax titħallas sakemm il kuntratt jew id-dikjarazzjoni jkunu ġew approvati.

5. Bla ħsara għall l-Artikolu 69(4) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija trid titħallas lura biss jekk id-dokumenti msemmija f’dak l-Artikolu jkunu ġew preżentati lill-aġenzjia ta’ intervent kompetenti fi żmien 12-il xhar mill-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni.

6. Jekk jinstab li produttur ta’ nbid imsaħħaħ ma ħallasx il-prezz tal-bejgħ lill-produttur, l-aġenzija ta’ intervent trid tħallas lill-produttur ammont daqs l-għajnuna qabel l-1 ta’ Ġunju wara s-sena ta’ l-inbid meta ġie kunsinnat l-inbid, fejn xieraq permess ta’ l-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru tal-produttur.

Taqsima III: Dispożizzjonijiet amministrattivi

Artikolu 72

Forza maġġuri

1. Meta minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri l-prodott għad-distillazzjoni kollu jew parti minnu, ma jistax jiġi ddistillat:

(a) jekk il-forza maġġuri affettwat il-prodott għad-distillazzjoni meta dan kien legalment għad-dispożizzjoni tal-produttur, dan ta’ l-aħħar irid jgħarraf lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn jinstab l-istabbiliment ta’ l-inbid,

(b) fil-każijiet l-oħra kollha, id-distillatur irid javża lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn tinstab id-distillerija mingħajr dewmien.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, malli l-aġenzija ta’ intervent tkun ġiet mgħarrfa, din trid tiddeċiedi dwar il-miżuri li hija jidhrilha li huma meħtieġa fid-dawl taċ-ċirkostanzi involuti. B’mod partikolari, hija tista’ tressaq it-termini ta’ skadenza.

2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija f’(a) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u meta l-istabbiliment u d-distillerija tal-produttur huma fi Stati Membri differenti, l-aġenzija ta’ intervent ta’ żewġ Stati Membri involuti jridu jikkooperaw billi jpartu direttament informazzjoni għall-implementazzjoni tal-paragrafu 1.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija f’(b) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, malli l-aġenzija ta’ intervent tkun ġiet mgħarrfa, tista’ wkoll tħalli lid-distillaturi, kemm-il darba il-produttur jaqbel fil-każijiet ta’ distillatur professjonali, jittrasferixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom lil distillatur ieħor għall-ammont ta’ prodotti li għadhom m’humiex iddistillati.

Artikolu 73

Sorveljanza ta’ l-operazzjonijiet għad-distillazzjoni

1. Il-karatteristiċi tal-prodotti kkunsinnati għad-distillazzjoni, b’mod partikolari l-kwantità, il-kulur u l-qawwa alkoħolika, iridu jiġu kontrollati kontra:

(a) id-dokument stabbilit fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li taħtu ġew trasportati l-prodotti,

(b) analiżi ta’ kampjuni miġbura taħt is-sorveljanza ta’ korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn tinsab id-distillerija meta l-prodott jiddaħħal fid-distillerija. It-teħid ta’ kampjuni jista’ jieħu il-forma ta’ kontrolli fuq il-post,

(c) meta jkun xieraq, il-kuntratti ffirmati taħt dan it-Titolu.

L-analiżi jridu jitwettqu minn laboratorji approvati kif imsemmi fl-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li jridu jibagħtu r-riżultati lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn isseħħ id-distillazzjoni.

Jekk, skond ir-regoli Komunitarji, ma jkun ġe mħejji l-ebda dokument kif imsemmi f’(a), il-karatteristiċi tal-prodott maħsub għad-distillazzjoni għandhom jiġu verifikati ma’ l-analiżi msemmija f’(b).

Rappreżentant ta’ korp uffiċjali jrid jivverifika l-kwantità ta’ prodott distillat, id-data tad-distillazzjoni u l-ammont u l-karatteristiċi tal-prodotti miksuba.

2. Ir-riżultati ta’ l-analiżi ta’ parti mill-inbid kopert minn kuntratt għandhom ikunu validi għall-ammont kollu.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li jintuża indikatur. Ma jistħgux jwaqqfu l-moviment fit-territorju tagħhom tal-prodotti maħsuba għad-distillazzjoni jew prodotti distillati miksuba minn dawn fuq il-bażi li hemm indikatur.

F’każijiet meta il-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament jingħataw għad-distillazzjoni minn iktar minn produttur wieħed, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dawn il-prodotti għandhom jiġu ttrasportati bl-ingrossa. F’każijiet bħal dawn, il-kontrolli dwar il-karatteristiċi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 65 għandhom isiru skond ir-regoli ddettaljati adottati mill-Istat Membru involut.

4. L-Istati Membri li jinqdew mill-għażla msemmija fil-paragrafu 3 jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan u għandhom jinnotifikawha dwar id-dispożizzjonijiet li jadottaw għal dan l-iskop. Fil-każijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 74

Ksur ta’ dan it-Titolu

1. Jekk xi verfika ta’ fajl turi li l-produttur ma jissodisfax l-ħtiġiet stabbiliti mir-regoli Komuntarji għall-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni involuti, għal parti jew għall-prodotti kollha mogħtija, l-aġenzija ta’ intervent kompetenti għandha tgħarraf lid-distillatur u lill-produttur involuti dwar dan.

2. Id-distillatur involut ma jkollux għalfejn iħallas il-prezz imsemmi, rispettivament, fl-Artikoli 27, 28, 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għall-kwantitajiet ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 1.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, jekk produttur jew distillatur jonqos milli jissodisfa l- ħtiġiet stabbiliti fir-regoli Komuntarji għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni involuta, għal xi wħud mill-prodotti kkunsinnati għad-distillazzjoni jew għal kollha:

(a) ma tingħata l-ebda għajnuna għall-kwantitajiet involuti,

(b) id-distillatur ma jistax jikkunsinna l-prodotti miksuba mid-distillazzjoni tal-kwantitajiet involuti lill-aġenzija ta’ intervent.

Jekk l-għajnuna tkun diġà tħallset, l-aġenzija ta’ intervent għandha tiġborha minngħand id-distillatur.

Jekk il-prodotti miksuba mid-distillazzjoni jkunu diġà ngħataw, l-aġenzija ta’ intervent trid tiġbor ammont daqs l-għajnuna stabbilità għall-operazzjoni nvoluta mid-distillatur.

Madanakollu, meta id-diversi termini ta’ skadenza stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jkunux ġew sodisfatti, jista’ jiġi deċiż li għandha titnaqqas l-għajnuna.

4. L-aġenzija ta’ intervent trid tiġbor minngħand il-produttur ammont daqs l-għajnuna mħallsa lid-distillatur f’każijiet meta produttur ma jissodisfax l-ħtiġiet stabbiliti mir-regoli Komunitarji għall-operazzjoni ta’ distillazzjoni involuta, għal waħda mir-raġjunijiet li ġejjin:

(a) nuqqas li jippreżenta l-prospett tal-ħsad, tal-produzzjoni jew tal-ħażna fiż-żmien stabbilit;

(b) preżentazzjoni ta’ prospett ta’ ħsad, tal-produzzjoni jew tal-ħażna li tinstab mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li m’hijiex kompluta jew m’hijiex preċiża, meta it-tagħrif nieqes jew mhux korrett jkun essenzjali għall-applikazzjoni tal-miżura involuta;

(c) nuqqas li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, meta il-ksur jinstab jew jiġi notifikat lid-distillatur wara li dan iħallas il-prezz minimu skond id-dikjarazzjonijiet ta’ qabel.

Artikolu 75

Pieni

1. Minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri,

(a) meta l-produtturi jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan it-Titolu jew ma joqogħdux għall-kontrolli, ma titħallas l-ebda għajnuna;

(b) meta id-distillaturi jonqsu minn wieħed mill-obbligi tagħhom minbarra dawk imsemmija f’(a) hawn fuq, l-għajnuna titnaqqas b’ammont li jrid jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti skond is-serjetà tal-ksur.

2. F’każijiet ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-passi meħtieġa wara li tqis iċ-ċirkostanzi involuti.

3. F’każijiet meta distillatur jonqos milli jissodisfa obbligu fiż-żmien stabbilit, l-għajnuna titnaqqas kif ġej:

(a) fil-każ ta’ ħlas tal-prezz tal-bejgħ lill-produttur skond l-Artikoli 47(2), 55 u 65(7), l-għajnuna għandha titnaqqas bil-1 % għal kull jum ta’ dewmien għal xahar. Wara xahar, ma titħallas l-ebda għajnuna;

(b) fil-każ ta’:

(i) preżentazzjoni ta’ prova li l-prezz minimu taxxiri ġie mħallas skond l-Artikoli 60(1) u 65(8),

(ii) l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna u l-prova skond l-Artikoli 60(1) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 65(8),

(iii) il-kunsinna ta’ l-alkoħol skond l-Artikolu 62(1),

(iv) il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti ddistillati u prodotti miksuba skond l-Artikolu 61(2),

(v) il-preżentazzjoni ta’ prospett tal-kwantitajiet mogħtija għat-tisħiħ skond l-Artikolu 71(3),

l-għajnuna għandha titnaqqas bil-0.5 % għal kull jum ta’ dewmien għal xahrejn.

Wara xahrejn, ma titħallas l-ebda għajnuna.

Meta jkun sar ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna, il-garanzija relattiva għandha tiġi rilaxxata b’mod proporzjonat ma’ l-għajnuna li fil-fatt hija dovuta. Meta ma tkun dovuta l-ebda għajnuna, il-garanzija tintilef.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-każijiet meta jkunu applikaw il-paragrafu 1 u dwar il-passi li jkunu ħadu meta tiġi ċitata forza maġġuri.

Taqsima IV: Tnaqqis fil-prezz tax-xiri għall-inbid stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Artikolu 76

Tnaqqis fil-prezz għal xi nbejjed arrikkiti

1. Il-prezz ta’ nbid mogħti għad-distillazzjoni taħt l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jitnaqqas bi:

- EUR 0.3626 fiż-żona A,

- EUR 0.3019 fiż-żona B,

- EUR 0.1811 fiż-żona Ċ,

It-tnaqqis imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għal:

(a) inbid ikkunsinnat minn produtturi f’reġjuni fejn il-qawwa alkoħolika tista’ tiżdied biss biż-żjieda ta’ most ta’ l-għeneb li ma jkunu rrinunzjaw għal kull għajnuna disponibbli skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KEE) Nru 1493/1999 tas-sena ta’ l-inbid involuta. Dawn il-produtturi jridu jippreżentaw lid-distillatur kopja ta’ dikjarazzjoni li tirriunċja d-dritt għall-għajnuna involuta, ittimbrata mill-awtorità kompetenti nominata mill-Istat Kompetenti;

(b) l-inbid li ddaħħal f’distillerija wara d-dati stabbiliti għad-diversi żoni għat-tkabbir ta’ l-għeneb fl-Anness V(G)(7) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u mogħti mill-produtturi li jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti prova tajba li matul is-sena ta’ l-inbid ma żiedux il-qawwa alkoħolika ta’ l-inbid tal-mejda tagħhom biż-żjieda ta’ sukrożju u lanqas ma preżentaw applikazzjoni għall-għajnuna skond l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament għall-produzzjoni tagħhom;

(c) inbid u kategoriji ta’ nbid li għalihom l-Istati Membri ma jawtorizzawx jew ma jkunux awtorizzaw żjieda fil-qawwa alkoħolika għas-sena ta’ l-inbid involuta.

2. Ammont daqs it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 jitħallas għall-ammont ta’ nbid mogħti għad-distillazzjoni msemmi f’dak il-paragrafu lill-produtturi li japplikaw lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta’ Awissu, direttament jew permess ta’ distillatur, u li la żiedu l-qawwa alkoħolika tal-produzzjoni ta’ l-inbid tal-mejda tagħhom biż-żjieda ta’ sukrożju u lanqas ma applikaw għall-għajnuna skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għall-produzzjoni tagħhom matul is-sena ta’ l-inbid involuta.

Il-produtturi li applikaw qabel l-1 ta’ Awissu u li żiedu l-qawwa alkoħolika biż-żjieda ta’ sukrożju jew li applikaw għall-għajnuna msemmija matul is-sena ta’ l-inbid, iżda għal inqas mill-produzzjoni ta’ l-inbid tal-mejda tagħhom mill-ammont mogħti għall-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni rilevanti matul is-sena ta’ l-inbid jirċievu l-ammont indikat fl-ewwel subparagrafu għad-differenza bejn l-ammont ta’ nbid tal-mejda ta’ liema żiedu l-qawwa alkoħolika u l-ammont mogħti għad-distillazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistħgu jeħtieġu li dawn il-produtturi jagħtu kull prova neċessarja għall-validità ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 77

Tnaqqis ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 81

Meta l-inbid jiġi kkunsinnat għad-distillazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 76 ta’ dan ir-Regolament u meta t-tnaqqis ikun ġie applikat għal dak l-inbid,

(a) l-għajnuna li trid titħallas lid-distillatur,

(b) il-prezz li jrid jitħallas lid-distillatur għall-kunsinna lill-aġenzija ta’ intervent skond l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u

(c) il-kontribuzzjoni tal-FAEGG għall-ispiża ta’ l-aġenzija ta’ intervent bit-teħid ta’ l-alkoħol skond l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

għandha titnaqqas b’ammont daqs it-tnaqqis indikat fl-Artikolu 76.

KAPITOLU IV

IT-TNEĦĦIJA TA’ ALKOĦOL MIKSUB MID-DISTILLAZZJONI TAĦT IL-KAPITOLU I TA’ DAN IT-TITOLU U, META JAPPLIKA, TAĦT L-ARTIKOLU 30 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1493/1999

Artikolu 78

Skop u deskrizzjonijiet

1. Din it-taqsima tistabbilixxi regoli dettaljati għat-tneħħija ta’ alkoħol miksub mid-distillazzjoni taħt l-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "alkoħol".

L-alkoħol jista’ jitneħħa jew għall-użi industrijali ġodda (sottosezzjoni I), għall-użu f’pajjiżi terzi fis-settur tal-karburanti biss (sottosezzjoni II), jew għall-użu bħala bio-ethanol fil-Komunità (sottosezzjoni III).

2. Għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima, "proċedura ta’ sejħa għall-offerti" tfisser l-organizazzjoni ta’ kompetizzjoni fost il-partijiet interessati fil-forma ta’ stedina għas-sejħa għall-offerti jew proċedura simili, li permezz tagħha l-kuntratt jingħata lill-parti li jagħti l-offerta l-aktar vantaġġuża skond ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Sottosezzjoni I: Tneħħija ta’ l-alkoħol għall-użi industrijali ġodda

Artikolu 79

Definizzjoni ta’ użi industrijali ġodda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, il-Kummissjoni tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti għall-implementazzjoni fil-Komunità ta’ proġetti żgħar li għandhom x’jaqsmu ma’ użi industrijali ġodda, per eżempju:

(a) it-tisħin tas-serrer,

(b) it-tnixxif ta’ għalf tal-bhejjem,

(c) użu bħala karburanti fis-sistemi tat-tisħin, inklużi dawk tax-xogħol tas-siment,

u l-ipproċessar f’oġġetti esportati għal skopijiet industrijali minn operaturi li jużaw arranġamenti ta’ l-ipproċessar interni għall-inqas darba fis-sentejn ta’ qabel, minbarra l-ipproċessar li jikkonsisti biss fid-distillazzjoni mill-ġdid, ir-rettifikazzjoni, it-tneħijja ta’ l-ilma, il-purifikazzjoni jew l-iżnaturazzjoni ta’ l-alkoħol.

Jekk l-użu maħsub ta’ l-alkoħol hu l-esportazzjoni lil pajjiżi terzi fil-forma ta’ oġġetti prodotti, jeħtieġ li tinġieb prova li l-awtorizzazzjoni ngħatat fis-sentejn ta’ qabel għall-użu ta’ l-alkoħol minn pajjiżi terzi għall-produzzjoni taħt arranġamenti ta’ l-ipproċessar intern ta’ l-istess oġġetti bħal dawk esportati.

Artikolu 80

Ftuħ tal-proċeduri għas-sejħa għall-offerti

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, trid toħroġ sejħa għall-offerti għat-tneħħija ta’ alkoħol miksub mid-distillazzjoni taħt l-Artikoli 27, 28 u 30 ta’ dak ir-Regolament għal użi industrijali ġodda. Il-kwantitajiet ta’ alkoħol mogħtija taħt dawn il-proċeduri għas-sejħa għall-offerti ma jistgħux jaqbżu l-400000 ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol. kull sena.

Artikolu 81

Avviż tas-sejħa għall-offerti

L-avviżi li joħorġu l-istedini għas-sejħa għall-offerti jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dawn l-avviżi jridu jispeċifikaw:

(a) ir-regoli speċjali li japplikaw għall-proċeduri għas-sejħa għall-offerti u l-ismijiet u l-indirizzijiet ta’ l-aġenziji ta’ intervent involuti,

(b) il-kwantità ta’ alkoħol, espress f’ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol., kopert mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti,

(c) bettija waħda jew iżjed li jitqiesu bħala lott fi Stat Membru speċifiku,

(d) il-prezz minimu li jista’ jiġi offert, bid-differenza meta xieraq skond l-użu aħħari,

(e) l-ammont tal-garanzija għas-sejħa għall-offerti meħtieġ skond l-Artikolu 82(5) u l-garanzija għax-xogħol meħtieġa skond l-Artikolu 84(3)(b).

Artikolu 82

Regoli li japplikaw għas-sejħiet għall-offerti

1. Minbarra l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 97 ta’ dan ir-Regolament, is-sejħiet għall-offerti għandhom jindikaw:

(a) l-kwantità ta’ alkoħol involuta, maqsuma fi btieti u espressa f’ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol.,

(b) in-numru(i) ta’ btieti li fihom jinżamm l-alkoħol, meta l-btieti jkunu jinsabu kollha fl-istess Stat Membru,

(c) l-użu industrijali preċiż ta’ l-alkoħol,

(d) it-tip ta’ oġġetti għall-esportazzjoni jekk l-alkoħol ikun maħsub għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi fil-forma ta’ oġġetti manufatturati.

2. L-offerti jistgħu jindikaw li għandhom jiġu meqjusa biss jekk l-ammont li jkun sejjer jinagħta jkun daqs l-kwantità sħiħa indikata fl-offerta.

3. Il-proponenti jisgħtu jitfgħu ooferta waħda biss għal kull tip ta’ alkoħol, użu aħħari u proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Jekk proponent jitfa’ aktar minn offerta waħda għal kull tip ta’ alkoħol, użu aħħari jew proċedura ta’ sejħa għall-offerti, l-ebda fferta ma tkun ammissibbli.

4. L-offerti jridu jaslu għand l-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru involut sa mhux aktar tard minn nofsinhar ħin ta’ Brussel fid-data stabbilità għall-għeluq ta’ l-għoti ta’ l-offerti fl-avviż tas-sejħa għall-offerti. Dik id-data trid tkun bejn il-15 u l-25 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ l-istedina għas-sejħa għall-offerti.

5. L-offerti jibqgħu validi biss jekk tingħata prova qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti li ngħatat garanzija tas-sejħa għall-offerti lill-aġenzija ta’ intervent involuta.

6. Sa mhux aktar tard minn jumejn wara d-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, l-aġenzija ta’ intervent involuta trid tibgħat lill-Kummissjoni lista ta’ l-ismijiet tal-proponenti li l-offerti tagħhom huma eliġibbli biex jitqiesu skond l-Artikolu 97 ta’ dan ir-Regolament, il-prezzijiet offruti, il-kwantitajiet mitluba, il-postijiet u u t-tipi ta’ alkoħol involuti u l-użi preċiżi maħsubin għall-alkoħol.

Artikolu 83

L-għoti tal-kuntratti

1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandha tiddeċidi dwar jekk tagħtix kuntratti fil-konfront ta’ l-offerti preżentati u, fejn xieraq, skond it-tip ta’ użu aħħari maħsub għall-alkoħol.

2. Il-Kummissjoni għandha telenka l-offerti li jkunu ġew aċċettati, b’lista tal-prezzijiet offruti mill-akbar sa l-iċken sakemm il-kuntratti mogħtija jkopru l-ammont kollu ta’ alkoħol speċifikat fl-avviż għall-istedina għas-sejħa għall-offerti.

3. Meta bosta offerti jkopru b’mod sħiħ jew parzjali l-istess btieti, il-Kummissjoni għandha tagħti l-ammont ta’ alkoħol involut lill-proponent li jagħmel l-offerta bl-ogħla valur assolut.

Meta tieħu d-deċiżjoni skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-każ li xi offerti ma jistgħux jiġu milqugħa, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-proponenti nvoluti li l-offerti tagħhom jiġu milqugħa għal kwantità ta’ alkoħol ta’ l-istess tip. F’dawn il-każijiet, l-offerti relevanti jitqiesu li ġew milqugħa sakemm il-proponenti nvoluti ma jopponux dan it-trasferiment bil-miktub ma’ l-aġenzija ta’ intervent involuta fi żmien għaxart ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija f’(a) fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Għal dak l-iskop, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tindika l-bettija fejn tinżamm il-kwantità ta’ alkoħol ta’ sostituzzjoni, bi qbil ma’ l-aġenzija ta’ intervent involuta.

4. Fil-każ li bosta offerti jipproponu l-istess prezz b’mod illi l-ammont ta’ alkoħol għas-sejħa għall-offerti hu akbar mill-ammont kopert mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, l-aġenzija ta’ intervent involuta għandha tagħti l-ammont involut:

(a) jew b’mod proporzjonat skond il-kwantitajiet speċifikati fl-offerti nvoluti,

(b) jew billi taqsam dak l-ammont bejn il-proponenti bi qbil magħhom,

(c) jew bil-polza.

5. Il-Kummissjoni trid:

(a) tinnotifika d-deċiżjonijiet meħuda taħt dan l-Artikolu biss lil dawk l-Istati Membri u lill-aġenziji ta’ intervent li jkollhom l-alkoħol li għalih ikunu ġew aċċettati xi offerti,

(b) tippubblika r-riżultati tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti f’forma simplifikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 84

Stqarrija dwar l-għoti

1. L-aġenzija ta’ intervent trid tinnotifika lill-proponenti bil-miktub, mingħajr dewmien u b’irċevuta, dwar id-deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ l-offerti tagħhom.

2. L-aġenzija ta’ intervent għandha żżomm stqarrija ta’ l-għoti għad-dispożizzjoni ta’ kull proponent li rebaħ li jiċċertifika li l-offerta tagħhom ġiet milqugħa.

Meta l-Kummissjoni tipproponi sostituzzjoni skond l-Artikolu 83(3) u l-proponent jaċċetta, l-aġenzija ta’ intervent involuta għandha toħroġ stqarrija ta’ l-għoti msemmi fl-ewwel subparagrafu fil-jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-terminu speċifikat f’l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 83(3).

3. Fi żmien ġimgħatejn wara d-data ta’ l-irċevuta tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u, meta jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fi żmien ġimgħatejn wara d-data tal-ħruġ tad-dikajrazzjoni ta’ l-għoti, kull proponent li l-offerta tiegħu tkun ġiet milqugħa jrid:

(a) jikseb l-istqarrija ta’ l-għoti li għaliha ssir referenza fil-paragrafu 2 mingħand l-aġenzija ta’ intervent,

(b) jagħti lill-aġenzija ta’ intervent involuta prova li ngħatat garanzija għax-xogħol sabiex jiżgura li l-alkoħol involut fil-fatt jintuża għall-iskopijiet speċifikati fl-offerta.

Artikolu 85

Tneħħija ta’ l-alkoħol

1. L-alkoħol jista’ jitneħħa permezz tal-preżentazzjoni ta’ ordni għat-tneħħija maħruġa mill-aġenzija ta’ ntervent malli l-ammont dovut għall-kwantità li trid titneħħa jiġi mħallas. Dik il-kwantità għandha tiġi stabiblita sa l-eqreb ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.

2. Il-proprjetà ta’ l-alkoħol involut kopert minn ordni għat-tneħħija għandha tiġi ttrasferita fid-data indikata fl-ordni, li ma tistax tkun aktar minn ħamest ijiem wara d-data tal-ħruġ tagħha, u il-kwantitajiet involuti jitqiesu li tneħħew f’dik id-data. Minn hemm ‘il quddiem, ix-xerrej huwa responsabbli għal kull serq, telf jew qerda u għall-ispejjeż ta’ ħżin ta’ kull alkoħol li jkun qiegħed jistenna t-tneħħija.

3. L-ordni għat-tneħħija għandha turi d-data sa meta l-alkoħol jrid jitneħħa fiżikament mill-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent involuta.

4. L-alkoħol kollu jrid jitneħħa fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ l-irċevuta ta’ l-avviż ta’ l-għoti.

5. L-alkoħol irid jintuża kompletament fi żmien sentejn mid-data ta’ l-ewwel tneħħija.

Sottotaqsima II: It-tneħħija ta’ l-alkoħol għall-użu f’pajjiżi terzi fis-settur tal-karburanti biss.

Artikolu 86

Ir-regoli li japplikaw għall-proċeduri għas-sejħa għall-offerti li jaqgħu taħt din is-sottotaqsima

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) 1493/1999, għandha toħroġ diversi sejħiet għall-offerti kull tlett xhur, kollha għal ammont ta’ mill-inqas 50000 ettolitri ta’ alkoħol ta’ l-inbid u, flimkien, għal mhux aktar minn 600000 ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol., għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi għall-użu aħħari fis-settur tal-karburanti biss.

L-alkoħol involut irid:

(1) jiġi mpurtat u jrid jitneħħilu l-ilma f’wieħed mill-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a) Il-Kosta Rika

(b) Il-Gwatemala

(c) Il-Ħonduras, inklużi l-Gżejjer Iswan

(d) El Salvador

(e) In-Nikaragwa

(f) San Kitts u Nevis

(g) Il-Baħamas

(h) Ir-Repubblika Domenikana

(i) Antigwa u Barbuda

(j) Dominika

(k) Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi u Montserrat

(l) Il-Ġamajka

(m) Santa Luċija

(n) San Vinċenz, inklużi il-Grenadini tal-Punent

(o) Il-Barbados

(p) Trinidad u Tobago

(q) Il-Beliże

(r) Grenada, inklużi l-Grenadines ta’ Nofsinhar

(s) Aruba

(t) L-Antilles Olandiżi (Curaçao, Bonaire, Saint Eustatius, Saba u naħa ta’ Nofsinhar ta’ San Martin)

(u) Il-Gujana

(v) Il-Gżejjer Verġni ta’ l-Istati Uniti

(w) Il-Ħajiti

(2) jiġi użat esklussivament fis-settur tal-karburanti f’pajjiż terz

Artikolu 87

Avviż ta’ l-istedina għas-sejħa għall-offerti

1. Avviżi li joħorġu sejħiet għall-offerti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dawn l-avviżi jridu jispeċifikaw:

(a) il-formalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti,

(b) l-użu aħħari u/jew id-destinazzjoni maħsuba għall-alkoħol,

(c) il-prezz minimu li jista’ jiġi offrut,

(d) id-dipartiment tal-Kummissjoni fejn iridu jintbagħtu l-offerti,

(e) it-terminu ta’ skadenza għat-tneħħija ta’ l-alkoħol stabbilit fl-Artikolu 91(10) ta’ dan ir-Regolament,

(f) il-formalitajiet għall-kisba ta’ kampjuni,

(g) il-kondizzjonijiet għall-ħlas,

(h) jekk l-alkoħol iridx jiġi żnaturat.

2. Kull avviż tas-sejħa għall-offerti irid ikun għal lott wieħed, għalkemm l-alkoħol fil-lott jista’ jkun jinsab f’diversi Stati Membri.

3. L-avviżi għall-istedina għas-sejħa għall-offerti jistgħu jeliminaw xi destinazzjonijiet elenkati fil-punt 1 ta’ l-Artikolu 86.

Artikolu 88

L-offerti

1. Il-proponenti jistgħu jitfgħu offerta waħda biss għal kull stedina għas-sejħa għall-offerti taħt din is-sottotaqsima; jekk xi proponent jtfa’ aktar minn waħda, l-ebda waħda minn dawk l-offerti ma tkun ammissibbli.

2. Sabiex ikunu eliġibbli biex jiġu meqjusa, l-offerti jridu jindikaw id-destinazzjoni aħħarija ta’ l-alkoħol mogħti u jridu jinkludu impenn mill-proponent li jikkonfirma ruħu ma’ dik id-destinazzjoni.

3. L-offerti jridu jinkludu wkoll prova, datata wara l-avviż tas-sejħa għall-offerti, li l-proponent għandu rabtiet ma’ operatur fis-settur tal-karburanti f’wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament li jimpennja ruħu li jneħħi l-ilma mill-alkoħol mogħti f’wieħed minn dawk il-pajjiżi u li jesportah esklussivament għall-użu fis-settur tal-karburanti.

4. L-offerti iridu jaslu sad-dipartiment kompetenti tal-Kummissjoni involut sa mhux aktar tard minn nofsinhar ħin ta’ Brussel fid-data stabbilità għall-għeluq ta’ l-għoti ta’ l-offerti fl-avviż tas-sejħa għall-offerti.

5. L-offerti jibqgħu validi biss jekk tkun ingħatat prova, qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ offerti, li l-garanzija għas-sejħa għall-offerti inagħtat lil kull aġenzija ta’ intervent involuta.

Il-garanzija għas-sejħa għall-offerti, ta’ EUR 4 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 %vol., tingħata għall-ammont kollu li jinsab għall-bejgħ.

6. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 5, l-aġenziji ta’ intervent involuti:

(a) għandhom joħorġu minnufih sejħiet għall-offerti permezz ta’ stqarrija li tiċċertifika li l-garanzija għas-sejħa għall-offerti ingħatat għall-kwantitajiet li għalihom hija responsabbli kull aġenzija ta’ intervent,

(b) għandhom jibagħtu lista tal-garanziji għas-sejħa għall-offerti verifikati u aċċettati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

7. Għall-iskopijiet tal-garanzija għas-sejħa għall-offerti, l-ħtiġiet ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 huma li l-offerti ma jiġux irtirati wara d-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni tagħhom u li tingħata garanzija sabiex tiġi żgurata l-esportazzjoni u/jew il-garanzija ta’ l-adempjament.

Artikolu 89

L-għoti tal-kuntratti

1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandha tiddeċiedi mill-aktar fis dwar jekk tagħtix kuntratti jew le fid-dawl ta’ l-offerti preżentati.

2. Jekk jingħata kuntratt, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-offerta l-aktar vantaġġuża. Jekk żewġ offerti jew aktar joffru l-istess prezz, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-għotja bil-polza.

3. Il-Kummissjoni għandha:

(a) tgħarraf lill-proponenti bil-miktub kontra l-ħruġ ta’ irċevuta dwar jekk l-offerti tagħhom ġewx aċċettati,

(b) tgħarraf lill-Istati Membri li għandhom l-alkoħol u lill-proponent rebbieħ dwar id-deċiżjoni li tagħti l-alkoħol,

(c) tippubblika r-riżultati tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti f’forma simplifikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunità Ewropea.

4. Il-garanziji tas-sejħiet għall-offerti meħtieġa skond l-Artikolu 88(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallsu lura meta l-offerti ma jiġux aċċettati u malli l-proponent ir-rebbieħ jkun preżenta bis-sħiħ kemm il-garanzija għall-esportazzjoni u l-garanzija ta’ l-adempjament għall-proċedura ta’ sejħa għall-offerti involuta.

Artikolu 90

L-istqarrija ta’ l-għoti

L-aġenzija ta’ intervent għandha żżomm stqarrija ta’ l-għoti għad-dispożizzjoni tal-proponenti rebbieħa li tiiċertifika li l-offerta tagħhom ġiet milqugħa.

L-istqarrijiet għandhom jinħarġu sa mhux aktar tard minn 20 jum wara l-irċevuta tan-notifika mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 89(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 91

Tneħħija ta’ l-alkoħol

1. L-aġenzija ta’ intervent li għandha l-alkoħol u l-proponent ir-rebbieħ iridu jaqblu dwar skeda proviżorja għat-tneħħija ta’ l-alkoħol.

2. Qabel ma jitneħħa xi alkoħol u sa mhux aktar tard mill-jum meta tinħareġ l-ordni għat-tneħħija, il-proponenti li rebħu jridu jagħtu żewġ garanziji lill-aġenzija ta’ intervent: waħda sabiex jiżguraw li l-alkoħol jiġi esportat fiż-żmien permess u l-oħra bħala garanzija ta’ l-adempjament.

3. Il-garanzija ta’ l-adempjament għandha tkun ta’ EUR 30 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.

4. Il-garanzija ta’ l-esportazzjoni għandha tammonta għal EUR 3 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol. u għandha tingħata għal kull ammont ta’ alkoħol kopert mill-ordni għat-tneħħija.

5. Qabel ma jitneħħa l-alkoħol mogħti, l-aġenzija ta’ intervent u l-proponent ir-rebbieħ iridu jieħdu kampjun ta’ referenza u janalizzawh sabiex jaraw il-qawwa alkoħolika ta’ l-alkoħol, espressa f’ % vol.

Jekk ir-riżultat finali ta’ dawn l-analiżi ta’ dan il-kampjun jiżvelaw diskrepanza bejn il-qawwa alkoħolika bil-volum ta’ l-alkoħol li għandu jitneħħa u l-qawwa alkoħolika minima bil-volum ta’ l-alkoħol speċifikat fl-avviż għall-istedina għas-sejħa għall-offerti, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) l-aġenzija ta’ intervent trid tgħarraf lill-Kummissjoni, lil min jaħżen u lill-proponent ir-rebbieħ dak inhar stess;

(b) il-proponent ir-rebbieħ jista’:

(i) jew jaqbel li jieħu l-lott bill-karatteristiċi stabbiliti mill-analiżi, sakemm il-Kummissjoni taqbel,

(ii) jew ma jaċċettax li jieħu l-lott involut.

F’kull każ, il-proponent ir-rebbieħ irid javża lill-aġenzija ta’ intervent u lill-Kummissjoni fl-istess jum, fil-mod speċifikat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Ladarba din l- ħtieġa ikun ġie sodisfatt, il-proponent ir-rebbieħ li ma jkunx irid jieħu l-lott involut għandu jiġi meħlus minnufih mill-obbligi kollha marbuta ma’ dak il-lott.

6. Meta proponent rebbieħ ma jkunx irid il-merkanzija, skond il-paragrafu 5, l-aġenzija ta’ intervent involuta għandha tagħti ammont ta’ alkoħol ieħor tal-kwalità meħtieġa mingħajr spejjeż żejda fi żmien mhux aktar minn tmint ijiem.

7. L-alkoħol jista’ jitneħħa permez tal-preżentazzjoni ta’ ordni għat-tneħħija maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent malli jiġi mħallas l-ammont dovut għall-kwantità li trid titneħħa. Dik il-kwantità għandha tiġi stabbilità sa l-eqreb ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.

Kull ordni għat-tneħħija għandha tkopri ammont ta’ mill-inqas 2500 ettolitri, minbarra fil-każ ta’ l-aħħar tneħħija f’kull Stat Membru.

L-ordni għat-tneħħija għandha tistqarr d-data sa meta l-alkoħol irid jitneħħa fiżikament mill-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent involuta. Dik id-data ma tistax tkun aktar minn ħamest ijiem wara.

8. Il-proprjetà ta’ l-alkoħol involut kopert minn ordni għat-tneħħija għandha tiġi trasferita fid-data indikata fl-ordni, li ma tistax tkun aktar minn ħamest ijiem wara, u l-kwantitajiet relattivi għandhom jitqiesu li tneħħew f’dik id-data. Minn hemm ‘il quddiem, ix-xerrej huwa responsabbli għal kull serq, telf jew qerda u għall-ispejjeż ta’ ħżin ta’ kull alkoħol li jkun qiegħed jistenna li jitneħħa.

9. Jekk, b’tort ta’ l-aġenzija ta’ intervent, l-alkoħol ma jkun jista’ jitrneħħa fiżikament sa qabelħamest ijiem tax-xogħol wara d-data meta l-proponent ir-rebbieħ jkun qabel li jneħħih, l-Istat Membru għandu jħallas għal kull danni sofferti.

10. L-alkoħol kollu jrid jitneħħa fiżikament mill-imħażen ta’ kull aġenzija ta’ intervent involuta fi żmien sitt xhur.

11. L-alkoħol irid jintuża għal kollox fi żmien sentejn mid-data ta’ l-ewwel tneħħija.

12. L-aġenzija ta’ intervent involuta trid tħallas lura l-garanzija ta’ l-esportazzjoni għal kull ammont ta’ alkoħol li għalih tirċievi prova ta’ l-esportazzjoni fiż-żmien stabbilit. Minkejja l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, minbarra f’każijiet ta’ forza maġġuri, meta t-terminu ta’ skadenza għall-esportazzjoni jinqabeż, il-perċentwali li ġejjin tal-garanzija ta’ l-esportazzjoni ta’ EUR 5 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol. jintilfu:

(a) 15 % f’kull każ,

(b) 0.33 % ta’ l-ammont li jifdal wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull jum ta’ dewmien wara t-terminu ta’ skadenza ta’ l-esportazzjoni nvolut.

13. Il-garanzija ta’ l-adempjament trid titħallas lura skond l-Artikolu 100(3)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Sottotaqsima III: Tneħħija għall-użu bħala bio-etanol fil-Komunità

Artikolu 92

Ir-regoli li japplikaw għat-tneħħija koperta minn din is-sottotaqsima

1. Fi żmien tlett xhur mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 89 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, tista’ tagħti bidu għal bejgħ pubbliku bil-għan li jitneħħa l-alkoħol.

2. L-alkoħol għandu jinagħta lid-ditti stabbiliti fil-Komunità Ewropea u jrid jintuża fis-settur tal-karburanti.

3. Għandha ssir lista ta’ ditti approvati għal dawn l-iskopijiet. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunità Ewropea u għandha tiġi riveduta ta’ spiss.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tad-ditti li jidhrilhom illi huma eliġibbli, u li preżentaw applikazzjoni bid-dokumenti li ġejjin:

- stqarrija mid-ditta fejn tistqarr illi tista’ tuża ta’ mill-inqas 50000 el ta’ alkoħol fis-sena,

- il-post ta’ l-uffiċċji amministrattivi tad-ditta u l-impjant fejn jiġi pproċessat l-alkoħol,

- kopja tal-pjanijiet ta’ l-impjant għall-produzzjoni ta’ bio-etanol għas-settur tal-karburanti, u indikatur tal-kapaċità u t-tip ta’ produzzjoni,

- kopja tal-permess mill-awtoritajiet nazzjonali għat-tħaddim ta’ l-impjant,

- ċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali li jiċċertifikaw li l-impjant juża biss l-alkoħol bħala bio-etanol, u li l-bio-etanol jintuża biss fis-settur tal-karburanti,

- il-post ta’ l-uffiċċji amminsitrattivi tal-kumpaniji ta’ l-irfinar awtorizzati li jagħmlu l-kunsinni tal-karburant sa l-istadju tal-konsum, sakemm id-ditta approvata tagħmel il-kunsinni hi stess.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-eliġibbiltà tad-ditta skond id-dokumenti u trid tgħarraf lid-ditti applikanti dwar l-eżitu ta’ l-eżaminazzjoni.

Artikolu 93

Bejgħ pubbliku

1. Avviżi ta’ bejgħ pubbliku għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dawn l-avviżi għandhom jispeċifikaw:

(a) il-volum ta’ alkoħol għal bejgħ,

(b) it-btieti u fejn jinsabu,

(ċ) il-prezz tal-bejgħ,

(d) l-ammont tal-garanzija ta’ l-adempjament; madanakollu d-ditti jistgħu jagħżlu li jagħtu garanzija waħda minflok garanzija għal kull bejgħ,

(e) il-formalitajiet għall-kisba tal-kampjuni,

(f) il-kondizzjonijiet għall-ħlas.

2. L-ammont ta’ alkoħol għall-bejgħ għandu jinqasam f’lottijiet indaqs. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-lottijiet. Kemm-il darba l-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, irid isir lott għal kull ditta li hemm fuq il-lista approvata u kull ditta għandha tingħata lott. Jekk xi ditta ma taċettax l-alkoħol li jkun hemm għall-bejgħ, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-aġenzija ta’ intervent dwar dan sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-bejgħ pubbliku ta’ l-alkoħol. L-alkoħol li ma jiġix aċċettat għandu jinħeles mill-projbizzjoni fuq il-moviment fiżiku skond l-Artikolu 95(2) ta’ dan ir-Regolament mid-data meta ġiet notifikata ċ-ċaħda u jista’ jinbiegħ waqt bejgħ sussegwenti.

3. L-alkoħol għandu jinbiegħ għall-ogħla prezz mogħti fil-proċeudra għas-sejħa għall-offerti l-aktar reċenti kif imsemmi fis-sottotaqsima II tal-Kapitolu III, flimkien ma’ ammont għal kull ettolitru stabbilit skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

4. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru li għandu l-alkoħol u lid-ditti involuti dwar l-għoti ta’ l-alkoħol.

5. Ħlief meta jkunu taw garanzija permanenti, fi żmien 30 jum mid-data ta’ l-avviż msemmi fil-paragrafu2, id-ditti li jixtru jridu jagħtu prova li taw garanzija ta’ l-adempjament lill-aġenzija ta’ intervent involuta sabiex tiżgura li l-alkoħol jintuża bħala bio-ethanol fis-settur tal-karburant.

6. L-alkoħol kollu jrid jitneħħa sa mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-data ta’ l-avviż tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-bejgħ.

Artikolu 94

Tneħħija ta’ l-alkoħol

L-Artikolu 91(1), (7), (8) u (11) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-bejgħ pubbliku.

Sottotaqsima IV: Dispożizzjonijiet ġenerali u arranġamenti għal kontroll

Artikolu 95

Regoli li japplikaw għall-alkoħol

1. Bl-iskop li jsiru avviżi għal stedini għas-sejħa għall-offerti u għall-bejgħ pubbliku, il-Kummissjoni għandha titlob lil kull Stat Membru involut sabiex javżawha dwar:

(a) il-kwantità ta’ alkoħol, espress f’ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol., li jista’ jiġi offrut għall-bejgħ,

(b) it-tip ta’ alkoħol involut,

(c) il-kwalità tal-lottijiet ta’ alkoħol, li għandha tistabbilixxi l-valuri massimi u minimi għall-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 96(4)(d)(i) u (ii) ta’ dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard minn 12-il jum wara li jirċievu din it-talba, l-Istati Membri involuti jridu javżaw lill-Kummissjoni dwar il-post eżatt u r-referenzi tad-diversi btieti ta’ alkoħol li jissodisfaw ir-rkwiżiti ta’ kwalità u li għandhom ammont ta’ alkoħol ta’ mhux anqas minn dak imsemmi f’(a) fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2. Malli l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tintbagħat lill-Kummissjoni, l-alkoħol fil-btieti involuti ma jistgħux jiġu spustjati qabel ma tinħareġordni għat-tneħħija.

Din il-projbizzjoni ma taffettwax il-btieti ta’ l-alkoħol mhux koperti mill-avviżi għas-sejħa għall-offerti jew għall-bejgħ pubbliku u mhux speċifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 83 sa 89 ta’ dan ir-Regolament.

B’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ loġistika, l-aġenziji ta’ intervent li għandhom it-btieti ta’ l-alkoħol indikati fil-komunikazzjoni mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jbiddlu l-alkoħol involut ma’ alkoħol ieħor ta’ l-istess tip, sakemm il-Kummissjoni taqbel, jew iħalltuh ma’ alkoħol ieħor mogħti lill-aġenzija ta’ intervent, sakemm tinħareġ ordni ta’ tneħħija għall-alkoħol involut.

3. Kull xahar l-Istati Membri li għandhom l-alkoħol kopert minn proċedura ta’ sejħa għall-offerti jew minn bejgħ pubbliku jridu javżaw lill-Kummissjoni dwar il-progress fit-tneħħija fiżika ta’ l-alkoħol involut.

Artikolu 96

Regoli li japplikaw għal-lottijiet

1. L-alkoħol għandu jinbiegħ bil-lottijiet.

2. Lott għandu jikkonsisti fi kwantità ta’ alkoħol ta’ kwalità uniformi biżżejjed, li jista’ jkun f’ bosta btieti u miżmum f’bosta postijiet f’bosta Stati Membri.

3. Kull lott ikollu numru. L-ittri "KE" iridu jiġu qabel in-numri tal-lottijiet.

4. Kull lott għandu jiġi deskritt. Għandha tingħata ta’ mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-post tal-lott, inkluża referenza li tidentifika kull bettija bl-alkoħol, u l-ammont ta’ alkoħol f’kull bettija;

(b) l-ammont kollu, espress f’ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol. L-ammont jista’ jvarja sa 1 %;

(c) il-qawwa alkoħolika minima f’kull bettija, espress bħala % vol.;

(d) jekk ikun possibbli, il-kwalità tal-lott, bi speċifikazzjonijiet għal-limitu għoli u baxx għal dawn li ġejjin:

(i) l-aċidità, espress fi grammi ta’ aċtu aċetiku għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.,

(ii) il-kontenut ta’ metanol, espress fi grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.;

(e) referenza għall-miżura ta’ intervent li wasslet għall-produzzjoni ta’ l-alkoħol, bi speċifikazzjoni għall-Artikolu rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

5. Meta proċedura ta’ sejħa għall-offerti tkun tirrigwarda iktar minn żewġ lottijiet, l-ewwel lott jew l-ewwel żewġ lottijiet biss, ta’ miljun ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol., għandhom jiġu deskritti skond il-paragrafu 4.

Artikolu 97

Regoli ġenerali li japplikaw għall-offerti

1. Sabiex ikunu eliġibbli biex jiġu meqjusa, l-offerti jridu jiġu preżentati bil-miktub u jridu jinkludu, flimkien ma’ l-informazzjoni speċifika msemmija fis-sottotaqsima I jew II:

(a) in-numru ta’ referenza ta’ l-avviż ta’ l-istedina għas-sejħa għall-offerti,

(b) l-isem u l-indirizz tal-proponent,

(c) il-prezz propost, espress f’euro għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.,

(d) impenn mill-proponenti li jirrispettaw ir-regoli kollha li japplikaw għall-proċedura ta’ sejħa għall-offerti,

(e) stqarrija mill-proponenti li:

(i) jirrinunċjaw għal kull talba dwar il-kwalità u dwar il-karatteristiċi ta’ l-alkoħol mogħti lilhom,

(ii) jaqblu li joqogħdu għal kull verifika li tista’ ssir dwar id-destinazzjoni u l-użu ta’ l-alkoħol,

(iii) jaċċettaw li hi r-responsabbiltà tagħhom li jagħtu prova li l-alkoħol ntuża kif speċifikat fl- avviż għall-istedina għas-sejħa għall-offerti.

2. L-offerti jkunu validi biss jekk:

(a) il-proponent huwa stabbilit fil-Komunità,

(b) huma għal-lott kollu.

3. Offerti li huma eliġibbli biex jiġu meqjusa ma jistgħux jiġu rtirati.

4. L-offerti jistgħu jiġu miċħuda jekk il-proponenti ma jagħtux il-garanziji kollha li sejrin jaqdu dmirijiethom,

Artikolu 98

Kampjuni

1. Malli ssir il-pubblikazzjoni ta’ avviż għall-istedina għas-sejħa għall-offerti u sad-data ta’ l-għeluq għall-għoti ta’ offerti b’risposta għal din l-istedina, kull parti interessata tista’ tikseb kampjun ta’ l-alkoħol għall-bejgħ, bi ħlas ta’ EUR 2 għal kull litru. Il-kwantità disponibbli għal kull parti interessata ma jistax taqbeż il-ħames litri għal kull bettija. Għat-tneħħija kif imsemmi fis-sottotaqsima III, il-kampjun jista’ jinkiseb, għall-istess prezz, fi żmien 30 jum mill-avviż tal-bejgħ pubbliku.

2. Wara d-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti:

(a) il-proponent jew id-ditta approvata msemmija fl-Artikolu 92 jistgħu jiksbu kampjuni ta’ l-alkoħol mogħti,

(b) il-proponenti jew id-ditti approvati msemmija fl-Artikolu 92 lil min ġie propost tibdil skond l-Artikolu 83(3) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiksbu kampjun ta’ l-alkoħol mibdul propost.

Dawn il-kampjuni jistgħu jinkisbu mill-aġenzija ta’ intervent bi ħlas ta’ EUR 10 għal kull litru, iżda l-kwantitajiet ma jistgħux jaqbżu l-ħames litri għal kull bettija.

3. L-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru fejn jinżamm l-alkoħol trid tieħu l-passi meħtieġa sabiex tħalli lill-partijiet interessati jgawdu mid-dritt msemmi fil-paragrafu 2.

4. Jekk proponent rebbieħ jew ditta approvata ssib, qabel id-data stabbilità fl-Artikolu 92, l-Artikolu 85, l-Artikolu 91 jew l-Artikolu 94 ta’ dan ir-Regolament għat-tneħħija tal-lott ta’ l-alkoħol involut, li kwantità ta’ alkoħol mogħti m’huwiex tajjeb għall-iskopijiet ippjanati minħabba difetti moħbija li minħabba n-natura tagħhom ma setgħux jinstabu meta it-twettiq ta’ stħarriġ kien possibbli qabel ma ngħata l-alkoħol, il-Kummissjoni tista’ tindika ammont għal tibdil, bi qbil ma’ l-aġenzija ta’ intervent involuta, sakemm din ta’ l-aħħar tikkonferma s-sejba tal-proponent. It-bettija li ġo fiha jinħażen l-ammont għat-tibdil għandha tiġi stabbilità bi qbil ma’ l-aġenzjia ta’ intervent involuta. Meta l-proponenti ma jopponux it-trasferiment bil-miktub lill-aġenzija ta’ intervent involuta f’għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-avviż tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tindika l-ammont għat-tibdil, dawn għandhom jitqiesu daqs li kieku qablu mas-sostituzzjoni.

Artikolu 99

Ħtiġiet applikabbli għall-iżnaturament u/jew għall-immarkjar

1. Jekk l-alkoħol irid jiġi żnaturat, l-operazzjoni trid titwettaq taħt is-sorveljanza ta’ l-Istati Membri involuti fil-ħin bejn meta tingħata l-ordni għat-tneħħija u meta l-alkoħol jitneħħa fiżikament. L-ispiża ta’ dan l-iżnaturament jitħallas mill-proponent rebbieħ.

2. L-iżnaturament għandu jitwettaq billi jiżdied il-petrol, bir-ratio ta’ 1:100, ma’ l-ammont ta’ alkoħol b’100 % vol.

3. L-iżnaturament jista’ jitwettaq f’bettija pprovduta għal dan l-iskop.

Artikolu 100

Ħtiġiet li japplikaw għall-garanziji

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) (a) għall-iskopijiet ta’ l-għoti tal-garanzija għas-sejħa għall-offerti, l- ħtiġiet primarji fis-sens ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 huma li l-offerti ma jiġux irtirati wara d-data ta’ l-għeluq għall-għoti tagħhom u li tingħata garanzija ta’ l-adempjament;

(b) għall-iskopijiet tal-garanzija għas-sejħa għall-offerti, l- ħtiġiet primarji fis-sens ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 huma li l-alkoħol mneħħi jintuża fil-fatt għall-iskopijiet speċifikati taħt il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti relevanti u li l-ammont kollu ta’ alkoħol jitneħħa fiżikament mill-imħażen ta’ kull aġenzija ta’ intervent involut fiż-żmien permess.

(2) (a) L-alkoħol mogħti jrid jintuża kollu kemm hu għall-iskopijiet speċifikati fl-istedina għas-sejħa għall-offerti involuta, b’konċessjoni għal kull telf matul it-trasport jew l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar meħtieġa għall-użu aħħari ta’ l-alkoħol.

Kull telf individwali ta’ alkoħol għandu jiġi aċċettat biss jekk ikun ġie kontrollat fid-destinazzjoni finali u, fil-każ ta’ alkoħol għall-esportazjzoni, fil-post minn fejn ikun telaq mit-territorju doganali tal-Komunità, u tiġi ċċertifikata mill-awtorità kompetenti jew/u d-ditta internazzjonali tas-sorveljanza meta din id-ditta ġiet nominata skond l-Artikolu 102, sakemm dan it-telf huma fil-limitu stabbiliti fil-punt (b) isfel.

(b) Meta t-telf ta’ l-alkoħol fl-operazzjonijiet msemmija isfel jaqbżu il-limiti li ġejjin, jinżammu EUR 96 għal kull ettolitru mill-garanzija ta’ l-adempjament, ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri:

(i) 0.05 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol maħżuna kull xahar fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba evaporazzjoni,

(ii) 0.4 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol imneħħija mill-ħżin fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba operazzjoni jew operazzjonijiet tat-trasport fuq l-art,

(iii) 1 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol imneħħija mill-ħżin fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba operazzjoni jew operazzjonijiet tat-trasport fuq l-art flimkien ma’ operazzjoni tat-trasport fuq il-baħar jew fuq il-kanali interni ta’ l-ilma li jitbaħħru,

(iv) 2 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol imneħħija mill-ħżin fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba trasport fuq l-art u fuq il-baħar meħtieġ b’konnessjoni ma’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-esportazzjoni ta’ l-alkoħol lil pajjiż jew pajjiżi terzi elenkati fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament,

(v) 0.9 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol msaffi fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba t-tisfija fil-Komunità,

(vi) 0.9 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol li tneħħa l-ilma minnhom fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba t-tneħħija ta’ l-ilma fil-Komunità,

(vii) 1.2 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol msaffi fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba t-tisfija f’pajjiż jew pajjiżi terzi elenkati fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament,

(viii) 1.2 % tal-kwantitajiet ta’ alkoħol li minnu tneħħa l-ilma fil-każ ta’ telf ta’ alkoħol minħabba t-tneħħija ta’ l-ilma f’pajjiż jew pajjiżi terzi elenkati fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-raba’ u/jew il-ħames perċentwal jisgħtu jiġu miżjuda ma’ l-ewwel żewġ perċentwali.

Is-sitt u/jew is-seba’ perċentwali jisgħtu jiżdiedu mat-tielet perċentwal.

Fl-applikazzjoni tal-perċentwali ta’ fuq, il-kwantitajiet ta’ alkoħol għandhom jiġu stabbiliti skond ċertifikati tat-tunnellaġġ jew dokumenti bħal dawn maħruġa mill-awtoritajiet ta’ spezzjoni kompetenti.

(c) Fil-każ ta’ alkoħol mogħti għal użu industrijali ġdid li jrid jissaffa qabel l-aħħar użu maħsub, l-alkoħol imneħħi jitqies li ntuża kollu kemm hu għall-iskop speċifikat meta għall-inqas id-90 % tal-kwantitajiet kollha ta’ alkoħol imneħħija taħt proċedura għas-sejħa għall-offerti jintuża għal dawn l-iskopijiet; il-proponenti rebbieħa jridu javżaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità, id-destinazzjoni u l-użu tal-prodotti msaffija. Madanakollu, it-telf ma jistax ikun aktar mil-limiti stabbiliti fil-punt (b).

(3) (a) Il-garanzija għas-sejħa għall-offerti għandha titħallas lura mill-ewwel jekk l-offerta ma tkunx ġiet aċċettata jew jekk il-proponent rebbieħ ikun issodisfa l- ħtiġiet stabbiliti mill-paragrafu 1(a).

(b) Il-garanzija ta’ l-adempjament għandha titħallas lura mill-ewwel minn kull aġenzija ta’ intervent li għandha l-alkoħol malli l-proponent ir-rebbieħ jagħtihom kollha il-prova meħtieġa mill-punti 2 u 3 u fit-Titolu V tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, għall-kwantità relevanti mneħħija.

(c) Minkejja l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, l-10 % tal-garanzija ta’ l-adempjament tinżamm sakemm il-proponent rebbieħ jagħti lil kull aġenzija ta’ intervent involuta prova li l-kwantità ta’ alkoħol relevanti ntużat, u għandu jiġi ndikat kull telf b’konnessjoni mal-proċeduri għas-sejħa għall-offerti involuti. Jekk din il-prova ma tingħatax fi żmien 12-il xhar wara d-data speċifikata għall-użu aħħari ta’ l-alkoħol, EUR 96 għal kull ettolitru għandhom jinżammu għall-kwantitajiet ta’ alkoħol mitlufa, minbarra l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 101

Arranġamenti ta’ kontroll

1. L-Istati Membri nvoluti jridu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet taħt dan il-Kapitolu u sabiex jiżguraw il-ħarsien tar-regoli Komunitarji applikabbli. Huma għandhom jinnominaw korp wieħed jew aktar bħala responsabbli għall-kontrolli dwar il-ħarsien ta’ dawk ir-regoli.

Il-kontrolli jridu jkunu ta’ mill-inqas bħal dawk imwettqa għas-sorveljanza ta’ l-alkoħol magħmul id-dar iżda jridu jinkludu:

(a) kontrolli fiżiċi dwar l-ammont ta’ alkoħol trasportat,

(b) verifika dwar kif l-alkoħol intuża, bi stħarriġ fuq il-post ta’ spiss ta’ mill-anqas darba fix-xahar,

(c) verifika tal-kontijiet, tar-rekords, tal-proċeduri ta’ utilizzazzjoni u tal-ħażniet.

Jekk l-alkoħol ikun ġie żnaturat, il-kontrolli għandhom jitwettqu ta’ mill-anqas darba kull xahrejn.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema dokumenti, rekords u provi oħra jew informazzjoni jridu jinagħtaw mill-proponent rebbieħ. Iridu javżaw lill-Kummissjoni dwar l-kontrolli li jdaħħlu għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni trid tibgħat lill-Istat Membru involut kull kumment meħtieġ sabiex il-kontrolli ikunu effettivi.

3. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri jridu jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jibdew il-kontrolli.

Artikolu 102

Użu ta’ ditti ta’ sorveljanza

L-avviż ta’ l-istedina għas-sejħa għall-offerti jista’ jistabbilixxi li ditta internazzjonali tas-sorveljanza trid tintuża għall-kontrolli dwar it-twettieq xieraq tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, b’miod partikolari dwar id-destinazzjoni aħħari u/jew l-użu aħħari ta’ l-alkoħol. L-ispiża ta’ dan is-servizz għandha titħallas mill-proponent rebbieħ, bħall-ispiża ta’ l-analiżi u l-verifika skond l-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 103

Notifiki lill-Kummissjoni

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) għad- distillazzjoni skond l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, kull xahar:

(i) il-kwantitajiet ta’ nbid iddistillati,

(ii) l-ammonti ta’ alkoħol involuti li huma milquta mill-għajnuna sekondarja

(b) kull xahrejn, għal kull tip ta’ distillazzjoni skond l-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999:

(i) il-kwantitajiet ta’ nbid, fond ta’ l-inbid u nbid imsaħħaħ u ddistillat,

(ii) fejn ikun applikabbli għandha ssir distinzjoni bejn l-alkoħol newtrali, l-alkoħol mhux proċessat l-ispirti:

- il-kwantitajiet prodotti matul iż-żmien ta’ qabel,

- il-kwantitajiet meħuda mill-aġenziji ta’ intervent tagħhom skond regoli Komunitarji jew nazzjonali matul il-perjodu ta’ qabel,

- il-kwantitajiet li tneħħew minn dawk l-aġenziji ta’ intervent matul iż-żmien ta’ qabel,

- il-kwantitajiet miżmuma minn dawk l-aġenziji ta’ intervent fit-tmiem tal-perjodu preċedenti.

Fil-każ tal-kwantitajiet mneħħija mill-aġenziji ta’ intervent, l-Istati Membri involuti jridu wkoll jikkomunikaw il-prezzijiet tal-bejgħ u jindikaw jekk il-prodotti ġewx kunsinnati fil-Komunità jew ġewx esportati;

(c) għaxart ijiem qabel it-tmiem ta’ kull tlett xhur, ir-riżultat ta’ l-applikazzjonijiet li jinvolvu forza maġġuri u l-passi meħuda f’dawk is-sitwazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet riferiti lilhom:

(i) L-Artikolu 9,

(ii) L-Artikolu 10,

(iii) L-Artikolu 11(3),

(iv) L-Artikolu 15,

(v) L-Artikolu 16,

(vi) L-Artikolu 20(4), (5) u (6),

(vii) L-Artikolu 36,

(viii) L-Artikolu 37,

(ix) L-Artikolu 72,

(x) L-Artikolu 75(1),

(xi) L-Artikolu 100(2)(b);

(d) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-inbid kurrenti, l-għajnuna għall-ħżin privat taħt il-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u t-Titolu II ta’ dan ir-Regolament:

- il-kwantitajiet ta’ most ta’ l-għeneb proċessat f’ most ta’ l-għeneb konċentrat jew konċentrat u msaffi matul iż-żmien ta’ validità tal-kuntratt, u l-kwantitajiet miksuba b’dan il-mod;

(e) sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Marzu tas -sena ta’ l-inbid kurrenti:

- għall-għajnuna għall-ħżin privat taħt il-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u t-Titolu II ta’ dan ir-Regolament:

- il-kwantitajiet ta’ prodotti taħt kuntratt fis-16 ta’ Frar;

- għall-għajnuna skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu II tat-Titolu I ta’ dan ir-Regolament:

- in-numru ta’ produtturi li rċevew l-għajnuna,

- il-kwantitajiet ta’ nbid imsaħħaħ,

- il-kwantitajiet ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat u msaffi użat għat-tisħiħ espressi fi gradi ta’ qawwa alkoħolika potenjali b’vol. għal kull ettolitru;

(f) għas-sena ta’ l-inbid ta’ qabel, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April:

(i) għall-għajnuna skond l-Artikoli 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu I tat-Titolu I ta’ dan ir-Regolament:

- il-kwantitajiet ta’ materja prima li jaqgħu taħt l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, imqassma skond it-tip ta’ materja prima skond iż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb ta’ l-oriġini;

- il-kwantitajiet ta’ materja prima li għalihom ingħatat l-għajnuna, imqassma skond it-tip ta’ materja prima u skond iż-żona tat-tkabbir ta’ l-għeneb ta’ l-oriġini;

(ii) fil-każ ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 35(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu II tat-Titolu I ta’ dan ir-Regolament:

- il-kwantitajiet ta’ most ta’ l-għeneb u ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat li jaqgħu taħt l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, imqassma skond iż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb ta’ l-oriġini;

- il-kwantitajiet ta’ most ta’ l-għeneb u ta’ most ta’ l-għeneb konċentrat li rċevew l-għajnuna, imqassma skond iż-żoni tat-tkabbir ta’ l-għeneb ta’ l-oriġini;

- il-prezzijiet imħallsa mill-produtturi u mill-operaturi għall- most ta’ l-għeneb u għall- most ta’ l-għeneb konċentrat;

(iii) każijiet meta d-distillaturi jew dawk li jsaħħu l-inbid għad-distillazzjoni ma ħarsux l-obbligi tagħhom u ttieħdet xi azzjoni bħala konsegwenza.

Artikolu 104

Dati u termini ta’ skadenza

Il-perjodi, id-dati u t-termini ta’ skadenza msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71. Madanakollu, l-Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika meta jiġi stabbilit id-dewmien tal-perjodi ta’ ħżin skond it-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 105

Tneħħija

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2682/77, Nru 1059/83, Nru 3461/85, Nru 441/88, Nru 2598/88, Nru2640/88, Nru 2641/88, Nru 2721/88, Nru 2728/88, Nru 3105/88, Nru 1238/92, Nru 377/93 u Nru 2192/93 qegħdin jiġu mħassra.

Artikolu 106

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awissu 2000.

Madanakollu, ir-Regolamenti li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Awissu 2000 għal prodotti mis-sena ta’ l-inbid 1999/2000:

- Regolament (KEE) Nru 1059/83

- Regolament (KEE) Nru 2640/88

- Regolament (KEE) Nru 2641/88

- Regolament (KEE) Nru 2721/88

- Regolament (KEE) Nru 2728/88

- Regolament (KEE) Nru 3105/88

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

[3] Paragrafi 98 sa 124: ara l-istqarrijiet tar-Regolament (KEE) Nru 377/93.

[4] ĠU L 160, tas-27.6.1989, p. 1. Emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Tabella ta’ ekwivalenza bejn il-qawwa alkoħolika potenzjali u l-qari f’20 °C minn reffrattometru wżat skond il-metodu stipolat fl-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi kodiċi Komunitarja għall-prattiki u l-proċessi oenoliġiċi.

(Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament)

Qari mir-refrattometru % (p/p) | Qawwa alkoħolika potenzjali (% vol) |

most ta' l-għeneb ikkonċentrat | most ta' l-għeneb ikkonċentrat u msaffi |

50,9 | 34,62 | |

51,0 | 34,69 | |

51,1 | 34,76 | |

51,2 | 34,82 | |

51,3 | 34,89 | |

51,4 | 34,96 | |

51,5 | 35,06 | |

51,6 | 35,16 | |

51,7 | 35,25 | |

51,8 | 35,35 | |

51,9 | 35,45 | 39,07 |

52,0 | 35,55 | 39,17 |

52,1 | 35,63 | 39,26 |

52,2 | 35,70 | 39,35 |

52,3 | 35,77 | 39,45 |

52,4 | 35,85 | 39,54 |

52,5 | 35,95 | 39,63 |

52,6 | 36,05 | 39,73 |

52,7 | 36,14 | 39,83 |

52,8 | 36,23 | 39,93 |

52,9 | 36,32 | 40,02 |

53,0 | 36,41 | 40,12 |

53,1 | 36,49 | 40,22 |

53,2 | 36,56 | 40,30 |

53,3 | 36,63 | 40,40 |

53,4 | 36,71 | 40,50 |

53,5 | 36,81 | 40,59 |

53,6 | 36,91 | 40,69 |

53,7 | 37,01 | 40,79 |

53,8 | 37,11 | 40,89 |

53,9 | 37,20 | 40,99 |

54,0 | 37,30 | 41,09 |

54,1 | 37,38 | 41,18 |

54,2 | 37,45 | 41,28 |

54,3 | 37,53 | 41,37 |

54,4 | 37,60 | 41,47 |

54,5 | 37,69 | 41,56 |

54,6 | 37,78 | 41,66 |

54,7 | 37,87 | 41,76 |

54,8 | 37,94 | 41,86 |

54,9 | 38,02 | 41,95 |

55,0 | 38,09 | 42,04 |

55,1 | 38,16 | 42,14 |

55,2 | 38,26 | 42,23 |

55,3 | 38,36 | 42,33 |

55,4 | 38,46 | 42,44 |

55,5 | 38,56 | 42,54 |

55,6 | 38,66 | 42,64 |

55,7 | 38,76 | 42,74 |

55,8 | 38,86 | 42,83 |

55,9 | 38,95 | 42,93 |

56,0 | 39,06 | 43,04 |

56,1 | 39,12 | 43,13 |

56,2 | 39,19 | 43,23 |

56,3 | 39,26 | 43,32 |

56,4 | 39,32 | 43,42 |

56,5 | 39,42 | 43,52 |

56,6 | 39,52 | 43,62 |

56,7 | 39,62 | 43,72 |

56,8 | 39,72 | 43,81 |

56,9 | 39,82 | 43,92 |

57,0 | 39,92 | 44,02 |

57,1 | 39,99 | 44,12 |

57,2 | 40,07 | 44,22 |

57,3 | 40,14 | 44,31 |

57,4 | 40,21 | 44,41 |

57,5 | 40,31 | 44,51 |

57,6 | 40,41 | 44,61 |

57,7 | 40,51 | 44,71 |

57,8 | 40,60 | 44,81 |

57,9 | 40,69 | 44,91 |

58,0 | 40,78 | 45,01 |

58,1 | 40,85 | 45,11 |

58,2 | 40,93 | 45,21 |

58,3 | 40,99 | 45,30 |

58,4 | 41,08 | 45,40 |

58,5 | 41,17 | 45,50 |

58,6 | 41,27 | 45,61 |

58,7 | 41,37 | 45,71 |

58,8 | 41,47 | 45,80 |

58,9 | 41,57 | 45,91 |

59,0 | 41,67 | 46,01 |

59,1 | 41,77 | 46,11 |

59,2 | 41,87 | 46,22 |

59,3 | 41,97 | 46,32 |

59,4 | 42,06 | 46,43 |

59,5 | 42,14 | 46,53 |

59,6 | 42,23 | 46,64 |

59,7 | 42,31 | 46,74 |

59,8 | 42,38 | 46,83 |

59,9 | 42,46 | 46,93 |

60,0 | 42,53 | 47,03 |

60,1 | 42,63 | 47,12 |

60,2 | 42,73 | 47,23 |

60,3 | 42,83 | 47,34 |

60,4 | 42,93 | 47,44 |

60,5 | 43,03 | 47,55 |

60,6 | 43,12 | 47,65 |

60,7 | 43,20 | 47,75 |

60,8 | 43,27 | 47,85 |

60,9 | 43,35 | 47,94 |

61,0 | 43,42 | 48,04 |

61,1 | 43,51 | 48,14 |

61,2 | 43,60 | 48,25 |

61,3 | 43,69 | 48,36 |

61,4 | 43,79 | 48,46 |

61,5 | 43,89 | 48,57 |

61,6 | 43,99 | 48,67 |

61,7 | 44,08 | 48,79 |

61,8 | 44,18 | 48,89 |

61,9 | 44,28 | 48,99 |

62,0 | 44,38 | 49,10 |

62,1 | 44,48 | 49,20 |

62,2 | 44,58 | 49,30 |

62,3 | 44,65 | 49,40 |

62,4 | 44,73 | 49,50 |

62,5 | 44,80 | 49,60 |

62,6 | 44,88 | 49,71 |

62,7 | 44,97 | 49,81 |

62,8 | 45,05 | 49,91 |

62,9 | 45,14 | 50,02 |

63,0 | 45,24 | 50,12 |

63,1 | 45,34 | 50,23 |

63,2 | 45,44 | 50,34 |

63,3 | 45,54 | 50,45 |

63,4 | 45,64 | 50,56 |

63,5 | 45,74 | 50,67 |

63,6 | 45,84 | 50,77 |

63,7 | 45,94 | 50,88 |

63,8 | 46,03 | 50,99 |

63,9 | 46,11 | 51,08 |

64,0 | 46,18 | 51,18 |

64,1 | 46,26 | 51,29 |

64,2 | 46,33 | 51,39 |

64,3 | 46,42 | 51,49 |

64,4 | 46,51 | 51,60 |

64,5 | 46,60 | 51,71 |

64,6 | 46,70 | 51,81 |

64,7 | 46,80 | 51,92 |

64,8 | 46,90 | 52,03 |

64,9 | 46,99 | 52,14 |

65,0 | 47,09 | 52,25 |

65,1 | 47,21 | 52,36 |

65,2 | 47,31 | 52,46 |

65,3 | 47,41 | 52,57 |

65,4 | 47,51 | 52,68 |

65,5 | 47,61 | 52,79 |

65,6 | 47,71 | 52,90 |

65,7 | 47,82 | 53,01 |

65,8 | 47,92 | 53,12 |

65,9 | 48,02 | 53,22 |

66,0 | 48,12 | 53,34 |

66,1 | 48,21 | 53,44 |

66,2 | 48,30 | 53,54 |

66,3 | 48,40 | 53,64 |

66,4 | 48,49 | 53,75 |

66,5 | 48,58 | 53,86 |

66,6 | 48,67 | 53,96 |

66,7 | 48,76 | 54,08 |

66,8 | 48,86 | 54,18 |

66,9 | 48,95 | 54,29 |

67,0 | 49,04 | 54,40 |

67,1 | 49,14 | 54,51 |

67,2 | 49,23 | 54,62 |

67,3 | 49,33 | 54,73 |

67,4 | 49,42 | 54,83 |

67,5 | 49,52 | 54,95 |

67,6 | 49,61 | 55,06 |

67,7 | 49,71 | 55,17 |

67,8 | 49,81 | 55,28 |

67,9 | 49,90 | 55,40 |

68,0 | 50,00 | 55,50 |

68,1 | 50,10 | 55,61 |

68,2 | 50,20 | 55,72 |

68,3 | 50,30 | 55,83 |

68,4 | 50,40 | 55,94 |

68,5 | 50,50 | 56,06 |

68,6 | 50,60 | 56,16 |

68,7 | 50,70 | 56,28 |

68,8 | 50,80 | 56,38 |

68,9 | 50,90 | 56,50 |

69,0 | 50,99 | 56,61 |

69,1 | 51,09 | 56,72 |

69,2 | 51,19 | 56,83 |

69,3 | 51,28 | 56,94 |

69,4 | 51,38 | 57,06 |

69,5 | 51,47 | 57,17 |

69,6 | 51,57 | 57,28 |

69,7 | 51,66 | 57,39 |

69,8 | 51,76 | 57,51 |

69,9 | 51,86 | 57,62 |

70,0 | 51,95 | 57,72 |

70,1 | 52,05 | 57,84 |

70,2 | 52,14 | 57,95 |

70,3 | 52,24 | 58,07 |

70,4 | 52,33 | 58,18 |

70,5 | 52,43 | 58,29 |

70,6 | 52,53 | 58,41 |

70,7 | 52,62 | 58,52 |

70,8 | 52,72 | 58,63 |

70,9 | 52,81 | 58,74 |

71,0 | 57,91 | 58,86 |

71,1 | 53,01 | 58,97 |

71,2 | 53,11 | 59,09 |

71,3 | 53,21 | 59,20 |

71,4 | 53,31 | 59,31 |

71,5 | 53,41 | 59,42 |

71,6 | 53,51 | 59,53 |

71,7 | 53,61 | 59,65 |

71,8 | 53,71 | 59,76 |

71,9 | 53,81 | 59,88 |

72,0 | 53,91 | 59,99 |

72,1 | 54,00 | 60,11 |

72,2 | 54,10 | 60,22 |

72,3 | 54,20 | 60,33 |

72,4 | 54,30 | 60,45 |

72,5 | 54,40 | 60,56 |

72,6 | 54,50 | 60,68 |

72,7 | 54,60 | 60,79 |

72,8 | 54,70 | 60,91 |

72,9 | 54,80 | 61,02 |

73,0 | 54,90 | 61,14 |

73,1 | 55,00 | 61,25 |

73,2 | 55,10 | 61,37 |

73,3 | 55,20 | 61,48 |

73,4 | 55,30 | 61,60 |

73,5 | 55,40 | 61,72 |

73,6 | 55,50 | 61,83 |

73,7 | 55,60 | 61,94 |

73,8 | 55,70 | 62,06 |

73,9 | 55,80 | 62,18 |

74,0 | 55,90 | 62,28 |

74,1 | 56,00 | 62,41 |

74,2 | 56,09 | 62,52 |

74,3 | 56,19 | 62,64 |

74,4 | 56,29 | 62,76 |

74,5 | 56,39 | 62,87 |

74,6 | 56,49 | 62,99 |

74,7 | 56,59 | 63,10 |

74,8 | 56,69 | 63,23 |

74,9 | 56,79 | 63,33 |

75,0 | 56,89 | 63,46 |

75,1 | | 63,58 |

75,2 | | 63,69 |

75,3 | | 63,81 |

75,4 | | 63,93 |

75,5 | | 64,05 |

75,6 | | 64,16 |

75,7 | | 64,28 |

75,8 | | 64,41 |

75,9 | | 64,54 |

76,0 | | 64,66 |

76,1 | | 64,78 |

76,2 | | 64,89 |

76,3 | | 65,02 |

76,4 | | 65,13 |

76,5 | | 65,25 |

76,6 | | 65,37 |

76,7 | | 65,49 |

76,8 | | 65,61 |

76,9 | | 65,74 |

77,0 | | 65,87 |

77,1 | | 65,99 |

77,2 | | 66,09 |

77,3 | | 66,21 |

77,4 | | 66,31 |

77,5 | | 66,45 |

77,6 | | 66,58 |

77,7 | | 66,71 |

77,8 | | 66,82 |

77,9 | | 66,94 |

78,0 | | 67,06 |

78,1 | | 67,19 |

78,2 | | 67,29 |

78,3 | | 67,41 |

78,4 | | 67,52 |

78,5 | | 67,65 |

78,6 | | 67,77 |

78,7 | | 67,89 |

78,8 | | 68,02 |

78,9 | | 68,14 |

79,0 | | 68,26 |

79,1 | | 68,38 |

79,2 | | 68,51 |

79,3 | | 68,62 |

79,4 | | 68,75 |

79,5 | | 68,87 |

79,6 | | 69,00 |

79,7 | | 69,12 |

79,8 | | 69,24 |

79,9 | | 69,35 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Ħtiġiet minimi ta’ kwalità għall-inbejjed tal-mejda msemmija fl-fl-Artikolu 27(b)(i) ta’ dan ir-Regolament

I. Inbejjed bojod

(a) Qawwa alkoħolika attwali minima: 10.5 % vol.

(b) Aċidità volatili massima: 9 milliekwivalenti għal kull litru

(ċ) il-kontentut massimu ta’ diossid tal-kubrit: 155 milligrammi għal kull litru

II. Inbejjed ħomor

(a) Qawwa alkoħolika attwali minima: 10.5 % vol.

(b) Aċidità volatili massimaL 11 milliekwivalenti għal kull litru

(ċ) il-kontentut massimu ta’ diossid tal-kubrit: 115 milligrammi għal kull litru

L-inbejjed rosé jridu jħarsu l-ħtiġiet għall-inbejjed ħomor, ħlief għall-kontenut massimu ta’ diossid tal-kubrit, li jrid iħares il-livelli massimi stabbiliti għall-inbejjed bojod.

Madanakollu, l-inbejjed ħomor ta’ l-inbid mill-varjetajiet tad-dwieli Portugieser u l-inbejjed bojod tal-mejda mill-varjetajiet tad-dwieli Sylvaner, Müller-Thurgau u Riesling m’humiex meħtieġa jikkonformaw mal-punti (a) u (c) fuq.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Deskrizzjoni ta’ alkoħol newtrali msemmi fl-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament

1.Karatteristiċi organolettiċi | Ebda essenza barranija ma nstabet fil-materja prima |

2.Qawwa alkoħolika minima bil-volum: | 96 % vol. |

3.Valuri massima ta' elementi ta' fdalijiet: | |

Aċidità totaliEspress bħala g ta' aċtu aċetiku għal kull el ta' alkoħol b'100 % vol. | 1.5 |

EsteriEspress bħala g ta' aċetat etili għal kull el ta' alkoħol b'100 % vol. | 1.3 |

AldehydesEspress fi g ta' acetaldehydegħal kull el ta' alkoħol b'100 % vol. | 0.5 |

Alkoħol ogħlaEspress fi g ta' 2-metilpropanol-1 għal kull el ta' alkoħol b'100 % vol. | 0.5 |

MetanolEspress bħala g għal kull el ta' alkohol b'100 % vol. | 50 |

Estratt niexefEspress bħala g għal kull el ta' alkohol b'100 % vol. | 1.5 |

Bażi volatili bin-nitroġenuEspress bħala g ta' nitroġenu għal kull el ta' alkohol b'100 % vol. | 0.1 |

Furfural | Ma nstabx |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Metodu ta’ analiżi Komunitarju ta’ alkoħol newtrali

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:

(a) il-limitu ta’ repetizzjoni huwa l-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati ta’ test wieħed miksuba taħt l-istess kondizzjonijiet (l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju u intervall qasir) hi mistennija li hi fi probabbiltà speċifika;

(b) il-limitu ta’ riproduzzjoni huwa l-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati ta’ test wieħed miksuba taħt kondizzjonijiet differenti (operaturi differenti, apparat differneti, laboratorju differenti u/jew ħin differenti) hi mistennija li hi f’probabbiltà speċifika.

Il-kliem "riżultat ta’ test wieħed" tfisser il-valur miksub meta l-metodu stardard ta’ test jiġi applikat kollu kemm hu għal darba fuq kampjun wieħed. Sakemm mhux stabbilit mod ieħor, il-probabbiltà hi ta’ 95 %.

--------------------------------------------------

ANNESS V

In-notifika ta’ ċaħda jew ta’ aċċettazzjoni ta’ lottijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri tas-sejħiet għall-offerti għall-esportazzjoni ta’ l-alkoħol ta’ l-inbid

- Isem tal-proponent rebbieħ:

- Data ta’ l-għoti:

- Data taċ-ċaħda jew ta’ l-aċċettazzjoni tal-lott mill-proponent rebbieħ:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top