This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R1663
Commission Regulation (EC) No 1663/1999 of 28 July 1999 amending Regulation (EC) No 2629/97 as regards eartags in the framework of the system for the identification and registration of bovine animals (Text with EEA relevance)
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2629/97 f'dak li għandu x'jaqsam ma' tikketti tal-widnejn f'l-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' bovini (Test b'riferenza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2629/97 f'dak li għandu x'jaqsam ma' tikketti tal-widnejn f'l-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' bovini (Test b'riferenza għaż-ŻEE)
ĠU L 197, 29.7.1999, p. 27–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997R2629 | Żieda | artikolu 1.7 | 01/08/1999 | |
Modifies | 31997R2629 | Żieda | artikolu 1.6 | 01/08/1999 |
Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0027 - 0027
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/1999 tat-28 ta' Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2629/97 f'dak li għandu x'jaqsam ma' tikketti tal-widnejn f'l-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' bovini (Test b'riferenza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 t'April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' bovini u li għandu x'jaqsam ma' l-ittikkettjar ta' ċanga u prodotti taċ-ċanga([1]) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(a) tiegħu, (1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97([2]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 331/1999([3]) jippreskrivi regoli ddettaljati dwar tikketti tal-widnejn, reġistri tal-fond u passaporti fl-istruttura tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini; (2) Billi huwa xieraq li jkun provdut li l-informazzjoni miżmuma fit-tikketti tal-widnejn sostituti wżati fil-każ ta' telf ta' tikketti tal-widnejn; (3) Billi r-Regolament (KE) Nru 2629/97 għandu jkun emendat bix-xieraq; (4) Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Fond ta' Kontroll u Garanzija Agrikolu Ewropew, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu Il-paragrafi 6 u 7 segwenti huma minn issa miżjuda ma' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2629/97: "6. B'żieda ma' l-informazzjoni li għaliha hemm provdut fil-paragrafu 1 u distint minnha, t-tikketti tal-widnejn li jissostitwixxu oħrajn fil-każ li dawn jintilfu jista jkun fihom marka bin-numru tal-verżjoni tat-tikketta tal-widnejn sostitwita mmarkat b'numri Rumani. F'tali każ, il-kodiċi ta' identifikazzjoni li għalih hemm provdut fil-paragrafu 2 għandu jibqa mhux mibdul. 7. Fil-każ li tintilef tikketta tal-widnejn, it-tikketta tal-widnejn sostitwita wżata minn Stat Membru għal annimali mwielda fi Stat Membru ieħor għandha turi ta' l-inqas l-istess informazzjoni kif hemm provdut għaliha fil-paragrafu 2, u kif ukoll il-kodiċi jew il-logo tal-awtorità kompetenti li toħroġha." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1. [2] ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 19. [3] ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 27