This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1613
Commission Regulation (EC) No 1613/2000 of 24 July 2000 derogating from Regulation (EEC) No 2454/93 in respect of the definition of the concept of originating products used for the purposes of the scheme of generalised preferences to take account of the special situation of Laos regarding certain exports of textiles to the Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1613/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu inkonsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1613/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu inkonsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità
ĠU L 185, 25.7.2000, p. 38–45
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 96 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 84 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 72 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 94 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 74 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 80 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 85 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 79 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 86 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 95 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 81 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 68 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 73 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 78 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 93 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 75 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 92 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 69 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 88 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 67 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 82 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 71 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 70 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 76 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 77 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 83 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 91 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 90 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 97 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 89 | 31/12/2006 | |
Derogation | 31993R2454 | Deroga | artikolu 87 | 31/12/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32000R1613R(01) | (DA, DE, EL, EN, ES, FI, FR, IT, NL, PT, SV) | |||
Modified by | 32002R0291 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 01/01/2002 | |
Modified by | 32002R0291 | DATE artikolu 2 | |||
Validity extended by | 32002R0291 | 31/12/2004 | |||
Validity extended by | 32004R2186 | 31/12/2006 | |||
Modified by | 32004R2186 | DATE artikolu 2 | |||
Modified by | 32006R1806 | Emenda | artikolu 2 | 01/01/2007 | |
Validity extended by | 32006R1806 | 31/12/2008 | |||
Validity extended by | 32008R1236 | 31/12/2010 | |||
Modified by | 32008R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 19/12/2008 |
Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0038 - 0045
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1613/2000 ta' l-24 ta' Lulju 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu inkonsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u speċjalment l-Artikolu 249 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1662/1999 [4], u speċjalment l-Artikolu 76 tiegħu, Billi: (1) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2820/98 tal-21 ta' Diċembru 1998 li japplika skema multiannwali ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001 [5], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1310/2000 [6], il-Komunità tat preferenzi ta' din ix-xorta lil Laos. (2) L-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxu d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw li għandu jintuża għall-iskopijiet ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati. Madanakollu, l-Artikolu 76 ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi derogi favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati u benefiċjarji GSP li jagħmlu talba xierqa f'dak is-sens lill-Komunità. (3) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1537/1999 [7], il-Laos kiseb deroga ta' din ix-xorta għal ċerti tessuti, għall-perjodu mill-15 ta' Lulju 1999 sa l-14 ta' Lulju 2000. (4) It-talba mibgħuta mill-Laos taderixxi mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. B'mod partikolari d-dħul ta' kondizzjonijiet kwantitattivi (fuq bażi annwali) li jirriflettu l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbi l-prodotti mill-Laos, il-kapaċità tal-Laos li jesporta u t-tkattir attwali tan-negozju rrekordjat, huwa tali li jipprevjenu ħsara fil-fergħat korrispondenti ta' l-industrija tal-Komunità. Madanakollu d-deroga għandha tiġi adattata b'riferenza għall-ħtiġiet ekonomiċi. (5) Sabiex iħajru kooperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi li jgawdu, hu mixtieq li l-materji primi li sejrin jintużaw fil-Laos fil-kuntest ta' din id-deroga għandhom joriġinaw f'pajjiżi li jagħmlu parti mill-Assoċjazzjoni tal-Ġnus ta' l-Asja tax-Xlokk (ASEAN) (barra mill-Mijanmar), mill-Assoċjazzjoni ta' l-Asja ta' Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC) jew mill-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE. (6) L-amministrazzjoni miftuħa u effettiva ta' dawn il-miżuri għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti, għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1427/97 [8]. (7) Kull talba biex titkabbar l-applikazzjoni tad-deroga għal aktar mill-kwantitajiet li hemm provduti għandha tiġi kkunsidrata b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-Laos. (8) Biex tkun effettiva għal kollox, id-deroga għandha tingħata għal tul ta' żmien raġjonevoli, jiġifieri, sal-31 ta' Diċembru 2001 meta jiskadi r-Regolament (KE) Nru 2820/98. (9) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOALMENT: L-Artikolu 1 1. B'deroga mill-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-prodotti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament li huma fabbrikati fil-Laos minn drapp minsuġ (oġġetti minsuġa) jew ħajt mibrum (oġġetti tal-malja) impurtati f'dak il-pajjiż u li joriġinaw minn pajjiż li jagħmel parti mill-Assoċjazzjoni tal-Ġnus ta' l-Asja tax-Xlokk (ASEAN) (barra mill Mijanmar), mill-Assoċjazzjoni ta' l-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC) jew mill-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE huma meqjusa li joriġinaw minn Laos b'mod konformi ma' l-arranġamenti mniżżla hawn taħt. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti huma meqjusa li joriġinaw mill-ASEAN jew SAARC meta jinkisbu f'dawn il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini li hemm provduti fl-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew li joriġinaw minn pajjiżi li jgawdu mill-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE meta jinkisbu f'dawk il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini mniżżla fil-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE [9]. 3. L-awtoritajiet kompetenti ta' Laos jimpennjaw rwieħhom li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. L-Artikolu 2 Id-deroga li hemm provduta fl-Artikolu 1 tapplika għall-prodotti trasportati direttament mill-Laos u impurtati fil-Komunità matul il-perjodu bejn il-15 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001, sa l-ammonti annwali elenkati fl-Anness ma ġenb kull prodott. L-Artikolu 3 Il-Kwantitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 4 Meta l-ġbid skond l-Artikolu 3 ikopru 80 % ta' l-ammonti murija fl-Anness, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tal-Laos, għandha tikkunsidra jekk huwiex meħtieġ li testendi l-applikazzjoni tad-deroga 'l fuq minn dawk l-ammonti. L-Artikolu 5 Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati ta' oriġini Formola A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Laos skond dan ir-Regolament: "Deroga — Regolament (KE) Nru 1613/2000" . L-Artikolu 6 F'każ ta' dubju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja tad-dokument li jiċċertifika l-oriġini tal-materjali wżati fil-Laos taħt din id-deroga. Din it-talba tista' ssir fiż-żmien tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-oġġetti li jgawdu minn dan ir-Regolament, jew fil qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva li għaliha hemm dispożizzjonijiet fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 7 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [2] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1. [3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [4] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 25. [5] ĠU L 357, tat-30.12.1998, p. 1. [6] ĠU L 148, tat-22.6.2000, p. 28. [7] ĠU L 178, ta' l-14.7.1999, p. 26. [8] ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 31. [9] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- L-ANNESS Nru ta' l-ordni | Kategorija ta' tessut | Nomenklatura Magħquda | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità (1.1 sa 31.12) | 09.8003 | 6 | 6203411062034190620342316203423362034235620342906203431962034390620349196203495062046110620462316204623362046239620463186204691862113242621133426211424262114342 | Qliezet qosra li jintrabtu taħt l-irkoppa, xorts mhux malji ta' l-għawm u qliezet (li jinkludu slacks) minsuġin ta' l-irġiel jew tas-subien; qliezet jew slacks minsuġin tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi; il-partijiet ta' isfel ta' tracksuits bl-inforra, minbarra tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 4068169 biċċa | 09.8004 | 7 | 610610006106200061069010620620006206300062064000 | Qomos tan-nisa jew tal-bniet, kemm jekk innittjati u kemm jekk maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 477193 biċċa | 09.8005 | 8 | 620510006205200062053000 | Qomos ta' l-irġiel jew tas-subien, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 597073 biċċa | 09.8006 | 10 | 611110106111201061113010ex61119000611610206116108061169100611692006116930061169900 | Ingwanti, mittens u mitts, innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 1110 pari | 09.8007 | 12 | 61151200611519006115201161152090611591006115920061159310611593306115939961159900 | Panty-hose u tajts, kalzetti twal tan-nisa, kalzetti ta' taħt, kalzetti, kalzetti qosra sa l-għaksa, kalzetti żgħar u simili, innittjati u maħdumin bil-kroxè, mhux tat-trabi, li jinkludu kalzetti għal vini varikużi, minbarra prodotti tal-kategorija 70 | 1100 par | 09.8009 | 14 | 62011100ex62011210ex62011290ex62011310ex6201139062102000 | Kappotti, ġgieget tax-xita u kowtijiet oħra, mnatar u mantelli, tas-suf, ta' l-irġiel jew tas-subien minsuġin, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi (minbarra parkas tal-kategorija 21) | 26112-il biċċa | 09.8010 | 15 | 62021100ex62021210ex62021290ex62021310ex620213906204310062043290620433906204391962103000 | Kappotti, ġkieket tax-xita u kowtijiet oħra, mnatar u mantelli, ġkieket u blejżers; tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi (minbarra parkas tal-kategorija 21) | 268877 biċċa | 09.8011 | 16 | 62031100620312006203191062031930620321006203228062032380620329186211323162113331 | Ilbiesi u ilbiesi ntieri ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra minn dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, li jeskludu lbies ta' l-iski, tracksuits ta' l-irġiel jew tas-subien bl-inforra, b'saff minn barra ta' tessut waħdieni identiku, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 84516-il biċċa | 09.8012 | 17 | 62033100620332906203339062033919 | Ġkieket u blejżers ta' l-irġiel jew tas-subien minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 46016-il biċċa | 09.8013 | 18 | 620711006207190062072100620722006207290062079110620791906207920062079900 | Ilbies bla kmiem u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta' taħt, qliezet ta' taħt qosra, qomos ta' bil-lejl, piġami, ilbies tal-banju, ġagagi, u oġġetti simili, ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 54 tunnellata | 6208110062081910620819906208210062082200620829006208911162089119620891906208920062089900ex62121010 | Ilbis bla kmiem u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta' taħt tan-nisa u lbiesi ta' taħt, qliezet ta' taħt qosra, qliezet ta' taħt, qomos ta' bil-lejl tan-nisa, piġami, negligees, ilbies tal-banju, ġagagi, u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 09.8014 | 21 | ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390620191006201920062019300ex62021210ex62021290ex62021310ex6202139062029100620292006202930062113241621133416211424162114341 | Parkas; anoraks, wind-cheaters, kowtijiet li jidjiequ fil-qadd u simili, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, partijiet ta' fuq ta' tracksuits bl-inforra, minbarra tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 576236 biċċa | 09.8016 | 26 | 6104410061044200610443006104440062044100620442006204430062044400 | Lbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton, jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 173262 biċċa | 09.8017 | 27 | 6104510061045200610453006104590062045100620452006204530062045910 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet, li jinkludu qliezet/dbielet | 355733 biċċa | 09.8019 | 29 | 62041100620412006204130062041910620421006204228062042380620429186211423162114331 | Lbiesi u lbiesi ntieri tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk innittjati u maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, li jeskludu ski-suits; tracksuits bl-inforra tan-nisa jew tal-bniet, b'kisja minn barra ta' tessut identiku, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 112953 biċċa | 09.8020 | 31 | ex6212101062121090 | Riġipetti, minsuġin, innittjati u dawk maħdumin bil-kroxè | 1100 biċċa | 09.8021 | 68 | 611110906111209061113090ex61119000ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | Ħwejjeġ tat-trabi u aċċessorji ta' l-ilbies, li jeskludu ingwanti, mittens u mitts tat-trabi, tal-kategorija 10 u 87, u kalzetti twal, kalzetti normali u kalzetti qosra tat-trabi, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè tal-kategorija 88 | 443 tunnellata | 09.8023 | 72 | 61123110611231906112391061123990611241106112419061124910611249906211110062111200 | Malji ta' l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi | 15196 biċċa | 09.8027 | 76 | 6203221062032310620329116203321062033310620339116203421162034251620343116203433162034911620349316211321062113310 | Ħwejjeġ ta' l-irġiel jew tas-subien industrijali jew tax-xogħol, ħlief għal dawk innittjati jew maħduma bil-kroxè | 41 tunnellata | 6204221062042310620429116204321062043310620439116204621162046251620463116204633162046911620469316211421062114310 | Fradal tan-nisa jew tal-bniet, qomos wiesgħa li jintlibsu fuq ħwejjeġ oħrajn u ilbies industrijali jew tax-xogħol oħrajn, ħlief jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè | 09.8028 | 78 | 6203413062034259620343396203493962046180620461906204625962046290620463396204639062046939620469506210400062105000621131006211329062113390621141006211429062114390 | Ħwejjeġ, ħlief jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè, esklużi ħwejjeġ tal-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 | 452 tunnellata | 09.8030 | 84 | 62142000621430006214400062149010 | Xalel, mkatar, xalpi, mantilji, veli u affarijiet simili, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 1,1 tunnellata | 09.8031 | 86 | 621220006212300062129000 | Kurpetti, ċinturini tal-kurpetti, ċinturini tal-kalzetti tan-nisa, suspenders, takkalji u affarijiet simili, u partijiet minnhom, kemm jekk ikunu innittjati jew maħdumin bil-kroxè u kemm jekk le | 1100 biċċa | 09.8034 | 159 | 6204491062061000 | Lbiesi, u qomos tan-nisa, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, magħmulin minn skart tal-ħarir | 4 tunnellati | 62141000 | Xalel, mkatar, xalpi, mantilji, veli u simili, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir | 62151000 | Ingravajjet, ċfief u cravats, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir | 09.8035 | 161 | 620119006201990062021900620299006203199062032990620339906203499062041990620429906204399062044990620459906204699062059010620590906206901062069090ex621120006211390062114900 | Ħwejjeġ mhux innittjati jew tal-kroxè, minbarra dawk tal-kategoriji 1 sa 123 u tal-kategorija 159 | 69 tunnellata | 09.8085 | 20 | 63022100630222906302299063023110630231906302329063023990 | Lożor, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 1,1 tunnellata | 09.8086 | 40 | ex63039100ex63039290ex6303999063041910ex6304199063049200ex63049300ex63049900 | Purtieri minsuġin (li jinkludu dendil ta' purtieri, blinds ta' ġewwa, pavaljuni/dendil tal-purtieri u tas-sodda u oġġetti oħra li jgħammru), minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 1,1 tunnellata | 09.8087 | 91 | 630621006306220063062900 | Tined | 1,1 tunnellata | 09.8039 | 109 | 6306110063061200630619006306310063063900 | Tarpolini, qlugħ, tined u blinds tax-xemx | 11-il tunnellata | 09.8040 | 110 | 6306410063064900 | Saqqijiet pnewmatiċi minsuġin | 1,1 tunnellata | 09.8041 | 111 | 6306910063069900 | Oġġetti tal-kampeġġ, minsuġin, minbarra saqqijiet pnewmatiċi u tined | 1,1 tunnellata | --------------------------------------------------