Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2737

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2737/1999 tal-21 ta' Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jipprovdi regoli dettaljati għall-irrekordjar ta' tagħrif dwar il-qabdiet tal-ħut ta' l-Istati Membri

    ĠU L 328, 22.12.1999, p. 54–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2011; Imħassar b' 32011R0404

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2737/oj

    31999R2737



    Official Journal L 328 , 22/12/1999 P. 0054 - 0058


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2737/1999

    tal-21 ta' Diċembru 1999

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jipprovdi regoli dettaljati għall-irrekordjar ta' tagħrif dwar il-qabdiet tal-ħut ta' l-Istati Membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 6(8) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li mill-1 ta' Jannar 2000 qabdiet ta' ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti ta' kull speċi miżmuma abbord għandu jiġi rekordjat fir-reġistru. Iżda, għal operazzjonijiet tas-sajd fil-Baħar Mediterran, l-ispeċji biss indikati fil-lista adottata taħt dan l-Artikolu għandha tiġi rekordjata fir-reġistru.

    (2) Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, id-disposizzjonijiet li jinsabu f'dak ir-Regolament dwar ir-reġistru u d-dikjarazzjoni tat-tniżżil l-art għandha tapplika, b'effett mill-1 ta' Jannar 2000, għall-operazzjonijiet tas-sajd fil-Mediterran.

    (3) Huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġi emendat, b'effett mill-1 ta' Jannar 2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jipprovdi regoli dettaljati għall-irrekordjar ta' tagħrif dwar il-qabdiet ta' ħut ta' l-Istati Membri [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1488/98 [4], biex jiġi żgurat li dawn il-ħtiġijiet jitħarsu.

    (4) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox jeċċedi l-10 metri għandhom jirrekordjaw it-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fir-reġistru tagħhom skond il-mudell muri fl-Anness I, għaż-żoni kollha tas-sajd ħlief dawk kompriżi f'NAFO 1 u ICES V(a) u XIV, u skond il-mudell muri fl-Anness II, għal dawn iż-żoni ta' l-aħħar. Iżda, l-mudell muri fl-Anness IIa jista' jintuża għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa esklussivament fil-Mediterran minn kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox ma' jeċċedix 18-il metru u li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta' kull jum f'żona tas-sajd waħda.

    2. Ir-reġistru muri fl-Anness I, II jew IIa għandu wkoll jinżamm bil-mod preskritt fil-paragrafu 1 meta dawk il-bastimenti joperaw f'ibħra ta' pajjiż mhux membru, sakemm dak il-pajjiż mhux membru in kwistjoni speċifikament jeħtieġ tip differenti ta' reġistru.

    3. Għall-operazzjonijiet tas-sajd fil-Mediterran, kull ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandu jiġi rekordjat fir-reġistru.

    4. Il-kodiċijiet mogħtija fl-Anness VI u l-kodiċijiet Three-Alpha stabbiliti mill-FAO jew l-ismijiet għandhom jintużaw biex juru, taħt l-intestaturi xierqa fir-reġistru, it-tagħmir tas-sajd użat u l-ispeċi maqbuda."

    2. Dan li ġej qiegħed jiżdied ma' l-Artikolu 2(1):

    "Iżda, l-mudell muri fl-Anness IIa jista' jintuża jekk it-tniżżil l-art iseħħ f'port ta' Stat Membru kostali tal-Mediterran ieħor, minn kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox ma' jeċċedix 18-il metru u li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta' kull jum f'żona tas-sajd waħda."

    3. Fl-Anness I, id-denominazzjonijiet "Bakkaljaw", "Haddock", "Saithe", "Imsell", "Barbun", "Lingwat komuni", "Aringi" and "Kavalli" huma mħassra.

    4. Fit-Titolu ta' l-Anness IV, il-kliem "Jew l-Anness IIa" huma mdaħħla wara "l-Anness I".

    5. Fl-Anness IV, punt 2.4.2. huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2.4.2. Kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord (Nru ta' referenza fir-reġistru: (15))

    Qabdiet f'ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandhom jiġu rekordjat fir-reġistru. Iżda, għal operazzjonijiet tas-sajd fil-baħar Mediterran, l-ispeċi biss indikati fil-lista li tinsab fl-Anness VII għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru.

    Jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed uża paġna ġdida..

    Agħti l-unit użat (baskett, kaxxa, eċċ.) u l-piż nett f'kilogrammi piż ħaj ta' l-unit użat."

    6. Fl-Anness IV, punt 3 it-tielet inċiż, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Agħti l-piż jew kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati għal kull speċi."

    7. Fl-Anness IV, punt 3, ir-raba' inċiż, l-ittri "GFCM" huma mdaħħla wara "CECAF", fit-Titolu u fil-paragrafu.

    8. Fl-Anness V, punt 2.4.2. huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2.4.2. Kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord

    Qabdiet f'ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru. Iżda, għal operazzjonijiet tas-sajd fil-baħar Mediterran, l-ispeċi biss indikati fil-lista li tinsab fl-Anness VII għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru.

    Jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed uża paġna ġdida.."

    9. Fl-Anness V, punt 3 ir-raba' inċiż, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Agħti l-piż jew kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati għal kull speċi."

    10. L-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness IIa wara l-Anness II.

    11. l-Anness VII huwa mibdul bl-Anness II li jinsab ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, pġ. 1.

    [2] ĠU L 358, tal-31.12.1998, pġ. 5.

    [3] ĠU L 276, ta' l-10.10.1983, pġ. 1.

    [4] ĠU L 196, ta' l-14.7.1998, pġ. 3.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    "

    ANNESS IIa

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    "

    ANNESS VII

    TABELLA

    Lista ta' speċi li għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru tas-sajd u d-dikjarazzjoni ta' tniżżil l-art minn bastimenti li joperaw esklussivament fil-Baħar Mediterran

    Isem | Isem Latin | Kodiċi FAO 3-Alfa |

    Tonn alalunga | Thunnus alalunga | ALB |

    Inċova | Engraulis encrasicholus | ANE |

    Tonn t'għajnu kbira | Thunnus obesus | BET |

    Imsell | Micromesistius poutassou | WHB |

    Tonn | Thunnus thynnus | BFT |

    Awrat | Sparus aurata | SBG |

    Merluzz | Merluccius merluccius | HKE |

    Kavalli | Trachurus spp. | JAX |

    Kavalli | Scomber scombrus | MAC |

    Kavalli tal-Mediterran | Trachurus mediterraneus | HMM |

    Petriċa Kbira | Lophius piscatorius | ANF |

    Trilja tal-Faxxi | Mullus surmuletus | MUR |

    Sardina | Sardina pilchardus | PIL |

    Spnotta | Dicentrarchus labrax | BSS |

    Trilja tad-daqna | Mullus barbatus | MUT |

    Pixxispad | Xiphias gladius | SWO |

    "

    --------------------------------------------------

    Top