Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0009

Id-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni

ĠU L 106, 3.5.2000, p. 21–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2018; Imħassar b' 32016R0424

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/9/oj

32000L0009



Official Journal L 106 , 03/05/2000 P. 0021 - 0048


Id-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Marzu 2000

dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta' persuni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-installazzjonijiet tal-funikular intenzjonati għat-trasport ta' persuni (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "L-installazzjonijiet tal-funikular") huma ddisinnjati, immanifatturati, imqiegħda fis-servizz u mħaddma bl-iskop li jġorru persuni. Prinċipalment, L-installazzjonijiet tal-funikular huma sistemi ta' lifts tal-muntanji użati f'postijiet ta' altitudni għolja frekwentati mit-turisti u li jikkonsistu f'binarji tal-funikular, cable cars, gondli, chairlifts u drag lifts, iżda jistgħu wkoll ikunu jikkonsistu f'installazzjonijiet ta' funikular użati f'faċilitajiet ta' trasport urban. Xi tipi ta' installazzjonijiet ta' funikular jistgħu jużaw prinċipji bażiċi oħrajn kompletament differenti li ma jistgħux jiġu esklużi a priori. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ddisinjati biex jiksbu l-istess oġġettivi ta' sigurtà bħal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

(2) L-installazzjonijiet tal-funikular huma prinċipalment imħaddma b'konnessjoni mat-turiżmu, partikolarment f'żoni tal-muntanji, li jagħmlu sehem importanti mill-ekonomija tar-reġjuni kkonċernati li qiegħed isir fattur importanti dejjem jikber fil-bilanċi tal-kummerċ ta' l-Istati Membri. Mill-perspettiva teknika, is-settur ta' l-installazzjonijiet tal-funikular jikkwalifika wkoll ma' l-attivitajiet industrijali marbuta mal-produzzjoni ta' tagħmir kapitali u għall-attivitajiet fis-settur tal-bini u ta' l-inġinerija ċivili.

(3) L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw is-sigurtà ta' l-installazzjonijiet tal-funikular fil-ħin tal-manifattura, it-tqegħid fis-servizz u matul it-tħaddim. Barraminnhekk, huma responsabbli flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti għal dawk il-kwistjonijiet bħall-użu ta' l-art, l-ippjanar reġjonali u l-ħarsien ta' l-ambjent. Ir-regolamenti nazzjonali jvarjaw ħafna bħala riżultat tal-metodi ta' teknika partikolari ta' l-industrija nazzjonali kif ukoll l-użanzi lokali u s-sengħa. Huma jistipulaw daqsijiet u mekkaniżmi speċifiċi u karatteristiċi partikolari. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi, il-manifatturi huma obbligati li jiddefinixxu t-tagħmir tagħhom għal kull suq. Din tagħmilha diffiċili biex jingħataw soluzzjonijiet uniformi u tolqot b'mod ħażin il-kompetittività.

(4) Ir-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sigurtà għandhom jiġu mħarsa biex jiġi żgurat li l-installazzjonijiet tal-funikular ikunu salvi. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu applikati b'dixxerniment sabiex jiġu meqjusa l-aħħar avvanzi fit-teknoloġija fil-ħin tal-kostruzzjoni u r-rekwiżiti tekiniċi u ekonomiċi.

(5) Barraminnhekk, l-installazzjonijiet tal-funikular jistgħu jaqsmu l-fruntieri u l-kostruzzjoni tagħhom tista' tiltaqa' ma' regoli nazzjonali kontradittorji.

(6) Għaldaqstant għandhom jittieħdu passi sabiex jiġu ddefiniti, fuq bażi Komunitarja, ir-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà umana u dawk ta' saħħa, il-protezzjoni għall-ambjent u r-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-konsumatur applikabbli għall-installazzjonijiet, sottosistemi u l-komponenti tagħhom ta' siġurtà. Mingħajr dan, l-għarfien komuni tad-disposizzjonijiet nazzjonali regolatorji jista' joħloq diffikultajiet politiċi u tekniċi li ma jistgħux jissolvew fir-rigward ta' l-interpretazzjoni u r-responsabbiltà. Bl-istess raġunament, l-istandardizzazzjoni mingħajr definizzjoni minn qabel tar-rekwiżiti regolatorji armonizzati ma tkunx biżżejjed biex issolvi l-problemi.

(7) Ir-responsabbiltà għall-approvazzjoni ta' l-installazzjonijiet tal-funikular hija ġeneralment vestita f'servizz ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; f'ċerti każijiet, l-approvazzjoni tal-komponenti ma tistax tiġi approvata minn qabel iżda biss meta l-klijent japplika għal dik l-approvazzjoni. Bl-istess raġonament, l-ispezzjoni meħtieġa ta' l-installazzjonijiet tal-funikular qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tista' tirriżulta fiċ-ċaħda ta' ċerti komponenti jew f'soluzzjonijiet teknoloġiċi diversi. Dan l-istat ta' fatt iwassal għal żieda fl-ispejjeż u perjodi itwal ta' kunsinna u tippenalizza b'mod partikolari l-manifatturi barranin. Barraminnhekk, l-installazzjonijiet tal-funikular huma wkoll sorveljati b'reqqa mis-servizzi pubbliċi meta dawn ikunu jaħdmu. Il-kawżi ta' inċidenti serji jistgħu jiġu marbuta ma' l-għażla tas-sit, għas-sistema tat-trasport innifsu, għall-istrutturi, jew għall-mod li bih is-sistema hija mħaddma jew miżmuma.

(8) F'dawn iċ-ċirkostanzi, is-sigurtà ta' l-installazzjonijiet ta' funikular tiddependi ugwalment fuq il-kondizzjonijiet tad-dintorni, fuq il-kwalità tal-prodotti industrijali pprovduti u l-mod li bih huma immuntati, installati fis-sit u sorvelljati matul it-tħaddim. Dan jenfasizza l-importanza li jkun hemm idea ġenerali ta' l-installazzjoni tal-funikular biex jiġi stmat il-livell ta' sigurtà u l-adozzjoni ta' metodu komuni fuq livell Komunitarju għall-assigurazzjoni ta' kwalità. F'dawn iċ-ċirkostanzi, biex il-manifatturi jkunu jistgħu jirbħu d-diffikultajiet preżenti u biex jiġi żgurat li l-utenti jieħdu l-benefiċċju sħiħ ta' l-installazzjonijiet tal-funikular u biex jitgawda livell ugwali ta' żvilupp fl-Istati Membri kollha, sett ta' rekwiżiti għandu jiġi ddefinit, flimkien mal-proċeduri ta' kontroll u l-ispezzjoni li għandhom jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

(9) Persuni li jużaw il-funikular, mill-Istati Membri kollha u lil hinn, għandhom jiżguraw livell sodisfaċenti ta' sigurtà. Sabiex jiġi sodisfatt dan ir-rekwiżit, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-metodi ta' eżami, kontroll u spezzjoni. Din toħloq il-ħtieġa ta' l-użu ta' mekkaniżmi tekniċi standardizzati li għandhom ikunu inkorporati fl-installazzjonijiet tal-funikular.

(10) Meta d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE [4] hekk teħtieġ, l-effetti ta' l-installazzjonijiet tal-funikular fuq l-ambjent għandhom jiġu stmati; 'il fuq u 'l hinn mill-effetti msemmija f'din id-Direttiva, kemm il-protezzjoni ta' l-ambjent u r-rekwiżiti b'konnessjoni ma' l-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu għandhom jiġu meqjusa.

(11) L-installazzjoni tal-funikular taqa' fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' l-entitajiet li jaħdmu fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet [5].

(12) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni ġenerali jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi partikolari għal kull kuntratt. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiddefinixxu b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej fejn jeżistu dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

(13) Sabiex ikun eħfef li wieħed iġib prova li r-rekwiżiti essenzjali ikunu ġew imħarsa, huwa meħtieġ li jkun hemm standards armonizzati Ewropej, li jekk jiġu mħarsa jagħtu lok għall-preżunzjoni li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali msemmija. L-istandards armonizzati Ewropej huma mħejjija minn korpi privati u għandhom iżommu l-istatus tagħhom mhux obbligatorju. Għal dan l-iskop, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti biex jadottaw standards armonizzati li jsegwu l-linji ta' gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmati fit-13 ta' Novembru 1984.

(14) Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (standard Ewropew jew dokument ta' armonizzazzjoni) adottat minn wieħed jew l-ieħor ta' dawk il-korpi, jew mit-tnejn, fuq it-talba tal-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tipprovdi proċedura għall-provvista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informatika [6] u skond il-linji ta' gwida ġenerali li għalihom issir referenza hawn fuq. B'relazzjoni ma' l-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat li għalih tirreferi dik id-Direttiva, li għandu, jekk ikun meħtieġ, jikkonsulta lill-esperti tekniċi.

(15) Huma biss dawk il-komponenti jew is-sottosistemi ta' sigurtà ta' installazzjoni li jikkonformaw ma' l-istandard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat li r-referenza għalih tkun ġiet ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew, li għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva, minkejja l-ħtieġa għal xi ġustifikazzjoni speċjali.

(16) Fin-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom sa fejn hu possibbli jkunu ddefiniti b'referenza għal standards oħrajn użati fil-Komunità. Il-kuntratturi prinċipali jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali meħtieġa biex jissupplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti armonizzati fuq livell Komunitarju li magħhom l-installazzjonijiet tal-funikular għandhom jikkonformaw ikunu sodisfatti.

(17) Barraminnhekk, huwa fl-interess ta' l-Istati Membri li jkollhom sistema internazzjonali ta' standardizzazzjoni li tkun tista' tipproduċi standards li huma attwalment użati minn sħab fil-kummerċ internazzjonali u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-politika tal-Komunità.

(18) Preżentament, f'ċerti Stati Membri fid-dokumentazzjoni ġenerali jew fl-ispeċifikazzjonijiet partikolari ta' kull kuntratt, il-kuntratturi prinċipali jistgħu jindikaw il-proċeduri ta' kontroll u ta' spezzjoni. Dawn il-proċeduri għandhom fil-futur, notevolement fil-każ ta' komponenti ta' sigurtà, jaqgħu fil-qafas tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar metodu globali għall-evalwazzjoni ta' konformità [7]. Il-kunċett ta' komponent ta' sigurtà japplika mhux biss għal oġġetti fiżiċi iżda wkoll għal oġġetti intanġibbli bħal software. Il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-komponenti ta' sigurtà għandhom ikunu bbażati fuq l-użu tal-moduli li għalihom tipprovdi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE [8]. Fil-każ ta' komponenti kritiċi ta' sigurtà, il-prinċipji u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità ta' disinn għandhom jiġu ddefiniti; dak il-metodu huwa meħtieġ biex jippromwovi l-adozzjoni ġenerali tas-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità fl-intrapriżi.

(19) Meta jsiru analiżi metodiċi tas-sigurtà ta' l-installazzjonijiet tal-funikular, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-komponenti li fuqhom tiddependi s-sigurtà ta' l-installazzjoni tal-funikular.

(20) Fid-dokumenti kuntrattwali tagħhom, il-kuntratturi prinċipali jniżżlu, b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej il-karatteristiċi li l-manifatturi għandhom iħarsu taħt obbligi kuntrattwali, partikolarment għall-komponenti ta' sigurtà. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-konformità tal-komponenti hija prinċipalment marbuta mal-qasam ta' l-użu tagħhom u mhux unikament mall-moviment liberu fis-suq tal-Komunità.

(21) Il-komponenti ta' sigurtà għandhom juru l-marka CE li għandha titwaħħal mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Il-marka CE tfisser li l-komponent ta' sigurtà jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u ma' dawk tad-Direttivi tal-Komunità l-oħra applikabbli dwar l-immarkar CE.

(22) M'huwiex meħtieġ li l-marka CE titwaħħal ma' sottosistemi soġġetti għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva iżda, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni ta' konformità wara l-proċeduri stabbiliti għal dan l-iskop f'din id-Direttiva, id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tkun biżżejjed. Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni li taqa' fuq manifatturi li jwaħħlu l-immarkar CE ma' ċerti sottosistemi biex jiċċertifikaw li jikkonformaw ma' disposizzjonijiet oħra tal-Komunità applikabbli għalihom.

(23) Ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għas-sigurtà, is-saħħa u l-aspetti l-oħra koperti mir-rekwiżiti essenzjali fuq it-territorju tagħhom għandhom ikunu rikonoxxuti fi klawżola ta' salvagward li tipprovdi għall-proċeduri addattati tal-Komunità.

(24) Hija meħtieġa proċedura għall-ispezzjoni tas-sottosistemi ta' l-installazzjonijiet qabel jitqiegħdu fis-servizz. Din l-ispezzjoni għandha tippermetti lill-awtoritajiet li jissodisfaw lilhom infushom li f'kull stadju tad-disinn, manifattura u dħul fis-servizz, ir-riżultat miksub ikun jikkoforma mad-disposizzjonijiet applikabbli ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti li l-manifatturi jkunu jistgħu jiddependu fuq trattament ugwali, irrispettivament mill-Istat Membru in kwistjoni. Il-prinċipji u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-Verifika KE ta' sottosistemi ta' l-installazzjonijiet għandhom għalhekk ikunu ddefiniti.

(25) Il-limiti marbuta ma' l-installazzjonijiet ta' funikular għandhom għalhekk jiġu meqjusa fl-analiżi ta' sigurtà, għalkemm mhux b'dak il-mod li jipperikolaw il-prinċipju ta' moviment ħieles ta' oġġetti jew is-sigurtà ta' l-installazzjonijiet ta' funikular. B'konsegwenza, minkejja li din id-Direttiva ma tkoprix it-tħaddim attwali ta' l-installazzjonijiet ta' funikular, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Istati Membri numru ta' rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li dawk l-installazzjonijiet li jinsabu fuq it-territorju tagħhom jitħaddmu b'mod li joffru lill-utenti, lill-impjegati li jħaddmuhom u lill-partijiet terzi grad għoli ta' protezzjoni.

(26) Fil-każ ta' installazzjonijiet tal-funikular, jistgħu jsiru testijiet fuq skala kbira fuq innovazzjonijiet teknoloġiċi biss fuq il-kostruzzjoni ta' installazzjoni ġdida. F'dawn iċ-ċirkostanzi, għandha tiġi stabbilita proċedura li, waqt li jiġi żgurat li r-rekwiżiti essenzjali jiġu mħarsa, tkun tippermetti wkoll li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċjali.

(27) L-installazzjonijiet ta' funikular li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni iżda li b'konessjoni magħhom ix-xogħol tal-bini jkun għadu ma bediex jew li jkunu diġà taħt kostruzzjoni għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonjiet ta' din id-Direttiva, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċiedux xort'oħra, waqt li jagħtu r-raġunijiet tagħhom, u b'hekk jinkiseb ugwalment livell għoli ta' protezzjoni. Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu mħarsa meta l-installazzjonijiet eżistenti ta' funikular jiġu mmodifikati jekk il-leġislazzjoni nazzjonali teħtieġ li dawk il-modifikazzjonijiet ikunu awtorizzati.

(28) M'huwiex neċessarju li jkun meħtieġ li l-installazzjonijiet eżistenti ta' funikular jinġiebu f'konformità mad-disposizzjonijiet applikabbli għall-installazzjonijiet il-ġodda. Madanakollu, din tista' tkun meħtieġa jekk l-oġġettivi essenzjali ta' sigurtà ma jiġux imħarsa. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Istati Membri numru ta' rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-installazzjonijiet eżistenti ta' funikular fuq it-territorju tagħhom joffru lil l-utenti grad għoli ta' protezzjoni fid-dawl tad-disposizzjonijiet applikabbli f'dan il-kamp għall-installazzjonijiet ġodda.

(29) Partikolarment fin-nuqqas ta' speċifikazzjoni Ewropea, il-korpi nnotifikati responsabbli għall-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità kemm tal-komponenti ta' sigurtà u tas-sottosistemi ta' l-installazzjonijiet ta' funikular għandhom jikkoordinaw id-deċiżjonijiet tagħhom fil-qrib kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jagħmlu dan.

(30) L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà ta' l-installazzjoni, u l-koordinazzjoni tal-proċeduri kollha jitolbu li jiġi stabbilit Kumitat.

(31) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni.

2. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva "L-installazzjonijiet tal-funikular maħsuba biex iġorru l-persuni" għandha tfisser l-installazzjonijiet magħmula minn diversi komponenti, iddisinjati, immanifatturati, immuntati u mqiegħda fis-servizz bl-iskop tal-ġarr ta' persuni.

Dawn l-installazzjonijiet fuq il-post huma użati għat-trasport ta' persuni f'vetturi jew mekkaniżmi ta' ġbid, li bihom is-sospensjoni u/jew it-trazzjoni hija pprovduta b'cables imqiegħda matul il-linja ta' l-ivjaġġar.

3. L-installazzjonijiet in kwestjoni huma:

(a) rotot ta' funikular u l-installazzjonijiet l-oħra b'vetturi mmuntati fuq roti jew fuq mekkaniżmi oħra ta' sospensjoni fejn it-trazzjoni hija pprovduta permezz ta' cable wieħed jew aktar;

(b) il-funikulari fejn il-kabini huma merfugħa u/jew imċaqalqa b'cable wieħed jew aktar ta' ġarr; din il-kateġorija tinkludi wkoll gondli u chair lifts;

(ċ) drag lifts, fejn dawk li jużawhom b'tagħmir adegwat huma mkaxkra permezz ta' cable.

4. Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

- L-installazzjonijiet mibnija jew imqiegħda fis-servizz, sa mid-dħul fis-seħħ tagħha,

- sottosistemi u komponenti ta' sigurtà mqiegħda fis-suq, sa mid-dħul fis-seħħ tagħha.

Tirrigwarda dawk id-disposizzjonijiet ta' armonizzazzjoni hekk kif huma meħtieġa u biżżejjed biex tiġi żgurata u ggarantita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(1).

Fil-każ li xi karatteristiċi, sottosistemi jew komponenti ta' sigurtà importanti ta' l-installazzjonijiet eżistenti jgħaddu minn modifikazzjonijiet li dwarhom awtorizzazzjoni ġdida għad-dħul fis-servizz hija meħtieġa mill-Istat Membru in kwistjoni, dawk il-modifikazzjonijiet u r-riperkussjonijiet tagħhom fuq l-installazzjoni kollha kemm hi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(1).

5. Għall-iskopijiet ta' din il-Direttiva:

"installazzjoni" għandha tfisser is-sistema kollha fuq is-sit, li tkun tikkonsisti fl-infrastruttura u s-sottosistemi elenkati fl-Anness I fejn infrastruttura speċjalment iddisinjata għal kull installazzjoni u kostruwita fuq is-sit għandha tfisser il-preżentazzjoni, is-sistema ta' tagħrif, l-istrutturi ta' l-installazzjoni u l-istrutturi matul il-linja, li huma meħtieġa għall-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' l-installazzjoni, inklużi l-pedamenti,

"komponent ta sigurtà" għandu jfisser kull komponent bażiku, sett ta' komponenti, sottomuntatura jew immuntar komplet tat-tagħmir u kull mekkaniżmu inkorporat fl-installazzjoni bl-iskop li tiġi żgurata l-funzjoni tas-sigurtà u identifikata mill-analiżi ta' sigurtà, li n-nuqqas tagħha jipperikola s-sigurtà jew is-saħħa ta' persuni, sew jekk ikunu l-utenti, il-ħaddiema li joperawha jew partijiet terzi,

"kutrattur prinċipali" għandha tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tikkummissjona l-kostruzzjoni ta' installazzjoni,

"operabilità" għandha tfisser id-disposizzjonijiet tekniċi kollha u l-miżuri li għandhom impatt fuq id-disinn u r-realizzazzjoni u li huma meħtieġa biex l-installazzjoni titħaddem b'mod salv,

"kapaċità ta' manutenzjoni" għandha tfisser id-disposizzjonijiet tekniċi kollha u l-miżuri li għandhom impatt fuq id-disinn u r-realizzazzjoni u li huma meħtieġa għall-manutenzjoni maħsuba biex tiżgura li l-installazzjoni titħaddem b'mod salv,

6. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

- lifts skond it-tifsira tad-Direttiva 95/16/KE [10],

- cable-operated tramways ta' kostruzzjoni tradizzjonali,

- L-installazzjonijiet użati għall skopijiet agrikoli,

- apparat fuq is-sit jew mobbli għall-użu f'fieri u/jew msieraħ ta' divertiment li huma maħsuba għall-iskop ta' divertiment u mhux bħala mezz għat-trasport ta' persuni,

- L-installazzjonijiet tal-minjieri jew l-installazzjonijiet fuq is-sit użati għal skopijiet industrijali,

- laneċ mħaddma bil-cable,

- rack railways,

- L-installazzjonijiet misjuqa b'katina.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal Direttivi oħra tal-Komunità, għalkemm il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali mniżżla f'din id-Direttiva jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet speċjali Ewropej stabbiliti għal dak l-iskop.

2. "Speċifikazzjoni Ewropea" għandha tfisser speċifikazzjoni teknika komuni, approvazzjoni teknika Ewropea jew standard nazzjonali li jissupplimenta dak l-istandard Ewropew.

3. Ir-referenzi għal speċifikazzjonijiet Ewropej, li jistgħu jkunu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej skond it-tifsira tad-Direttiva 93/38/KEE jew standards nazzjonali użati biex jissupplimentaw standards armonizzati Ewropej, għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4. L-Istati Membri għandhom jippublikaw ir-referenzi ta' standards nazzjonali użati biex jissupplimentaw standards armonizzati Ewropej.

5. Fin-nuqqas ta' standards armonizzati Ewropej, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex javżaw lill-partijiet ikkonċernati b'dawk l-istandards nazzjonali eżistenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekiniċi li huma meqjusa bħala importanti jew ta' użu biex tiġi żgurata t-transpożizzjoni kif suppost tar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1).

6. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma wkoll meħtieġa biex jissupplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra m'għandhomx jipperikolaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1).

7. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li speċifikazzjoni Ewropea kif speċifikata fil-paragrafu 2 ma tkunx tissodisfa għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jġib il-każ quddiem il-kumitat li għalih jirreferi l-Artikolu 17 waqt li jagħti raġuni għal dan. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-kumitat u wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat stabbilit skond id-Direttiva 98/34/KE fil-każ ta' standards armonizzati Ewropej, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ jew le li tirtira l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej in kwistjoni mit-tagħrif ippubblikat li għalih jirreferi l-paragrafu 3.

L-Artikolu 3

1. L-installazzjonijiet u l-infrastruttura tagħhom, is-sottosistemi u l-komponenti ta' sigurtà ta' installazzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li huma mniżżla fl-Anness II u li huma applikabbli għalihom.

2. Meta standard nazzjonali jissupplimenta standard armonizzat Ewropew li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tkun tkopri r-rekwiżiti essenzjali ta' sigurtà mniżżla fl-Anness II, l-installazzjonijiet u l-infrastruttura tagħhom, is-sottosistemi u l-komponenti ta' sigurtà ta' xi installazzjoni mibnija skond l-istandard għandu jiġi meqjus li jkun jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali relevanti.

L-Artikolu 4

1. Fuq it-talba tal-kuntrattur priċipali jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, l-installazzjonijiet kollha ppjanati għandhom ikunu suġġetti għall-analiżi ta' sigurtà kif iddefinit fl-Anness III li jkopri l-aspetti kollha ta' sigurtà tas-sistema u d-dintorni tagħha fil-kuntest tad-disinn, ir-realizzazzjoni u t-tqegħid fis-servizz u jagħmilha possibbli li jiġu identifikati mill-esperjenza tal-passat perikli li jistgħu jseħħu waqt it-tħaddim.

2. L-analiżi tas-sigurtà għandu jkun is-suġġett ta' rapport ta' sigurtà li jirrakkomanda l-miżuri maħsuba li jittrattaw ma' kull riskju bħal dak u li jkun jinkludi lista tal-komponenti ta' sigurtà u s-sottosistemi li għandhom ikunu koperti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II jew III, skond x'ikun il-każ.

KAPITOLU II

IL-KOMPONENTI TA' SIGURTÀ

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-komponenti ta' sigurtà:

- jitpoġġew fuq is-suq biss jekk ikunu jippermettu l-kostruzzjoni ta' installazzjonijiet li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1),

- jitpoġġew fuq is-suq biss jekk ikunu jippermettu l-kostruzzjoni ta' l-installazzjonijiet li ma jkunux x'aktarx jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà ta' persuni jew, fejn japplika, is-sigurtà tal-proprjetà meta jkunu installati sew u miżmuma u użati għall-iskop maħsub tagħhom.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jistabbilixxu, b'konformità mat-Trattat, dawk ir-rekwiżiti li jidhrilhom li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni u b'mod partikolari l-ħaddiema jkunu protetti meta jużaw l-installazzjonijiet in kwistjoni, kemm-il darba dan ma jfissirx li l-installazzjonijiet huma modifikati b'mod li m'huwiex speċifikat f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri ma jistgħux, fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tpoġġija fuq is-swieq nazzjonali tagħhom ta' komponenti ta' sigurtà maħsuba biex jiġu użati f'installazzjoni meta dawk il-komponenti jkunu jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom iqisu l-komponenti ta' sigurtà li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(2) li juru l-marka CE ta' konformità murija fl-Anness IX u li huma akkumpanjati bid-dikjarazzjoni CE ta' konformità pprovduta fl-Anness IV bħala li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet relevanti kollha ta' din id-Direttiva.

2. Qabel ma komponent ta' sigurtà jitpoġġa fuq is-suq, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu:

(a) jissottometti l-komponent ta' sigurtà għal proċedura ta' evalwazzjoni ta' konformità skond l-Anness V, u

(b) iwaħħal il-marka ta' konformità CE fuq il-komponent ta' sigurtà u, fuq il-bażi tal-moduli mniżżla fid-Deċiżjoni 93/465/KEE, iħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE skond l-Anness IV.

3. Il-proċedura għall-evalwazzjoni ta' konformità ta' komponent ta' sigurtà għandha titwettaq fuq it-talba tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità mill-korp innotifikat li għalih jirreferi l-Artikolu 16 u maħtur minnu għal dan l-iskop.

4. Meta l-komponenti ta' sigurtà jkunu suġġetti għal Direttivi oħra li jirrigwardaw aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta' l-immarkar ta' konformità CE, l-immarkar għandu jindika li l-komponent ta' sigurtà huwa wkoll meqjus li jkun jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi l-oħra.

5. Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità ma jkun ikkonforma ma' l-obbligi tal-paragrafi 1 sa 4, dawk l-obbligi għandhom jaqgħu fuq min ikun poġġa l-komponent ta' sigurtà fuq is-suq tal-Komunità. L-istess obbligi għandhom japplikaw għal min ikun jimmanifattura l-komponenti ta' sigurtà għall-użu tiegħu stess.

KAPITOLU III

IS-SOTTOSISTEMI

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li s-sottosistemi skond it-tifsira ta' l-Anness I jitpoġġew biss fuq is-suq jekk ikunu jippermettu l-kostruzzjoni ta' l-installazzjonijiet li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1).

L-Artikolu 9

L-Istati Membri ma jistgħux, fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-swieq nazzjonali tagħhom għall-użu f'installazzjoni, ta' sottosistemi li jkunu jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom iqisu li sottosistemi li jaqgħu taħt it-tifsira ta' l-Anness I u li huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE ibbażata fuq il-mudell li għalih jipprovdi l-Anness VI u bid-dokumentazzjoni teknika li għaliha jipprovdi l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali relevanti li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1).

2. Il-proċedura għall-eżaminazzjoni tas-sottosistemi għandha titwettaq fuq it-talba tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew, fin-nuqqas tagħhom, kull persuna fiżika jew ġuridika li tpoġġi s-sottosistema in kwistjoni fuq is-suq, mill-korp innotifikat li għalih jirreferi l-Artikolu 16 li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew il-persuna msemmija hawn fuq tkun ħatret għal dak l-iskop. Id-dikjarazzjoni ta' konformità KE għandha titħejja mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew minn persuna msemmija hawn fuq il-bażi ta' l-eżami KE skond l-Anness VII.

3. Il-korp innotifikat għandu jħejji ċ-ċertifikat ta' eżami KE skond l-Anness VII u d-dokumentazzjoni teknika li takkumpanjah. Id-dokument tekniku għandu jinkludi d-dokumenti meħtieġa kollha li jirrigwardaw il-karatteristiċi tas-sottosistema u, fejn xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-komponenti ta' sigurtà. Għandu jkun fih ukoll id-dettalji kollha relevanti tal-kondizzjonijiet ta', u r-restrizzjonijiet dwar, l-użu u l-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni.

KAPITOLU IV

L-INSTALLAZZJONIJIET

L-Artikolu 11

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-kostruzzjoni u t-tqegħid fis-servizz ta' l-installazzjonijiet li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu.

2. L-Istati membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha approprjati u jistabbilixxu l-proċeduri biex jiżguraw li l-komponenti ta' sigurtà u s-sottosistemi li għalihom issir referenza fl-Anness I inkorporati fl-installazzjonijiet mibnija fit-territorju tagħhom ikunu installati u mqiegħda fis-servizz biss jekk ikunu jippermettu l-kostruzzjoni ta' l-installazzjonijiet li ma jkunux x'aktarx ta' perikolu għas-sigurtà u s-saħħa ta' persuni u, fejn applikabbli, is-sigurtà tal-proprjetà, meta installati kif imiss u miżmuma u użati skond l-iskop maħsub tagħhom.

3. Meta Stat Membru jqis li komponent ta' sigurtà jew sottosistema li għalih jirreferi l-Anness I li jkun ġie ddisinjat jew mibni bl-użu ta' metodu innovattiv, għandu jieħu l-passi kollha approprjati u jista' jagħmel il-kostruzzjoni u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' installazzjoni li fiha dawk il-komponenti jew sottosistemi innovattivi għandhom jintużaw soġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali. Għandu minnufih javża b'dan lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet. Il-Kummissjoni għandha minnufih tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat li għalih jipprovdi l-Artikolu 17.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha approprjati biex jiżguraw li l-installazzjonijiet huma mibnija u mqiegħda fis-servizz biss jekk ikunu ġew iddisinjati u mibnija b'dak il-mod li jkun jiggarantixxi konformità mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1).

5. Fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu il-moviment liberu ta' komponenti ta' sigurtà u sottosistemi li għalihom issir referenza fl-Anness I li huma akkumpanjati b'dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE skond it-tifsira ta' l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 10.

6. L-analiżi ta' sigurtà, id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika li jkun hemm magħhom li għandha x'taqsam mal-komponenti ta' sigurtà u s-sottosistemi li għalihom issir referenza fl-Anness I għandhom jintbagħtu mill-kuntrattur prinċipali jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lill-awtorità responsabbli għall-installazzjoni, u kopja tagħhom għandha tinżamm fl-installazzjoni.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi ta' sigurtà, ir-rapport ta' sigurtà u d-dokumentazzjoni teknika jiġu pprovduti u jkunu jinkludu d-dokumentazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi ta' l-installazzjoni u, fejn xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-komponenti ta' sigurtà u s-sottosistemi li għalihom issir referenza fl-Anness I. Barraminnhekk, għandhom jeżistu dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet meħtieġa, inklużi r-restrizzjonijiet dwar it-tħaddim, u d-dettalji kollha tas-superviżjoni tal-manutenzjoni, l-aġġustament u l-manutenzjoni.

L-Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet leġislattivi oħra, l-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kostruzzjoni u t-tqegħid fis-servizz fit-territorji tagħhom ta' l-installazzjonijiet li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

L-Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li installazzjoni tibqa' titħaddem biss jekk tkun tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rapport ta' sigurtà.

KAPITOLU V

IS-SALVAGWARDJI

L-Artikolu 14

1. Meta Stat Membru jivverifika li komponent ta' sigurtà li jkun juri l-immarkar ta' konformità CE jitpoġġa fuq is-suq u jintuża skond l-iskop maħsub tiegħu jew sottosistema b'dikjarazzjoni ta' konformità KE kif issir referenza fl-Artikolu 10(1), użata skond l-iskop maħsub tagħha, x'aktarx li jkunu jipperikolaw is-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, jew, fejn japplika, is-sigurtà tal-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jirrestrinġi l-kondizzjonijiet ta' l-użu tal-komponent jew is-sottosistema jew jipprojbixxi l-użu tagħhom.

L-Istat Membru involut għandu minnufih javża lill-Kummissjoni b'kull miżura ta' din ix-xorta, waqt li jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jekk in-nuqqas ta' konformità hijiex dovuta, b'mod partikolari, għal:

(a) nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(1),

(b) l-applikazzjoni skorretta ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) sakemm l-applikazzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tiġi invokata,

(ċ) nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati ma' l-ewwel opportunità li jkollha. Meta, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ssib li:

- il-miżuri huma ġġustifikati, għandha minnufih tavża lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra; meta d-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, tagħti bidu għall-proċedura li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 2(7) jekk l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni jkollu l-ħsieb li jżommha,

- il-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' komponent ta' sigurtà ma jkunux iġġustifikati, għandha minnufih tavża lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità dwar dan kif ukoll lill-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri,

- il-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' sottosistema ma jkunux iġġustifikati, għandha minnufih tavża lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità dwar dan jew, fin-nuqqas tagħhom, lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun poġġiet is-sottosistema in kwistjoni fuq is-suq, u lill-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri.

3. Meta komponent ta' sigurtà li jkun juri l-marka ta' konformità CE jinstab li ma jkunx jikkonforma, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni approprjati kontra min ikun waħħal dik il-marka u ħejja dikjarazzjoni ta' konformità KE u għandu javża b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4. Meta sottosistema b'dikjarazzjoni ta' konformità KE tinstab li ma tkunx tikkonforma, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni approprjati kontra min ikun ħejja dikjarazzjoni ta' konformità KE u għandu javża b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ċert li l-Istati Membri jinżammu infurmati dwar l-eżitu tal-proċedura.

L-Artikolu 15

Jekk Stat Membru jsib li installazzjoni approvata li hija użata skond l-iskop maħsub tagħha x'aktarx li tipperikola s-sigurtà u s-saħħa ta' persuni u, fejn japplika, is-sigurtà tal-proprjetà, għandu jieħu l-mezzi kollha approprjati biex jirrestrinġi l-kondizzjonijiet tat-tħaddim ta' l-installazzjoni jew jipprojbixxi t-tħaddim tagħha.

KAPITOLU VI

IL-KORPI NNOTIFIKATI

L-Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tal-korpi responsabbli għat-twettieq tal-proċedura ta' stima ta' konformità li għaliha jirreferi l-Artikolu 7 u l-Artikolu 10, waqt li jispeċifikaw il-firxa ta' kompetenza ta' kull korp. Il-Kummissjoni għandha tassenjalhom numri ta' identifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew il-lista ta' korpi nnotifikati, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni tagħhom u l-firxa tagħhom ta' kompetenza, u għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Anness VIII fl-evalwazzjoni tal-korpi li għandhom jiġu nnotifikati. Il-korpi li jilħqu l-kriterji ta' stima mniżżla fl-istandards armonizzati Ewropej relevanti għandhom jiġu preżunti li jkunu josservaw dawk il-kriterji.

3. Stat Membru li jkun innotfika korp għandu jirtira n-notifikazzjoni tiegħu jekk isib li l-korp ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji mniżżla fl-Anness VIII. Għandu minnufih javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar dan.

4. Jekk tinqala' l-ħtieġa, il-koordinazzjoni bejn il-korpi nnotifikati għandha tiġi implimentata skond l-Artikolu 17.

KAPITOLU VII

KUMITAT

L-Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA għandhom japplikaw, waqt li jiġi meqjus l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-kumitat għandu jħejji r-regoli tiegħu ta' proċedura tiegħu.

KAPITOLU VII

IMMARKAR TA' KONFORMITÀ CE

L-Artikolu 18

1. L-immarkar ta' konformità CE għandu jkun jikkonsisti fl-ittri "CE". L-Anness IX jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża.

2. L-immarkar ta' konformità CE għandu jitwaħħal ma' kull komponent ta' sigurtà b'mod distintiv u b'mod viżibbli jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq tikketta mwaħħla b'mod li ma tinqalax minn mal-komponent.

3. It-twaħħil fuq komponenti ta' sigurtà ta' marki li x'aktarx jistgħu jqarrqu lill-partijiet terzi f'dak li għandu x'jaqsam mat-tifsira u l-forma tal-marka CE ta' konformità għandu jkun ipprojbit. Kull immarkar ieħor jista' jitwaħħal fuq komponent ta' sigurtà, sakemm il-viżibilità u l-leġibbiltà ta' l-immarkar ta' konformità CE ma jitnaqqasx b'dan.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14:

(a) meta Stat Membru jistabblixxi li l-immarkar ta' konformità CE jkun twaħħal ħażin, il-manifattur tal-komponent ta' sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat ta' dan ta' l-aħħar stabbilit fil-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-disposizzjonijiet li jirrigwardaw l-immarkar ta' konformità CE u jtemm in-nuqqas taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) jekk in-nuqqas ta' konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq tal-komponent ta' sigurtà in kwistjoni, jew li jiżgura li jitneħħa minn fuq is-suq skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14.

KAPITOLU IX

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 19

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi l-użu ta' komponenti ta' sigurtà jew ta' sottosistema f'installazzjoni jew it-tpoġġija fuq is-suq tagħhom għandha tistqarr ir-raġuni li fuqha hija bbażata. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata ma' l-ewwel opportunità lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess żmien tkun avżata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati u bil-limiti ta' żmien li għalihom dawk ir-rimedji huma suġġetti.

L-Artikolu 20

L-installazzjonijiet li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u li l-kostruzzjoni tagħhom tkun għadha ma nbdietx għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux xort'oħra, waqt li jagħtu r-raġunijiet tagħhom, u jkun intlaħaq livell għoli ta' protezzjoni ugwali.

L-Artikolu 21

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta' Mejju 2002. Għandhom jinfurmaw bihom minnufih lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri għandhom, għall-perijodu ta' erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jippermettu:

- il-kostruzzjoni u tqegħid fis-servizz ta' l-installazzjonijiet,

- it-tqegħid fis-suq ta' sottosistemi u komponenti ta' sigurtà

li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet fis-seħħ fit-territorji tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari l-Artikolu 1(6) u 17 tagħha, sa mhux aktar tard mit-3 ta' Mejju 2004 u, fejn meħtieġ, jibagħtu kull proposta għall-emendi approprjati.

L-Artikolu 22

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 23

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Marju 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU Ċ 70 E, tat- 8.3.1994, p. 8 u ĠU Ċ 22 E, 26.1.1996, p. 12.

[2] ĠU Ċ 388, tal- 31.12.1994, p. 26.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 1995 (ĠU Ċ 109, 1.5.1995, p. 122), konfermata fis-27 ta' Ottubru 1999 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 (ĠU Ċ 243, 27.8.1999, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 1999 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċizjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999

[4] Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5).

[5] ĠU L 199, 9.8.1993, p. 84. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/4/KE (ĠU L 101, 1.4.1998, p. 1).

[6] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18).

[7] ĠU Ċ 10, 16.1.1990, p. 1.

[8] Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta' stima ta' konformità u r-regoli tat-twaħħil u l-użu ta' l-immarkar CE ta' konformità, li huma maħsuba biex jintużaw fl-armonizzazzjoni teknika tad-Direttivi (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23).

[9] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[10] Id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' lifts (ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS I

IS-SOTTOSISTEMI TA' INSTALLAZZJONI

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, fl-infrastruttura u s-sottosistemi elenkati hawn taħt, wara li jiġu meqjusa l-fatturi ta' sfruttament u ta' manutenzjoni f'kull każ:

1. Cables u konnessjonijiet tal-cables

2. Drives u brejkijiet

3. Tagħmir mekkaniku

3.1. Tagħmir li jkebbeb il-cable

3.2. Makkinarju ta' l-istazzjon

3.3. Inġinerija tal-linja

4. Vetturi

4.1. Kabini, siġġijiet u tagħmir tat-tkaxkir

4.2. Tagħmir ta' sospensjoni

4.3. Tagħmir tas-sewqan

4.4. Konnessjonijiet mal-cable

5. Mekkaniżmi elettrotekniċi

5.1. Apparat ta' sorvelljanza, kontroll u sigurtà

5.2. Tagħmir ta' komunikazzjoni u apparat

5.3. Apparat ta' protezzjoni kontra s-sajjetti

6. Apparat ta' salvataġġ

6.1. Apparat fiss ta' salvataġġ

6.2. Apparat mobbli ta' salvataġġ

--------------------------------------------------

ANNESS II

REKWIŻITI ESSENZJALI

1. L-iskop

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali, inklużi dawk ta' manutenzjoni u tħaddim, applikabbli għad-disinn, kostruzzjoni u dħul fis-servizz ta' l-installazzjonijiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(5) ta' din id-Direttiva.

2. Rekwiżiti ġenerali

2.1. Sigurtà ta' persuni

Is-sigurtà ta' l-utenti, tal-ħaddiema u ta' partijiet terzi hija rekwiżit fundamentali għad-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' l-installazzjonijiet.

2.2. Prinċipji ta' sigurtà

L-installazzjonijiet kollha għandhom ikunu ddisinjati, imħaddma u mantnuti skond il-prinċipji li ġejjin, li għandhom jiġu applikati skond l-ordni mogħti:

- jeliminaw jew, fejn ma jkunx possibbli, jnaqqsu r-riskji permezz ta' karatteristiċi ta' disinn u ta' kostruzzjoni,

- jiddefinixxu u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa kollha biex jipproteġu kontra riskji li ma jistgħux jiġu eliminati bil-karatteristiċi ta' disinn jew ta' kostruzzjoni,

- jiddefinixxu u jiddikjaraw il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu evitati r-riskji li ma setgħux jiġu eliminati kompletament permezz tad-disposizzjonijiet u l-miżuri li għalihom issir referenza fl-ewwel u tieni inċiżi.

2.3. Il-Konsiderazzjoni ta' fatturi esterni

L-installazzjonijiet għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jagħmluha possibbli li jitħaddmu b'mod salv, waqt li jiġi meqjus it-tip ta' installazzjoni, in-natura u l-karatteristiċi fiżiċi ta' l-art li fuqha jkunu nstallati, id-dintorni u l-fatturi atmosferiċi u meteoroloġiċi, kif ukoll strutturi possibbli u ostakoli li jinsabu fil-viċin kemm fl-art kif ukoll fl-ajru.

2.4. Id-Daqsijiet

L-installazzjoni, is-sottosistemi u l-komponenti ta' sigurtà kollha tagħha għandhom ikunu dimenzjonati, iddisinjati u mibnija biex jifilħu, bi grad suffiċjenti ta' sigurtà, l-istrapazzi li jiltaqgħu magħhom taħt il-kondizzjonijiet kollha prevedibbli, inklużi dawk li jseħħu meta ma jkunux qegħdin jiġu mħaddma, u waqt li jiġu meqjusa b'mod partikolari l-effetti esterni, l-effetti dinamiċi u l-fenomini ta' għejja, waqt li jikkonformaw mar-regoli rikonoxxuti tas-sengħa, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-għażla tal-materjali.

2.5. L-immuntar

2.5.1. L-installazzjoni, is-sottosistemi u l-komponenti kollha ta' sigurtà għandhom ikunu disinjati u mibnija b'tali mod li jiżguraw li jistgħu jiġu mmuntati u mqiegħda f'posthom b'mod salv.

2.5.2. Il-komponenti ta' sigurtà għandhom ikunu hekk iddisinjati li jagħmluha impossibbli li jsiru żbalji fl-immuntar, kemm bħala riżultat tal-kostruzzjoni kif ukoll permezz ta' immarkar approprjat fuq il-mezzi nfushom.

2.6. L-integrità ta' l-installazzjoni

2.6.1. Il-komponenti ta' sigurtà għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija u li jkunu jistgħu jintużaw b'dak il-mod li jiżgura li, f'kull każ, l-integrità proprja tagħhom ta' tħaddim u/jew is-sigurtà ta' l-installazzjoni tiġi żgurata, kif iddefinit fl-analiżi ta' sigurtà fl-Anness III, sabiex ħsarat fihom ikunu improbabbli ħafna u b'marġini adegwat ta' sigurtà.

2.6.2. L-installazzjoni għandha tkun iddisinjata u mibnija b'tali mod li tiżgura li, matul it-tħaddim, kull ħsara f'komponent li jista' jeffettwa s-sigurtà, wkoll jekk indirettament, jiġi bbilanċjat b'miżuri approprjati fi żmien biżżejjed.

2.6.3. Is-salvagwardi li għalihom issir referenza fil-punti 2.6.1 u 2.6.2 għandhom japplikaw matul il-perjodu bejn żewġ spezzjonijiet skedati tal-komponent ikkonċernat. Il-perijodu ta' żmien għal spezzjoni skedata ta' komponenti ta' sigurtà għandu jkun indikat b'mod ċar fil-ktejjeb ta' l-istruzzjonijiet.

2.6.4. Il-komponenti ta' sigurtà li huma inkorporati fl-installazzjonijiet bħala spare parts għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva u l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interazzjoni lixxa mal-partijiet l-oħra ta' l-installazzjonijiet.

2.6.5. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-effetti ta' nar fl-installazzjoni ma jipperikolax is-sigurtà tal-persuni li jkunu qegħdin jinġarru u tal-ħaddiema.

2.6.6. Għandhom jittieħdu miżuri speċjali biex jipproteġu l-installazzjonijiet u l-persuni mill-effetti tas-sajjetti.

2.7. Mekkaniżmi ta' sigurtà

2.7.1. Kull difett f'installazzjoni li jista' jirriżulta fi ħsara li tipperikola s-sigurtà għandu, fejn prattiku, jiġi mikxuf, irrapportat u pproċessat permezz ta' mekkaniżmu ta' sigurtà. L-istess għandu japplika għal kull ġrajja normali esterna prevedibbli li tista' tipperikola s-sigurtà.

2.7.2. Għandu jkun possibbli f'kull żmien li l-installazzjoni tingħalaq bl-idejn.

2.7.3. Wara li l-installazzjoni tkun ingħalqet permezz ta' mekkaniżmu ta' sigurtà, m'għandux ikun possibbli li terġa' titħaddem sakemm ma tkunx ittieħdet azzjoni approprjati.

2.8. Manutenzjoni

L-installazzjoni għandha tkun iddisinjata u mibnija biex tkun tippermetti manutenzjoni ta' rutina u speċjali u operazzjonijiet ta' tiswija u proċeduri li għandhom jitwettqu b'mod salv.

2.9. Fastidju

L-installazzjoni għandha tkun iddisinjata u mibnija b'tali mod li tiżgura li kull fastidju intern jew estern li jirriżulta minn gassijiet li jagħmlu l-ħsara, emissjonijiet ta' ħsejjes jew vibrazzjoni jaqgħu taħt il-limiti preskritti.

3. Rekwiżiti ta' l-infrastruttura

3.1. Preżentazzjoni, veloċità, distanza bejn il-vetturi

3.1.1. L-installazzjoni għandha tkun iddisinjata b'tali mod li taħdem b'mod salv waqt li jiġu meqjusa l-karatteristiċi ta' l-art u d-dintorni tagħha, il-kondizzjonijiet atmosferiċi u meteoroloġiċi, kull strutturi possibbli u ostakoli li jinsabu fil-viċinanza jew fl-art jew fl-ajru b'tali mod li ma jikkawżaw ebda fastidju u li ma jkunu ta' ebda perikolu taħt xi kondizzjonijiet ta' tħaddim jew ta' servizz jew fil-każ ta' xi operazzjonijiet biex jiġu salvati xi persuni.

3.1.2. Għandha tinżamm biżżejed distanza lateralment u vertikalment bejn il-vetturi, it-tagħmir ta' rmonk, il-linji, il-cables, eċċ., u strutturi u ostakoli possibbli li jinsabu fil-viċinanza jew fl-art jew fl-ajru, waqt li jingħata kont taċ-ċaqliq vertikali, lonġitudinali u laterali tal-cables u vetturi jew ta' mekkaniżmi ta' rmonk taħt l-agħar kondizzjonijiet prevedibbli ta' tħaddim.

3.1.3. Id-distanza massima bejn il-vetturi u l-art għandha tqis in-natura ta' l-installazzjoni, it-tip ta' vetturi u l-proċeduri ta' salvataġġ. Fil-każ ta' vetturi miftuħa għandu wkoll jingħata kont tar-riskju ta' xi waqa' kif ukoll ta' l-aspetti psikoloġiċi assoċjati mad-distanza bejn il-vetturi u l-art.

3.1.4. Il-veloċità massima tal-vetturi u l-makkaniżmi ta' rmonk, id-distanzi minimi bejniethom u l-aċċelerazzjoni u l-prestazzjoni tal-brejkijiet għandhom jintgħażlu biex jiżguraw is-sigurtà ta' persuni u t-tħaddim salv ta' l-installazzjoni.

3.2. Stazzjonijiet u strutturi matul il-linja

3.2.1. Stazzjonijiet u strutturi matul il-linja għandhom ikunu ddisinjati, installati u mgħammra biex jiżguraw stabilità. Għandhom jippermettu l-gwida salva tal-cables, vetturi u tagħmir ta' rmonk, u jippermettu li l-manutenzjoni titwettaq b'mod salv, taħt il-kondizzjonijiet kollha ta' tħaddim.

3.2.2. Iż-żoni tad-dħul u tal-ħruġ għall-installazzjoni għandhom ikunu ddisinjati biex jiggarantixxu s-sigurtà tat-traffiku tal-vetturi, tagħmir ta' rmonk u persuni. Il-moviment ta' vetturi u tagħmir ta' rmonk fl-instazzjonijiet għandu jkun kapaċi jseħħ mingħajr riskju għall-persuni, waqt li tiġi meqjusa l-kollaborazzjoni attiva possibbli tagħhom mal-moviment tagħhom.

4. Ir-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-kejbils, drives u brejkijiet u ma' l-installazzjonijiet mekkaniċi u elettriċi

4.1. Kejbils u l-appoġġi tagħhom

4.1.1. Il-miżuri kollha għandhom jittieħdu skond l-iżviluppi teknoloġiċi l-aktar riċenti:

- biex jiġi evitat li l-cables u t-twaħħil tagħhom jinqatgħu,

- biex ikopru l-valuri minimi u massimi ta' strapazz,

- biex jiġi żgurat li jkunu mmuntati b'mod salv fuq l-appoġġ tagħhom u jipprevjeni li jinqabżu l-linji,

- biex jippermetti li jiġu sorveljati.

4.1.2. Jekk ma jkunx possibbli li jiġu evitati r-riskji kollha ta' qbiż tal-linji, għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-cables ikunu jistgħu jinġibdu lura u li l-installazzjonijiet ikunu jistgħu jingħalqu mingħajr perikolu għall-persuni fil-każ ta' qbiż tal-linji

4.2. L-installazzjonijiet mekkaniċi

4.2.1. Drives

Is-sistema ta' drive ta' installazzjoni għandha tkun ta' prestazzjoni u kapaċità approprjati, addattati għad-diversi sistemi u metodi ta' tħaddim.

4.2.2. Standby drive

L-installazzjoni għandu jkollha standby drive bi provvista ta' enerġija li tkun indipendenti minn dik tas-sistema prinċipali tad-drive. Standby drive m'hijiex, madanakollu, meħtieġa jekk l-analiżi ta' sigurtà turi li n-nies ikunu jistgħu jħallu l-vetturi u, b'mod partikolari, il-mekkaniżmi ta' rmonk faċilment, malajr u mingħajr perikolu anki jekk standby drive ma tkunx disponibbli.

4.2.3. Brejkijiet

4.2.3.1. F'emerġenza, għandu jkun possibbli li tingħalaq l-installazzjoni u/jew il-vetturi f'kull ħin, taħt l-agħar kondizzjonijiet skond it-tagħbija awtorizzata u l-adeżjoni tat-tarjola matul it-tħaddim. Id-distanza ta' twaqqif għandha tkun qasira daqs kemm tiddetta s-sigurtà ta' l-installazzjoni.

4.2.3.2. Il-valuri ta' deċelerazzjoni għandhom ikunu fil-limiti adekwati ffissati b'dak il-mod li jiżguraw kemm is-sigurtà tal-persuni u l-komportament sodifaċenti tal-vetturi, il-cables u partijiet oħra ta' l-installazzjoni.

4.2.3.3. Fl-installazzjonijiet kollha għandu jkun hemm żewġ sistemi jew aktar ta' brejkijiet, u kull waħda minnhom għandha tkun kapaċi twaqqaf l-installazzjoni, u għandhom ikunu koordinati b'tali mod li awtomatikment jissostitwixxu s-sistema attiva meta l-effiċjenza tagħhom issir inadegwata. L-aħħar sistema ta' brejkijiet tal-cable tal-ġbid għandha taġixxi direttament fuq id-driving pulley, Dawn id-disposizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-drag lifts.

4.2.3.4. L-installazzjoni għandha tkun armata b'mekkaniżmu effettiv ta' clamp u locking biex iħarsu kontra startjar mill-ġdid qabel il-waqt.

4.3. Mekkaniżmi ta' kontroll

Il-mekkaniżmi ta' kontroll għandhom ikunu ddisinjati u mibnija biex ikunu salvi u affidabbli, li jifilħu l-istrapazz normali ta' tħaddim u fatturi esterni bħall-umdità, it-temperaturi estremi jew l-interferenza elettromanjetika biex ma jikkawżawx sitwazzjonijiet perikolużi, ukoll fil-każ ta' żbalji ta' tħaddim.

4.4. Mekkaniżmi ta' komunikazzjoni

Faċilitajiet addattati għandhom ikunu pprovduti li jippermettu li l-ħaddiema li joperaw li jikkomunikaw ma' xulxin f'kull żmien u biex javżaw lill-utenti fil-każ ta' emerġenza.

5. Vetturi u mekkaniżmi ta' l-irmonk

5.1. Il-vetturi u/jew il-mekkaniżmi ta' l-irmonk għandhom ikunu ddisinjati u armati b'tali mod li taħt kondizzjonijiet prevedibbli ta' tħaddim ebda persuna ma tista' taqa' "il barra jew tiltaqa" ma' xi riskju ieħor.

5.2. L-armar ta' vetturi u tal-mekkaniżi ta' l-irmonk għandhom ikunu mdaqqsa u mibnija biex:

- ma jagħmlux ħsara fil-kejbil, jew

- ma jaqbżux, ħlief fejn dak il-qbiż ma jeffettwax b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-vettura, il-mekkaniżmu ta' rmonk jew l-installazzjoni taħt l-agħar kondizzjonijiet.

5.3. Il-bibien tal-vetturi (fuq vetturi u kabini) għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jagħmluha possibbli li jingħalqu u jissakkru. L-art u l-ħitan tal-vetturi għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod biex ikunu jifilħu għall-pressjoni u t-tagħbijiet ta' l-utenti taħt kull ċirkostanza.

5.4. Jekk għal raġunijiet ta' sigurtà ta' tħaddim l-operatur ikun meħtieġ li jitla' fuq il-vettura, il-vettura għandha tkun armata bl-apparat meħtieġ biex ikun jista' jwettaq xogħlu.

5.5. Il-vetturi u/jew il-mekkaniżmi ta' rmonk u, b'mod partikolari, il-mekkaniżmi ta' sospensjoni għandhom ikunu ddisinjati u armati biex jiżguraw is-sigurtà tal-ħaddiema li jagħmlu l-manutenzjoni fuqhom skond regoli u struzzjonijiet approprjati.

5.6. Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'armar li jista' jiġi skonnettjat, il-miżuri kollha għandhom jittieħdu biex ikunu jistgħu jitwaqqfu, mingħajr riskju għall-utenti, fil-ħin tat-tlugħ, kull vettura li l-armar tagħha jkun ikkonnettjat skorrettement mal-cable u, fil-ħin tal-wasla, kull vettura li l-armar tagħha ma jkunx ġie skonness, u biex jiġi evitat li l-vettura taqa'.

5.7. Il-vetturi tal-funikular u, safejn il-konfigurazzjoni ta' l-installazzjoni tkun hekk tippermetti, cable cars b'żewġ cables għandhom ikunu mgħammra b'mekkaniżmu awtomatiku ta' brejkijiet fuq il-linja, meta l-possibbiltà li l-cable li jġorr jinqata' ma tistax raġonevolment tiġi eskluża.

5.8. Meta kull riskju li l-vettura taqbeż il-linja ma jistax jiġi eliminat b'miżuri oħra, il-vettura għandha tiġi armata b'mekkaniżmu kontra l-qbiż tal-linji li jippermetti li l-vettura titwaqqaf mingħajr riskju għall-persuni.

6. It-Tagħmir għall-utenti

L-aċċess għaż-żona ta' imbarkazzjoni u ta' ħruġ miż-żoni ta' l-iżbark u ta' l-imbark u ta' l-utenti għandha tkun organizzata fir-rigward taċ-ċaqliq u l-waqfien tal-vetturi b'tali mod li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persuni, b'mod partikolari f'żoni fejn hemm riskju li jaqgħu.

Għandu jkun possibbli għat-tfal u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa li jużaw l-installazzjoni b'mod salv jekk l-installazzjoni tkun maħsuba għat-trasport ta' dawk il-persuni.

7. It-Tħaddim

7.1. Is-Sigurtà

7.1.1. Il-miżuri u disposizzjonijiet tekniċi kollha għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-installazzjoni tintuża għall-iskop maħsub tagħha skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha u l-kondizzjonijiet speċifikati ta' tħaddim u li l-istruzzjonijiet għat-tħaddim salv u l-manutenzjoni jistgħu jiġu mħarsa. Il-manwal ta' struzzjoni u n-noti korrispondenti għandhom jitħejjew fl-ilsien jew fl-ilsna Uffiċjali tal-Komunità li jistgħu jiġu stabbiliti skond it-Trattat mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-installazzjoni hija mibnija.

7.1.2. Il-persuni responsabbli għat-tħaddim ta' l-installazzjoni għandhom jiġu pprovduti bir-riżorsi materjali addattati u għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-ħidma li jkunu qegħdin jagħmlu.

7.2. Is-Sigurtà fil-każ ta' immobilizzazzjoni ta' l-installazzjoni

Id-disposizzjonijiet u l-miżuri tekniċi kollha għandhom jiġi adottati biex jiġi żgurat li l-utenti jkunu jistgħu jitwasslu b'mod salv f'limitu ta' żmien addattat għat-tip ta' installazzjoni u d-dintorni tagħha meta l-installazzjoni hija mmobilizzata u ma tistax terġa' titqabbad malajr.

7.3. Disposizzjonijiet oħra speċjali dwar is-sigurtà

7.3.1. Stands ta' l-operaturi u postijiet tax-xogħol

Il-partijiet li jiċċaqalqu li huma normalment aċċessibbli fl-istazzjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jipprekludu kull riskju jew, meta dawk ir-riskji jeżistu, ikunu armati b'mekkaniżmi protettivi biex jiġi evitat kull kuntatt mal-partijiet ta' l-installazzjoni li jista' jikkawża xi inċidenti. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu tat-tip li ma jistgħux jinqalgħu faċilment jew jinġiebu f'kondizzjoni li ma jaħdmux.

7.3.2. Riskju ta' waqa'

Il-postijiet tax-xogħol u ż-żoni tax-xogħol, inklużi dawk użati biss kull tant, u l-aċċess għalihom, għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jevitaw li l-persuni li jaħdmu jew jiċċaqalqu fihom jaqgħu. Jekk il-kostruzzjoni ma tkunx adegwata, għandhom ikunu pprovduti b'punti ta' ankraġġ għal tagħmir protettiv personali biex jiġu evitati l-waqgħat.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ANALIŻI TA' SIGURTÀ

L-analiżi ta' sigurtà meħtieġa għal kull installazzjoni ta' funikular li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 1(5) ta' din id-Direttiva għandha tikkunsidra kull mod ta' tħaddim previst. L-analiżi għandha ssegwi metodu rikonoxxut jew stabbilit u għandha tqis l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u l-komplessità ta' l-installazzjoni in kwistjoni. L-iskop huwa wkoll li jiġi żgurat li d-disinn u l-konfigurazzjoni ta' l-installazzjoni għandhom iqisu d-dintorni lokali u l-agħar sitwazzjonijiet biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta' sigurtà sodisfaċenti.

L-analiżi għandha tkopri wkoll il-mekkaniżmi ta' sigurtà u l-effett tagħhom fuq l-installazzjoni u s-sottosistemi rrelatati li dawn iħaddmu sabiex jew:

- ikunu kapaċi jirreaġixxu għall-ħsara inizzjali jew nuqqas skoperti biex jibqgħu fi stat jew li jiggarantixxi s-sigurtà, f'mod ta' tħaddim aktar baxx jew fi stat ta' sigurtà li ma jfallix.

- ikunu żejda u jkunu sorvelljati, jew

- ikunu tali li l-probabbiltà tal-ħsara tagħhom tista' tiġi evalwata u li jkunu ta' standard ekwivalenti għal dak miksub minn mekkaniżmi ta' sigurtà li jilħqu l-kriterji ta' l-ewwel u t-tieni inċiżi.

Għandha tintuża analiżi ta' sigurtà biex jitħejja inventarju ta' riskji u sitwazzjonijiet perikolużi skond l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva u biex tiġi stabbilita l-lista ta' komponenti ta' sigurtà li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 4(2) tagħha. Ir-riżultat ta' l-analiżi ta' sigurtà għandu jiġi riassunt f'rapport ta' sigurtà.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

IL-KOMPONENTI TA' SIGURTÀ: ID-DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ KE

Dan l-Anness japplika għall-komponenti ta' sigurtà li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(5) ta' din id-Direttiva biex tiġi stabbilita l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali li jirrigwardawhom li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva u li huma ddefiniti fl-Anness II.

Id-dikjarazzjoni ta' konformità KE u d-dokumenti li jakkumpanjawhom għandhom ikunu datati u ffirmati. Għandha tiġi mħejjija fl-istess ilsien jew ilsna bħall-manwal ta' struzzjoni li għalih jirreferi l-punt 7.1.1 ta' l-Anness II.

Id-dikjarazzjoni għandha tistqarr d-dettalji li ġejjin:

- ir-referenzi għal din il-Direttiva,

- l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz sħiħ tal-manifattur,

- id-deskrizzjoni tal-komponent (għamla, tip, eċċ.),

- id-dettalji tal-proċedura ta' dikjarazzjoni ta' konformità użata (L-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva),

- id-dispożizzjonijiet kollha relevanti li magħhom il-komponent għandu jikkonforma, u b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta' l-użu,

- l-isem u l-indirizz ta' xi korp innotifikat, involut fil-proċedura ta' konformità u data taċ-ċertifikat ta' l-eżami KE bid-dettalji, fejn applikabbli, tat-tul u l-kondizzjonijiet ta' validità taċ-ċertifikat,

- fejn huwa approprjat, ir-referenza ta' l-istandards armonizzati applikabbli,

- l-identifikazzjoni tal-persuna li ġiet mogħtija s-setgħa li tiffirma għan-nom tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KOMPONENTI TA' SIGURTÀ: EVALWAZZJONI TA' KONFORMITÀ

1. L-Applikazzjoni

Dan l-Anness japplika għall-komponenti ta' sigurtà bil-ħsieb li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva u li huma ddefiniti fl-Anness II. Jirrigwarda l-evalwazzjoni minn korp innotifikat wieħed jew aktar tal-konformità intrinsika tal-komponent, meqjusa f'iżolament, ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti.

2. Il-Proċeduri

Il-proċeduri ta' evalwazzjoni implimentati mill-korpi nnotifikati kemm fl-istadju tad-disinn u tal-produzzjoni huma bbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE fuq il-linji indikati fit-tabella li ġejja. Is-soluzzjonijiet f'din it-tabella huma meqjusa li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw fid-diskrezzjoni tal-manifattur.

STIMA TAL-KONFORMITÀ TA' KOMPONENTI TA' SIGURTÀ

| Disinn | | Produzzjoni |

1. | Eżami tat-tip KE Modulu "B" | 1(a) | Assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni Modulu "D" |

1(b) | Verifika tal-prodott Modulu "F" |

2. | Assigurazzjoni ta' kwalità sħiħa Modulu "H" | 2. | Assigurazzjoni ta' kwalità sħiħa Modulu "H" |

3. | Verifika ta' l-unità Modulu "G" | 3. | Verifikata' l-unità Modulu "G" |

Modules must be applied taking into account the specific supplementary conditions in each module.

MODULU B: EŻAMI TAT-TIP KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li biha korp innotifikat jiżgura u jiċċertifika li kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, iħares id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità lill-korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tintbagħat minn rappreżantant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma kinitx intbagħtet lil xi korp innotifikat ieħor,

- id-dokumentazzjoni teknika kif deskritta fil-punt 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-disposizzjoni tal-korp innotifikat kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni intenzjonata u hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "tip". Il-korp innotifikat jista' jitlob aktar kampjuni fejn meħtieġ għat-twettiq tal-programm tat-test.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-evalwazzjoni tal-konformità tal-komponent mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Din għandha, sa fejn tkun relevanti għal dik l-evalwazzjoni, tkopri d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-komponent.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, sa fejn dan hu relevanti għall-evalwazzjoni:

- id-deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- id-disinn konċettwali u tpinġija tal-manifattura u skemi tal-komponenti, is-sotto muntaturi, ċirkwiti, eċċ.,

- id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa biex jiftiehmu l-imsemmija disinji u skemi u t-tħaddim tal-prodott,

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, applikati kollha kemm huma jew f'parti, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali meta l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva ma jeżistux,

- ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,

- ir-rapporti tat-testijiet.

Għandha wkoll tindika l-qasam ta' l-użu tal-komponent.

4. Il-korp innotfikat:

4.1. għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika li t-tip ikun ġie mmanifatturat b'konformità mad-dokumentazzjoni teknika u jidentifika l-komponenti li jkunu ġew iddisinjati skond id-disposizzjonijiet relevanti ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva kif ukoll dawk li li jkunu ġew iddisinjati mingħajr l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej;

4.2. għandu jwettaq jew jara li jitwettqu l-eżamijiet approprjati u t-testijiet meħtieġa biex jivverifika jekk, meta l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew applikati, li s-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva;

4.3. għandu jwettaq jew jara li jitwettqu l-eżamijiet approprjati u t-testijiet meħtieġa biex jivverifika jekk, meta l-manifattur ikun għażel li japplika l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej relevanti, dawn ikunu ġew attwalment applikati;

4.4. għandu jiftiehem ma' l-applikant dwar il-lok fejn l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu.

5. Meta t-tip jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu juri l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konkluzzjonijiet ta' l-eżami, il-kondizzjonijiet għall-validità tiegħu, it-tul tiegħu u għandu jagħti t-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi annessa maċ-ċertifikat u kopja għandha tinżamm mill-korp innotifikat. Jekk il-korp innotifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tat-tip KE lill-manifattur, dan ta' l-ewwel għandu jipprovdi raġunijiet iddettaljati għal dak ir-rifjut. Għandha tiġi pprovduta proċedura ta' appell.

6. L-applikant għandu javża lill-korp innotifikat li għandu fil-pussess tiegħu d-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE dwar il-modifiki kollha tal-komponent approvat li għandhom jirċievu approvazzjoni addizzjonali meta dawk il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-komponent mar-rekwiżiti essenzjali għall-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tiegħu. Din l-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta' l-eżami tat-tip KE.

7. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-korpi nnotifikati l-oħra t-tagħrif relevanti li jirrigwarda ċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet maħruġa jew irtirati.

8. Il-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip KE u/jew iż-żidiet tagħhom. L-Annessi taċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-disposizzjoni tal-korpi nnotifikati l-oħra.

9. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopji taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għal ta' l-anqas 30 sena wara li l-aħħar komponent ikun ġie manifatturat.

Meta la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligu li tinżamm id-dokumentazzjoni teknika disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tpoġġi l-komponent fuq is-suq tal-Komunità.

MODULU D ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tal-punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-komponenti in kwestjoni huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE u jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE ma' kull komponent u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità. L-immarkar CE għandu jkun akkumpanjat bis-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorvelljanza kif speċifikat fil-punt 4.

2. Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għall-produzzjoni, l-ispezzjoni tal-komponent finali u l-ittestjar kif speċifikat fil-punt 3, u huwa suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fis-sezzjoni 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kwalità lil korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu, għall-komponenti kkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- it-tagħrif kollu relevanti għall-kategorija ta' komponent maħsuba,

- id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta' kwalità,

- jekk applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifkat ta' l-eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' regoli, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tkun tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords.

B'mod partikolari għandha tinkludi deskrizzjoni adegwata ta':

- l-oġġettivi ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità kompetenti,

- il-metodi ta' teknika tal-manifattura, tal-kontroll ta' kwalità u ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li bihom għandhom jitwettqu,

- ir-rekords tal-kwalità, bħal dawk tar-rapporti ta' spezzjoni u t-tagħrif tat-test, it-tagħrif ta' kalibrazzjoni, ir-rapporti ta' kwalifikazzjoni ta' l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

- il-mezzi għas-sorveljanza u tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-komponent u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp innotifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax ir-rekwiżiti li għalihom issir referenza fil-punt 3.2. Dan jippreżumi konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fir-rigward ta' sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandards armonizzati relevanti.

L-iskwadra ta' awdituri għandha jkollha ta' l-anqas membru wieħed b'esperjenza fl-evalwazzjoni tat-teknoloġija tal-komponent in kwestjoni. Il-proċedura ta' evalwazzjoni għandha tinkludi mawra ta' spezzjoni fuq il-post tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġunata ta' evalwazzjoni.

3.4. Il-manifattur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta' kwalità kif approvata u li jżommha b'mod approprjat u effiċjenti fuq livell xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità avżat b'kull aġġornament maħsub tas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jevalwa l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mmodifikata tibqax tissodisfa r-rekwiżiti li għalihom issir referenza fil-paragrafu 3.2. jew jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġunata ta' stima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq debitament l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għall-iskopijiet ta' spezzjoni għall-postijiet ta' manifattura, spezzjoni u ttestjar, u ħażna, u għandu jipprovdih bit-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords tal-kwalità, bħal dawk tar-rapporti ta' spezzjoni u t-tagħrif tat-test, tagħrif ta' kalibrazzjoni, rapporti ta' kwalifikazzjoni ta' l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

4.3. Il-korp innotifikat għandu kull tant żmien iwettaq verifiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-manifattur.

4.4. Barraminnhekk il-korp innotifikat għandu jagħmel żjariet mhux mistennija lill-manifattur. Matul dawk iż-żjariet l-korp innotifikat jista' jwettaq jew jara li jitwettqu, testijiet biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità tkun qiegħda taħdem b'mod korrett, fejn meħtieġ. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm ta' l-anqas 30 sena wara li l-aħħar komponent ikun ġie mmanifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni li għaliha jirreferi t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt 3.1,

- l-aġġornar li għalih jirreferi t-tieni paragrafu tal-punt 3.4.,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li għalihom jirreferu l-punti 3.4, 4.3 u 4.4.

6. Kull korp innotifikat għandu jagħti lill-korpi nnotifikati l-oħra t-tagħrif relevanti li jirrigwarda l-approvazzjonijiet kollha tas-sistema ta' kwalità maħruġa jew irtirati.

MODULU F VERIFIKA TAL-PRODOTT

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jivverifikaw u jiċċertifikaw li l-komponenti suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-punt 3 huma f'konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE u jissodisfaw r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta' manifattura jiżgura l-konformità tal-komponenti mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Għandu jwaħħal l-immarkar KE ma' kull komponent u għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità.

3. Il-korp innotifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet approprjati biex jivverfika l-konformità tal-komponenti mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jew bl-eżami u l-ittestjar ta' kull komponent kif speċifikat fil-punt 4 jew bl-eżami u l-ittestjar tal-komponenti fuq bażi ta' statistika, kif speċifikat fil-punt 5, skond l-għażla tal-manifattur.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu residenti fil-Komunità għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità għall-perjodu li jintemm ta' l-anqas 30 sena wara li l-aħħar komponent ikun ġie mmanifatturat.

4. Verifika bl-eżami u ttestjar ta' kull komponent

4.1. Il-komponenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u t-testijiet addattati kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni/jiet Ewropej/w li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

4.2. Il-korp innotifikat għandu jwaħħal jew iġiegħel li jitwaħħal, is-simbolu ta' identifikazzjoni tiegħu ma' kull komponent approvat u jħejji ċertifikat bil-miktub ta' konformità dwar it-testijiet imwettqa.

4.3. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jagħmel ċert li jkun kapaċi jipprovdi ċ-ċertifikati ta' konformità tal-korp innotifikat fuq talba.

5. Verifika statistika

5.1. Il-manifattur għandu jippreżenta l-komponenti tiegħu fil-forma ta' lottijiet omoġenji u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta' manifattura jiżgura l-omoġenità ta' kull lott prodott.

5.2. Il-komponenti kollha għandhom ikunu disponibbli għall-verifika fil-forma ta' lottijiet omoġenizzati. Għandu jittieħed kampjun bl-addoċċ minn kull lott. Il-komponenti f'kampjun għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet approprjati kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni/jiet Ewropea/j li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, jew testijiet ekwivalenti, u dana sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u biex jiġi stabbilit jekk il-lott huwiex aċċettat jew rifjutat.

5.3. Il-proċedura ta' statistika għandha tuża l-elementi li ġejjin:

- metodu ta' statistika,

- pjan ta' teħid ta' kampjuni bil-karatteristiċi tiegħu ta' operazzjoni.

5.4. Fil-każ ta' lottijiet aċċettati, il-korp innotifikat għandu jwaħħal, jew iġiegħel li jitwaħħal, in-numru ta' identifikazzjoni tiegħu ma' kull komponent, u jħejji ċertifikat bil-miktub ta' konformità dwar it-testijiet imwettqa. Il-komponenti kollha fil-lott jistgħu jitpoġġew fuq is-suq, ħlief dawk il-komponenti minn kampjun li jkunu nstabu li ma kinux konformi.

Jekk il-lott jiġi rrifjutat, il-korp innotifikat jew l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati biex tiġi evitata t-tpoġġija fuq is-suq ta' dak il-lott. Fil-każ ta' rifjut ta' spiss tal-lottijiet il-korp innotifikat jista' jissospendi l-verifika statistika.

Il-manifattur jista', taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat, iwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan ta' l-aħħar matul il-proċess ta' manifattura.

5.5. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jagħmel ċert li jkun kapaċi li jipprovdi ċ-ċertifikati ta' konformità tal-korp innotifikat fuq talba.

MODULU G: VERIFIKA TA' L-UNITÀ

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-komponent ikkonċernat, li jkun inħariġlu ċ-ċertifikat li għalih issir referenza fil-punt 2, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE ma' kull komponent u jħejji dikjarazzjoni ta' konformità.

2. Il-korp innotifikat għandu jeżamina l-komponent u għandu jwettaq it-testijiet approprjati kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej relevanti li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, jew testijiet ekwivalenti, biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva.

Il-korp innotifikat għandu jwaħħal jew iġiegħel li jitwaħħal, in-numru ta' identifikazzjoni ma' kull komponent approvat u jħejji ċertifikat ta' konformità dwar it-testijiet imwettqa.

3. L-iskop tad-dokumentazzjoni teknika huwa li jiżgura li l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva tiġi stmata u li d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-komponent jiġi mifhum.

Għall-iskopijiet ta' evalwazzjoni, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- id-disinn konċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sotto muntaturi, ċirkwiti, eċċ.,

- id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa biex jiftiehmu l-imsemmija disinji u skemi u t-tħaddim tal-komponent,

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej relevanti applikati totalment jew parzjalment li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, kif ukoll id-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva, meta l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ma jkunux ġew applikati,

- ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,

- ir-rapporti tat-testijiet.

- l-oqsma ta' użu tal-komponenti,

MODULU H: ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ SĦIĦA

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha manifattur li jissodisfa l-obbligi tal-paragrafu 2 għandu jiżgura u jiddikjara li l-komponenti in kwestjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE ma' kull komponent u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità. L-immarkar CE għandu jkun akkumpanjat bis-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

2. Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għad-disinn, il-manifattura u l-ispezzjoni tal-komponent finali u l-ittestjar kif speċifikat fil-punt 3, u huwa suġġett għas-sorvelljanza kif speċifikat fis-sezzjoni 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jagħmel applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kwalità ma' korp innotifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- it-tagħrif kollu relevanti għall-kategorija ta' komponent maħsuba,

- id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' kwalità,

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-komponenti mar-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-disposizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' regoli, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tiżgura ftehim komuni tar-regoli u l-proċeduri ta' kwalità bħal programmi ta' kwalità, pjanti, manwali u rekords.

Għandha b'mod partikolari tinkludi deskrizzjoni adegwata ta':

- l-oġġettivi ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u tal-kwalità tal-komponent,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, li jiġu applikati u, meta l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej ma jiġux applikati kollha kemm huma, il-mezzi li għandhom jintużaw biex ir-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva li japplikaw għall-prodott jintlaħqu,

- il-metodi ta' teknika ta' kontroll tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jintużaw waqt l-iddisinjar tal-komponenti li jagħmlu sehem mill-kategorija tal-komponenti koperti,

- il-metodi ta' teknika relattivi ta' manifattura, kontroll ta' kwalità u assigurazzjoni ta' kwalità, proċessi u azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha għandhom jitwettqu,

- ir-rekords tal-kwalità, bħal dawk tar-rapporti ta' spezzjoni u t-tagħrif tat-test, it-tagħrif tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti ta' kwalifikazzjoni ta' l-impjegati kkonċernati, eċċ.,

- il-mezzi għas-sorveljanza tal-ksib tad-disinn meħtieġ u tal-kwalità ta' komponent u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità.

3.3. Il-korp innotifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax ir-rekwiżiti li għalihom issir referenza fil-punt 3.2. Dan għandu jippreżumi konformità ma' dawk ir-rekwiżiti dwar is-sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandards armonizzati relevanti.

L-iskwadra ta' awdituri għandha jkollha ta' l-anqas membru wieħed b'esperjenza bħala evalwatur tat-teknoloġija tal-prodott in kwestjoni. Il-proċedura ta' evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta' spezzjoni fuq il-post tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġunata ta' stima.

3.4. Il-manifattur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta' kwalità kif approvata u li jżommha biex tibqa' adegwata u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità avżat b'kull aġġornament maħsub tas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jevalwa l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mmodifikata tibqax tissodisfa r-rekwiżiti li għalihom issir referenza fil-paragrafu 3.2., jew jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġunata ta' stima.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq debitament l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp innotifikat id-dħul għall-iskopijiet ta' spezzjoni għall-postijiet ta' disinn, manifattura, spezzjoni u ttestjar, u ħażna, u għandu jipprovdih bit-tagħrif kollu meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità kif tipprovdi għalihom il-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità, bħar-riżultati ta' l-analiżi, il-kalkoli, it-testijiet, eċċ.,

- ir-rekords ta' kwalità kif tipprovdi għalihom il-parti tal-manifattura tas-sistema ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif tat-test, tagħrif ta' kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta' l-impjegati in kwestjoni, eċċ.,

4.3. Il-korp innotifikat għandu kull tant żmien iwettaq verifiki biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika is-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi rapport ta' verifika lill-manifattur.

4.4. Barraminnhekk, il-korp innotifikat għandu jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Fiż-żmien ta' dawk iż-żjariet, il-korp innotifikat jista' jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu biex jivverifika l-iffunzjonar xieraq tas-sistema ta' kwalità fejn meħtieġ; għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun twettaq test, b'rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm ta' l-anqas 30 sena wara li l-aħħar komponent ikun manifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni li għaliha jirreferi t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt 3.1,

- l-aġġornar li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-punt 3.4.,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li għalihom jirreferu l-punti 3.4, 4.3 u 4.4.

6. Kull korp innotifikat għandu jagħti lill-korpi nnotifikati l-oħra t-tagħrif relevanti dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa jew irtirati.

7. Rekwiżiti supplimentari; eżami tad-disinn

7.1. Il-manifattur għandu jagħmel applikazzjoni għall-eżami tad-disinn ma' korp innotifikat wieħed.

7.2. L-applikazzjoni għandha tippermetti li d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-komponent jiġi mifhum, u għandha tippermetti li l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jiġu evalwati.

Għandha tinkludi:

- l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva li jkunu ġew applikati,

- ix-xiehda appoġġanti meħtieġa ta' l-adegwatezza tagħhom, b'mod partikolari meta l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew applikati kollha kemm huma, Din l-evidenza ta' sostenn għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet mwettqa minn laboratorju addattat tal-manifattur jew għan-nom tiegħu.

7.3. Il-korp innotifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni u meta d-disinn jissodisfa d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami tad-disinn KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżami, il-kondizzjonijiet għall-validità tiegħu, it-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat u, fejn relevanti, id-deskrizzjoni ta' l-iffunzjonar tal-komponent.

7.4. L-applikant għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn KE infurmat b'kull modifika tad-disinn approvat. Il-modifiki għad-disinn approvat għandhom jirċievu approvazzjoni addizzjonali mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn KE meta dawk il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità tar-rekwiżiti essenzjali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva jew il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-użu tal-komponent. Din l-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta' l-eżami tad-disinn KE.

7.5. Il-korpi nnotifikati għandhom jibagħtu lill-korpi nnotifikati l-oħra t-tagħrif relevanti dwar:

- iċ-ċertifikati ta' l-eżami tad-disinn KE u ż-żidiet maħruġa,

- l-approvazzjonijiet tad-disinn KE u l-approvazzjonijiet addizzjonali rtirati,

- iċ-ċertifikati ta' l-eżami tad-disinn KE u ż-żidiet miċħuda,

--------------------------------------------------

ANNESS VI

SOTTOSISTEMI: DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ CE

Dan l-Anness japplika għas-sottosistemi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva biex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li jirrigwardawhom li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva.

Id-dikjarazzjoni ta' konformità KE għandha titħejja mill-manifattur, jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, jew, meta dik il-persuna ma tkunx disponibbli, kull persuna fiżika jew ġuridika, li tpoġġi s-sottosistema fuq is-suq; id-dikjarazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika li takkumpanjaha għandha tkun datata u ffirmata.

Din id-dikjarazzjoni ta' konformità CE u d-dokumentazzjoni teknika għandha titħejja fl-istess ilsien jew ilsna bħall-ktejjeb ta' struzzjoni, li ssir referenza għalih fil-punt 7.1.1 ta' l-Anness II u għandu jkun fiha t-tagħrif li ġej:

- ir-referenza ta' din id-Direttiva,

- l-isem u l-indirizz tal-persuna li ordnat l-eżami CE,

- deskrizzjoni tas-sottosistema,

- l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat li jkun wettaq l-eżami CE, li għalih issir referenza fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva,

- id-disposizzjonijiet kollha relevanti li magħhom is-sottosistema għandha tikkonforma, u b'mod partikolari, xi restrizzjonijiet ta' tħaddim jew kondizzjonijiet ta' tħaddim,

- ir-riżultat ta' l-eżami CE li għalih issir referenza fl-Anness VII (ċertifikat ta' konformità CE),

- id-dettalji tal-persuna li hija awtorizzata biex tiffirma dikjarazzjoni li tkun torbot legalment għall-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew, meta dik il-persuna ma tkunx disponibbli, il-persuna fiżika jew ġuridika, li tpoġġi sottosistema fuq is-suq.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

SOTTOSISTEMI: EVALWAZZJONI TA' KONFORMITÀ

1. L-eżami CE huwa proċedura li biha, fuq talba mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew, meta dik il-persuna ma tkunx disponibbli, kull persuna fiżika jew ġuridika, li tassumi r-responsabbiltà għat-tpoġġija tas-sottosistema fuq is-suq, korp innotifikat jiċċertifika u jattesta li s-sottosistema hija:

- konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u disposizzjonijiet oħra relevanti b'konformità mat-Trattat,

- konformi mad-dokumentazzjoni teknika, u

- sħiħa

2. L-eżami tas-sottosistema huwa mwettaq f'kull wieħed mill-istadji li ġejjin:

- disinn,

- kostruzzjoni u testijiet ta' aċċettanza malli s-sottosistema tkun ġiet kompletata.

3. Id-dokumentazzjoni teknika li takkumpanja ċ-ċertifikat ta' l-eżami għandha tikkonsisti f'dan li ġej:

- pjanti ta' kostruzzjoni u kalkoli, disinji elettriċi u idroliċi, disinji ta' kontroll taċ-ċirkwit, deskrizzjoni tas-sistemi tal-kompjuter u awtomatiċi, struzzjonijiet ta' tħaddim u manutenzjoni, eċċ.,

- lista tal-komponenti tas-sigurtà li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva li huma użati fis-sottosistema,

- kopji tad-dikjarazzjoni ta' konformità CE kif stabbilit fl-Anness IV għal dawn il-komponenti ta' sigurtà flimkien mal-pjanti ta' kostruzzjoni li jikkorrispondu u kopja tar-rapporti fuq xi testijiet oħra u provi mwettqa.

4. Id-dokumentazzjoni u l-korrispondenza b'konnessjoni mal-proċeduri ta' l-eżami CE għandhom jitħejjew fl-istess ilsien jew ilsna bħal dik tal-manwal li għalih jirreferi l-punt 7.1.1 ta' l-Anness II.

5. Sorveljanza

5.1. Din għandha tiġi żgurata bil-mezzi ta' sorveljanza li matul il-kostruzzjoni tas-sottosistema li l-obbligi li joħorġu mid-dokumentazzjoni teknika jkunu sodisfatti.

5.2. Il-korp innotifikat responsabbli għall-eżami CE għandu jkollu aċċess permanenti għall-ħwienet ta' produzzjoni, żoni ta' ħażna u, fejn meħtieġ, żoni ta' prifabrikazzjoni, impjanti ta' l-ittestjar u b'mod aktar ġenerali għal kull lokazzjoni li jħoss li għandu jżur biex iwettaq xogħlu. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew, meta dik il-persuna ma tkunx disponibbli, il-persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed is-sottosistema fis-suq għandhom jipprovduh bi, jew jirranġaw biex jiġi pprovdut b'kull dokumentazzjoni meħtieġa għal dak l-iskop, notevolment il-pjanti u dokumentazzjoni teknika li għandhom x'jaqsmu mas-sottosistema.

5.3. Il-korp innotifikat responsabbli għall-eżami CE għandu kull tant żmien iwettaq verifiċi biex jiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. F'kull żjara għandu jipprovdi lis-sorveljatur responsabbli tas-sit b'rapport tal-verifika. Jista' jitlob li jiddaħħal biex jivverifika d-diversi stadji tax-xogħol.

5.4. Barraminnhekk il-korp innotifikat jista' jagħmel żjarat mhux mistennija fil-ħwienet ta' produzzjoni. Matul dawk iż-żjarat jista' jwettaq verifiċi sħaħ jew parzjali. Il-korp innotifikat għandu jħejji rapport dwar iż-żjara u, fejn meħtieġ, jibgħat rapport tal-verifika lis-sorveljatur responsabbli għas-sit.

6. Kull korp innotifikat għandu jippubblika kull tant żmien it-tagħrif relevanti dwar:

- l-applikazzjonijiet għall-eżami CE li jkun irċieva,

- iċ-ċertifikati kollha ta' l-eżami CE maħruġa,

- iċ-ċertifikati kollha ta' l-eżami CE rifjutati.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU MEQJUSA MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKA TAL-KORPI

1. Il-korp innotifikat, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettiq ta' l-operazzjonijiet ta' verifika ma jistgħu jkunu la disinjaturi, la manifatturi, la fornituri, la installaturi tal-komponenti ta' sigurtà jew sottosistemi li huma jispezzjonaw u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi wieħed minn dawk il-partijiet jew persuna fiżika jew ġuridika, li tqiegħed dawk il-komponenti ta' sigurtà jew sistemi fis-suq. Ma jistgħux jiġu involuti, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, manifattura, kostruzzjoni, tqegħid fis-suq, manutenzjoni jew tħaddim ta' dawn il-komponenti ta' sigurtà jew sottosistemi. Din ma tipprekludix il-possibbiltà ta' bdil ta' tagħrif tekniku bejn il-manifattur u l-korp innotifikat.

2. Il-korp innotifikat u l-impjegati tiegħu ta' spezzjoni għandhom iwettqu l-operazzjonijiet ta' verifika bl-ogħla grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, partikolarment finanzjarju, li jista' jinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess f'dawk ir-riżultati..

3. Il-korp innotifikat għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u jkollu l-faċilitajiet meħtieġa biex jippermettulu li jwettaq kif jixraq ix-xogħol amministrattiv u tekniku assoċjati ma' l-operazzjonijiet ta' verifika; għandu jkollu aċċess għat-tagħmir meħtieġ għall-verifika speċjali.

4. L-impjegati responsabbli għall-ispezzjonijiet għandu jkollhom:

- taħriġ sod, tekniku u professjonali,

- għerf biżżejjed tar-rekwiżiti tat-testijiet jew spezzjonijiet li jitwettqu u esperjenza adegwata ta' dawk it-testijiet,

- il-ħila meħtieġa li jħejju ċertifikati, rekords u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw it-twettiq tat-testijiet.

5. L-imparzjalità ta' l-impjegati ta' l-ispezzjoni għandha tkun garantita. Il-ħlas tagħhom m'għandux ikun jiddependi fuq in-numru ta' testijiet imwettqa u lanqas fuq ir-riżultati ta' dawk it-testijiet.

6. Il-korp innotifikat għandu jagħmel assigurazzjoni ta' responsabbiltà ċivili sakemm ir-responsabbiltà ma tiġix assunta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għall-ispezzjonijiet.

7. L-impjegati tal-korp innotifikati huma marbuta li josservaw segretezza professjonali (ħlief fil-konfront ta' l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istat li fih l-attivitajiet jitwettqu) fir-rigward ta' kull tagħrif li jakkwistaw fit-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom taħt din id-Direttiva jew kull disposizzjoni ta' liġi nazzjonali li tagħtihom effett.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

IMMARKAR CE TA' KONFORMITÀ

Il-marka ta' konformità CE għandha tikkonsisti fl-inizzjali "CE" li tieħu l-forma li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk l-immarkar CE jiċċekken jew jitkabbar il-propozjonijiet mogħtija fid-disinn ta' hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Id-diversi komponenti ta' l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li m'għandhiex tkun anqas minn 5 mm. Din id-dimensjoni minima tista' tiġi skartata għall-komponenti ta' sigurtà fuq skala żgħira.

L-immarkar CE għandu jkun segwit bl-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha jkun twaħħal u bin-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun imexxi l-proċeduri li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7(3) ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

Top