This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R1617
Commission Regulation (EC) No 1617/1999 of 23 July 1999 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 2494/95 - as regards minimum standards for the treatment of insurance in the Harmonized Index of Consumer Prices and modifying Commission Regulation (EC) No 2214/96 (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 – dwar l-istandards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 – dwar l-istandards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2020; Imħassar b' 32020R1148
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31995R2494 | Implimentazzjoni | artikolu 4 | 13/08/1999 | |
Modifies | 31996R2214 | Emenda | anness 2 | 13/08/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31999R1617R(01) | ||||
Repealed by | 32020R1148 | 24/08/2020 |
Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0009 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 - dwar l-istandards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [1], u partikolarment l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Wara li kkonsultat mal-Bank Ċentrali Ewropew [2], (1) Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, kull Stat Membru huwa mitlub li joħloq Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) u dan għandu jinbeda bl-indiċi għal Jannar 1997. (2) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1688/98 [4], jistabbilixxi kopertura inizjali għall-HICP, li hija ristretta għal dawk l-oġġetti u s-servizzi koperti bl-Indiċijiet tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (CPI) kollha jew il-biċċa l-kbira minnhom; billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98 [5], li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1749/96, jiddefinixxi l-kopertura tal-HICP bħala dawk l-oġġetti u s-servizzi li huma inklużi fl-ispiża domestika finali monetarja għall-konsum; billi l-assigurazzjonijiet huma parti mill-kopertura ta' l-HICP. (3) Billi hemm lok konsiderevoli għal differenzi proċedurali fit-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-HICP; billi hija meħtieġa metodoloġija armonizzata għall-assigurazzjoni sabiex ikun żgurat li l-HICP li jirriżultaw, jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' paraguni ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95; billi, fil-prattika, mhijiex ħaġa possibbli li wieħed josserva l-imposta fuq is-servizz għal assigurazzjoni partikolari fuq bażi mensili. (4) Billi t-trattament propost ta' l-assigurazzjoni huwa konsistenti mad-definizzjonijiet stabbiliti fis-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (ESA) 1995 [6]. (5) Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (SPC), ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT L-Artikolu 1 L-għan L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi standards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni [7] fl-Indiċi Armonizzat ta' Prezzijiet għall-Konsumatur (HICPs), sabiex ikun żgurat li huma ta' min jorbot fuqhom, rilevanti u jlaħħqu mal-ħtiġijiet ta' paraguni kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament il-frażijiet imniżżla hawn taħt huma definiti kif ġej: 1. "laġġju ta' l-assigurazzjoni gross": l-ammont imħallas minn min ikollu f'ismu l-polza ta' l-assigurazzjoni speċifika biex ikun assigurat; 2. "talbiet": l-ammont li l-kumpanija ta' l-assigurazzjoni tħallas lil min f'ismu jkollu polza u lil partijiet oħra bħala kumpens għal korriment jew ħsara li persuni jew oġġetti jkunu ġarrbu; 3. "supplimenti tal-laġġji": id-dħul akkwistat minn intrapriżi ta' l-assigurazzjoni meta dawn jinvestu d-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom ta' l-assigurazzjoni, li jkunu jikkonsistu minn pagamenti bil-quddiem għal laġġji ta' l-assigurazzjoni, dispożizzjonijiet għal talbiet pendenti, u dispożizzjonijiet kontra riskji li jkunu għadhom pendenti; 4. "id-dispożizzjonijiet attwarji": l-allokazzjonijiet mill-kumpanija ta' l-assigurazzjoni għal dispożizzjonijiet tekniċi kontra riskji pendenti; 5. "l-imposta": għal servizz' il-laġġju ta' l-assigurazzjoni gross flimkien mas-supplimenti tal-laġġji li minnhom jitnaqqsu l-bidliet fid-dispożizzjonijiet attwarji. L-Artikolu 3 It-trattament tal-piżijiet ta' l-assigurazzjoni 1. Il-piżijiet għal assigurazzjoni għandhom ikunu stima tan-nefqa aggregata minn entitajiet domestiċi fuq imposti għal servizz ta' assigurazzjoni koperti mill-HICP, espressi bħala proprozjon tan-nefqa totali fuq l-oġġettti u s-servizzi kollha li jkunu koperti. Il-piżijiet għandhom jirriflettu l-ispiża medja aggregata fuq medda ta' tliet snin. 2. L-ispiża finanzjata mit-talbiet għandha tkun ttrattata daqs li kieku ntefqet minn min ikollu l-polza jew minn partijiet oħra parterċipi fit-talba u mhux mill-kumpanija ta' l-assigurazzjoni. Il-piżijiet tas-sotto-indiċijiet ta' l-HICP għandhom jinkludu din in-nefqa fejn din issir minn jew għan-nom tat-taqsima domestika. L-Artikolu 4 It-trattament tal-piżijiet ta' l-assigurazzjoni 1. Il-prezzijiet użati fl-HICP għall-kumpilazzjoni ta' l-indiċijiet tal-prezz ta' l-assigurazzjoni għandhom ikunu l-laġġju ta' l-assigurazzjoni gross. 2. Il-laġġju ta' l-assigurazzjoni gross għandu jitqies bħala l-laġġju sħiħ li jkun pagabbli għall-polza u m'għandux ikun aġġustat, anke jekk il-laġġju jew il-valur tal-kopertura tal-polza jkun abbinat ma' l-indiċi. 3. Soġġett għall-paragrafu 2, għal kull polza ta' l-assigurazzjoni fil-kampjum meħud bħala eżemplari, l-ispeċifikazzjonijiet li jiddeterminaw il-prezz għandhom jinżammu l-istess. Fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jinbidlu, il-prezzijiet għandhom ikunu trattati skond ir-regoli li japplikaw għal aġġustament tal-kwalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-(KE) Nru 1749/96. L-Artikolu 5 Il-paragunabilità HICP magħmula skond il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament jew skond proċeduri oħra li ma jirriżultawx f'indiċi li jkunu sistematikament differenti b'aktar minn wieħed minn għaxra ta' wieħed fil-mija bħala medja matul sena waħda meta mqabbel mas-sena ta' qabilha minn indiċi kompilat fuq dawk il-proċeduri, għandu jitiqes bħala li jista' jkun paragunat. L-Artikolu 6 Il-kontroll tal-kwalità L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), l-informazzjoni dwar il-proċeduri żviluppati għat-trattament ta' l-assigurazzjonijiet fejn dawn il-proċeduri jkunu differenti minn dawk speċifikati fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament, qabel ma jintużaw dawn il-proċeduri. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, l-informazzjoni dwar il-proċeduri li jintużaw biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet ta' standards minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Artikolu 7 Ir-revoka In-nota tal-qiegħ 1 tal-grupp 12.4A Assigurazzjoni (S), fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 [8] għandu jitħassar. L-Artikolu 8 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault de Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p.1. [2] L-opinjoni mogħtija fid-23 ta' Lulju 1999 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 229, ta' l-10.9.1996, p.3. [4] ĠU L 214, tal-31.7.1998, p.23. [5] ĠU L 214, tal-31.7.1998, p.12. [6] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96, ĠU L 310, tat-30.11.1996. Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1687/98. [7] Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1687/98. [8] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 8. --------------------------------------------------