EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0174

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib

ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Imħassar b' 32006R1282

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/174/oj

31999R0174



Official Journal L 020 , 27/01/1999 P. 0008 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 174/1999

tas-26 ta’ Jannar 1999

li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3), 16a(1) u 17(9) u (14) tiegħu,

(1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/95 tas-27 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib [3], skond l-aħħar emenda permezz ta’ Regolament (KE) Nru 2184/98 [4], ġie sostanzjalment emendat diversi drabi; billi, peress li aktar emendi għandhom isiru, dan għandu jiġi rivedut fl-interessi taċ-ċarezza u l-effiċjenza.

(2) Billi taħt il-Ftehim dwar l-Agrikultura konkluż matul il-Uruguay Round tan-negozjati kummerċjali tal-GATT [5] (hawn aktar ’il quddiem, magħruf bħala l-"Ftehim dwar Agrikultura"), rifużjonijiet ta’ esportazzjoni dwar prodotti agrikoli, inklużi prodotti tal-ħalib, huma limitati ġewwa perjodu ta’ 12-il xahar il-wieħed li jibdew mill-1 ta’ Lulju 1995 sa kwantità massima u valur massimu; billi, sabiex tiġi assigurata konformità ma’ dawk il-limiti, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għandu jkun sorveljat; billi proċeduri għandhom ukoll jiġu adottati biex jiġu allokati l-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati permezz ta’ rifużjoni.

(3) Billi r-Regolament (KEE) Nru 804/68 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, sabiex, b’mod partikolari, ikun permess is-sorveljar tal-valur u limiti kwantitattivi għal rifużjonijiet; billi għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti.

(4) Billi, bħala deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal prodotti agrikoli [6], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KE) Nru 2334/98 [7], każijiet fejn rifużjoni tista’ tingħata mingħajr il-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni għandhom ikunu mfissra u l-ħin massimu li prodotti jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll tad-dwana għandhom ikunu speċifikati.

(5) Billi dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu adottati għas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari għar-rigward ta’ liċenzji, b’forma ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta’ Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u advance fixing certificates għal prodotti agrikoli [8], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KE) Nru 1044/98 [9]; billi, b’żieda ma’ dan, it-tolleranza permessa minn dak ir-Regolament għar-rigward ta’ kwantità ta’ oġġetti esportati pparagunata mal-kwantità indikata fil-liċenzja għandha tiġi mnaqqsa u, sabiex jiġu assigurati kontrolli effettivi fuq il-limiti, m’għandhomx jitħallsu rifużjonijiet fuq kwantitajiet li jaqbżu dak li hu indikat fil-liċenzja; billi l-garanziji li għandhom jingħataw meta jsiru applikazzjonijiet għandhom ikunu suffiċjenti biex ma jħallux applikazzjonijiet spekulattivi.

(6) Billi l-perijodu ta’ validità ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għandu jkun iffissat; billi dak il-perijodu għandu jvarja skond il-prodotti partikolari, b’perijodu iqsar għal prodotti li dwarhom ikun hemm riskju akbar ta’ spekulazzjoni.

(7) Billi, sabiex jiġi assigurat l-iċċekkjar preċiż ta’ prodotti esportati u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ spekulazzjoni, għandha tkun ristretta l-possibbiltà li jinbidel prodott li jkun inħariġlu liċenzja.

(8) Billi l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 jistabbilixxi regoli għall-użu ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni permezz ta’ advance fixing tar-rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ prodotti b’kodiċi bi 12-il ċifra minbarra dak muri fl-Artikolu 16 tal-liċenzja; billi din id-disposizzjoni ssir applikabbli f’settur speċifiku biss jekk kategoriji ta’ prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 13a tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 u gruppi ta’ prodott kif imsemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 ikunu ġew imfissra.

(9) Billi għas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, kategoriji ta’ prodott huma diġà mfissra b’riferenza għall-kategoriji li jinsabu fil-Ftehim dwar l-Agrikultura; billi fl-interess ta’ tmexxija għaqlija dan l-użu ta’ kategoriji għandu jinżamm u l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 ikun applikat biss fuq il-bażi ta’ gruppi ta’ prodott imfissra.

(10) Billi fis-settur tal-ħalib rati ta’ rifużjoni huma differenzjati bil-bosta, l-aktar skond il-kontenut ta’ xaħam; billi, sabiex dan l-arranġament ma jkunx iddubitat filwaqt li fl-istess ħin jiġi rrispettat l-objettiv ta’ proporzjonalità ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, il-gruppi tal-prodott għandhom jiġu definiti b’mod ristrett u għal ċerti prodotti l-validità ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għandha testendi għal prodotti li għar-rigward ta’ kontenut ta’ xaħam huma minnufih biswit fil-kodiċi NM tal-prodott li dwaru rifużjoni tkun ġiet iffissata bil-quddiem.

(11) Billi, sabiex jiġi ffaċilitat li kummerċjanti jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti miftuħa minn pajjiżi mhux membri mingħajr ma jiġu affettwati r-restrizzjonijiet għar-rigward ta’ volum, sistema ta’ liċenzji proviżorji għandha tiġi introdotta fejn tagħti l-jedd lill-offerenti magħżulha għal-liċenzja sħiħa.

(12) Billi, sabiex jiġi assigurat sorveljar effettiv ta’ liċenzji maħruġa, li jiddependi min-notifika ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandu jingħata perijodu ta’ stennija qabel ma jinħarġu liċenzji; billi, sabiex tiġi assigurata operazzjoni mingħajr xkiel ta’ l-arranġamenti u, b’mod partikolari, allokazzjoni ugwali tal-kwantitajiet disponibbli fil-limiti stabbiliti bil-Ftehim dwar l-Agrikultura, diversi miżuri ta’ tmexxija għandhom jiġu stabbiliti u, b’mod partikolari, għandha ssir disposizzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji li jiġu sospiżi u għal koeffiċjenti ta’ riduzzjoni li jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni.

(13) Billi r-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita għal prodotti eliġibbli għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ikel.

(14) Billi, sabiex jiġi assigurat li liċenzji huma użati korrettament, għal ċerti esportazzjonijiet li dwarhom ikun hemm rifużjoni, il-pajjiż destinatarju għandu jkun deskritt bħala destinazzjoni tassattiva kif imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

(15) Billi l-esperjenza uriet li n-numru ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobon partikolari jvarja skond id-destinazzjoni; billi, sabiex miżuri speċjali jkunu jistgħu jiġu applikati skond id-destinazzjoni indikata fuq applikazzjonijiet għal liċenzja, żoni ta’ destinazzjoni għandhom ikunu stabbiliti u ż-żona ta’ destinazzjoni indikata fuq liċenzji ta’ esportazzjoni tkun tassattiva għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406.

(16) Billi l-metodu biex tiġi stabbilita r-rifużjoni dwar prodotti tal-ħalib li jkollhom zokkor miżjud, li l-prezz tagħhom hu stabbilit mill-prezz ta’ l-ingredjenti, għandu jkun stabbilit skond il-perċentwali ta’ l-ingredjenti li jkunu jinsabu fihom; billi, iżda, sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni ta’ rifużjonijiet għal dawn il-prodotti, u b’mod partikolari miżuri li jassiguraw konformità ma’ l-impenji dwar esportazzjonijiet fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-Agrikultura, għandha tiġi stabbilita kwantità massima għal sukrożi inkorporata li dwarha tista’ tingħata rifużjoni; billi 43 % tal-piż tal-prodott kollu hu rappreżentattiv tal-kontenut tas-sukrożi ta’ dawk il-prodotti.

(17) Billi l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 jipprovdi li rifużjonijiet jistgħu jingħataw għal ingredjenti li joriġinaw mill-Komunità f’ġobon ipproċessat magħmul taħt l-arranġamenti dwar ipproċessar ’il ġewwa; billi ċerti regoli speċjali huma meħtieġa biex jassiguraw li din il-miżura speċifika taħdem kif suppost u tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod effettiv.

(18) Billi, skond il-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada approvat permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill 95/591/KE [10] liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu ppreżentati għal ġobon li jikkwalifika għal kondizzjonijiet preferenzjali ma’ l-importazzjoni ġewwa l-Kanada; billi għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għal ħruġ ta’ dawk il-liċenzji; billi, biex jiġi assigurat li l-kwantitajiet ta’ ġobon impurtat ġewwa l-Kanada skond il-kwota ta’ importazzjoni jikkorrispondu mal-kwantitajiet li dwarhom ikunu nħarġu liċenzji, il-liċenzji li jkunu ttimbrati kif suppost mill-awtoritajiet Kanadiżi għandhom jingħataw lura lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, bid-data dwar esportazzjonijiet għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(19) Billi, fil-qafas tal-konsultazzjonijiet ma’ l-Isvizzera dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta’ l-Uruguay Round, ġie miftiehem li jiġu applikati sett ta’ miżuri li jipprovdu b’mod partikolari għal tnaqqis fid-dazji tad-dwana dwar ċerti ġobniet mill-Komunità impurtati ġewwa l-Isvizzera; billi l-oriġini ta’ dawk il-prodotti mill-Komunità għandha tkun garantita; billi, għal dak l-iskop, liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu tassattivi għal ġobniet kollha esportati taħt dawn l-arranġamenti, inkluż ġobon li dwaru rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet mhumiex pagabbli; billi liċenzji għandhom jinħarġu suġġetti għal preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni mill-esportatur li jiċċertifika l-oriġini mill-Komunità tal-prodott.

(20) Billi l-Komunità għandha l-għażla li tindika liema importaturi jistgħu jimpurtaw ġobon tal-Komunità ġewwa l-Istati Uniti taħt il-kwoti addizzjonali li jinsabu fil-Ftehim dwar l-Agrikultura; billi dan jippermetti lill-Komunità li timmassimizza l-valur tal-kwota; billi għandha għalhekk tiġi stabbilita proċedura biex jintgħażlu importaturi fuq il-bażi ta’ l-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għall-prodotti partikolari.

(21) Billi l-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Tmexxija ġenerali dwar rifużjonijiet ta’ esportazzjoni

Artikolu 1

1. Esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 li dwarhom rifużjoni ta’ esportazzjoni hi mitluba għandha tkun suġġetta għat-turija ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni, minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Ir-rifużjoni li għandha titħallas għandha tkun ir-rata valida fil-ġurnata li tkun saret l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ esportazzjoni jew, meta jkun il-każ, il-liċenzja proviżorja.

2. Taqsima 7 ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandha turi n-numru tal-kodiċi tal-pajjiż destinatarju kif imsemmi fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2317/97 [11].

3. Applikazzjonijiet għal liċenza li, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 15 ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88, saru fil-ġurnata tal-Ħamis, għandhom jitqiesu li jkunu saru fil-ġurnata tax-xogħol ta’ wara.

Artikolu 2

Rifużjonijiet għandhom jingħataw mat-turija ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni.

Bħala deroga mill-Artikolu 2a tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, iżda, m’għandha tkun meħtieġa l-ebda liċenzja:

(a) meta r-rifużjoni għal dikjarazzjoni dwar esportazzjoni, ikkalkulata fuq il-bażi tar-rifużjoni applikabbli fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ esportazzjoni, mhix aktar minn EUR 60;

(b) fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 34, 38, 42, 43 u 44(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tieni paragrafu, fejn hemm imdaħħla diversi kodiċi separati fin-nomenklatura dwar rifużjonijiet, kif stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3846/87 [12], jew in-Nomenklatura Magħduda kif imdaħħla f’dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-partikolaritajiet li jirreferu għal kull kodiċi għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu dikjarazzjoni separata.

Artikolu 3

L-ebda rifużjoni m’għandha tingħata dwar esportazzjonijiet ta’ ġobon fejn il-prezz li jkun free-at-frontier qabel l-applikazzjoni għar-rifużjoni fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni jkun anqas minn EUR 230 kull 100 kilogrammi.

Iżda, l-ewwel paragrafu ma japplikax għal ġobon kopert bil-kodiċi 040690339919 għan-nomenklatura dwar rifużjonijiet.

Artikolu 4

1. L-erba’ kategoriji ta’ prodotti għall-finijiet tal-Ftehim dwar l-Agrikultura għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta’ hawnhekk.

2. It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13a tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma japplikax għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, il-gruppi ta’ prodotti skond it-tifsira ta’ punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 5

1. It-Taqsima 16 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura għal rifużjonijiet. Liċenzji għandhom ikunu validi għal dak il-prodott biss minbarra fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3.

2. Għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0401, 0402, 0403, 0404, 0405 u 2309, dawk li jkollhom liċenzja jistgħu, fuq talba, jiksbu bidla fil-kodiċi fl-Artikolu 16 tal-liċenzja ta’ esportazzjoni għal kodiċi oħra fl-istess kategorija, kif imsemmi fl-Anness I, fejn ir-rifużjoni tkun l-istess. Dawk it-talbiet għandhom isiru qabel it-tkomplija tal-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 jew 25 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

3. Bħala deroga minn punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, liċenzji ta’ esportazzjoni b’iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni għandhom ikunu validi wkoll għal esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi bi 12-il ċifra minbarra dak imdaħħal fit-Taqsima 16 tal-liċenzja jekk iż-żewġ prodotti huma fuq l-istess livell f’wieħed mill-gruppi stabbiliti fl-Anness II jew it-tnejn ikunu fi grupp 23.

4. F’każijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3, rifużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

Artikolu 6

Liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, sa:

(a) l-aħħar tas-sitt xahar wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 0402 10;

(b) l-aħħar tar-raba’ xahar wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 0405;

(ċ) l-aħħar tat-tieni xahar wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 0406;

(d) l-aħħar tar-raba’ xahar wara l-ħruġ għall-prodotti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68;

(e) id-data li sa fiha l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn sejħiet għal offerti skond l-Artikolu 8(1) għandhom ikunu osservati u sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tmien xahar wara l-ħruġ tal-liċenzja sħiħa msemmija fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 7

Bħala deroga mill-Artikoli 27(5) u 28(5) tar-Regolament (KEE) Nru No 3665/87, il-perijodu li matulu l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 jistgħu jibqgħu koperti mill-arranġamenti li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ( [13]) għandu jkun ugwali għall-bqija tal-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ esportazzjoni.

Artikolu 8

1. Fil-każ ta’ sejħa għal offerti maħruġa minn korp pubbliku f’pajjiż mhux membru kif imsemmi fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, minbarra sejħiet għal offerti dwar prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 0406, kummerċjanti jistgħu japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni proviżorja għall-ammont kopert mill-offerta tagħhom sakemm issir garanzija. Il-garanzija għal liċenzji proviżorji għandha tkun ugwali għal 75 % tar-rata stabbilita skond l-Artikolu 9.

Kummerċjanti għandhom jagħtu prova li l-korp hu pubbliku jew suġġett għal-liġi pubblika.

2. Liċenzji proviżorji għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol wara dak li fih issir l-applikazzjoni, sakemm il-miżuri speċjali msemmija fl-Artikolu 10(3) ma jkunux ġew adottati fil-frattemp.

3. Bħala deroga mill-Artikolu 44(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-perijodu sabiex tingħata l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu għandu jkun ta’ 60 jum. Qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, kummerċjanti għandhom japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni sħiħa, li għandha tinħareġ wara li tingħata prova li dawn ikunu rebħu kuntratt.

Mal-preżentazzjoni tal-provi li l-offerta ma tkunx ġiet milqugħa jew li l-ammont mogħti mill-kuntratt ikun anqas minn kif indikat fil-liċenzja proviżorja, il-garanzija kollha jew parti minnha għandha tiġi rrilaxxata kif xieraq.

4. Applikazzjonijiet għal liċenzja msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88.

5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitlu, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 10, għandhom japplikaw għal liċenzji sħaħ.

Artikolu 9

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandha tkun daqs il-perċentwali tar-rifużjoni stabbilta għal kull kodiċi ta’ prodott applikabbli fil-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ esportazzjoni, kif ġej:

(a) 5 % għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0405;

(b) l5 % għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0402 10;

(ċ) 30 % għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406;

(d) 20 % għal prodotti oħra.

L-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun dak ikkalkulat għall-ammont totali tal-prodott partikolari minbarra prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud.

Għal prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud, l-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun daqs l-ammont totali tal-prodott kollu partikolari, immultiplikat bir-rata tar-rifużjoni applikabbli kull kilogramma ta’ prodott tal-ħalib.

Artikolu 10

1. Liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu maħruġa fil-ħames jum tax-xogħol wara l-jum li fih isiru applikazzjonijiet, sakemm l-ammonti li għalihom isiru applikazzjonijiet għal liċenzji jkunu ġew ikkomunikati skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 210/69 [14] u l-miżuri speċjali msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux ġew adottati fil-frattemp.

2. Tista’ tittieħed deċiżjoni biex jiġu adottati wieħed jew aktar mill-miżuri speċjali li jinsabu fil-paragrafu 3 fejn:

(a) il-ħruġ tal-liċenzji li għalihom tkun saret applikazzjoni jidher li x’aktarx jirriżulta f’eċċess tar-riżorsi ta’ l-estimi disponibbli jew fl-eżawriment ta’ l-ammonti massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni matul il-perjodu ta’ 12-il xahar parikolari jew f’perjodu iqsar li jiġi stabbilit bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11;

jew

(b) il-ħruġ tal-liċenzji li għalihom issir applikazzjoni ma jippermettix il-kontinwità ta’ esportazzjonijiet li jkunu garantiti matul il-bqija tal-perijodu partikolari.

Għall-finijiet ta’ l-ewwel sub-paragrafu, għandu jitqies, għar-rigward tal-prodott partikolari, ta’:

(a) in-natura staġjonali tal-kummerċ, is-sitwazzjoni tas-suq u b’mod partikolari x-xejra fil-prezzijiet fis-suq u l-kundizzjonijiet ta’ esportazzjoni li jirriżultaw minn dawn;

(b) il-ħtieġa li ma titħalliex li l-ispekulazzjoni tgħarraq il-kompetizzjoni bejn kummerċjanti.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, għall-prodott jew prodotti partikolari:

(a) li tissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji għal massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol;

(b) li tapplika koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għall-ammonti mitluba. Meta koeffiċjenti ta’ anqas minn 0,4 hi applikata għall-ammonti mitluba, applikanti jistgħu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-koeffiċjenti, jitolbu t-tħassir ta’ l-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja u l-irtirar tal-garanzija li jkunu għamlu.

Barra minn dan, skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi:

(a) li tissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji għall-prodott jew prodotti partikolari, mingħajr preġudizzju għall-ewwel inċiz ta’ (a), għal perijodu li jeċċedi ħamest ijiem tax-xogħol;

(b) fl-aħħar tal-perijodu ta’ sospensjoni, li tistabbilixxi rifużjonijiet permezz ta’ sejħa għal offerti għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0402 10 19, 0405 10 90, 0405 90 10, 0405 90 90 u 0405 10 19. Il-liċenzji rilevanti għandhom imbagħad jinħarġu.

4. Applikazzjonijiet għal liċenzja mogħtija matul il-perijodu ta’ sospensjoni m’għandhomx jiġu aċċettati.

Artikolu 11

Meta l-ammont totali kopert mill-applikazzjonijiet li jkunu saru għal liċenzja ikun tali li jkun hemm riskju ta’ eżawriment bikri ta’ l-ammonti massimi li jistgħu jiġu esportati permezz ta’ rifużjoni matul il-perijodu tat-12-il xahar partikolari, l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, li talloka dawk l-ammonti massimi fuq perjodi li għandhom jiġu stabbiliti.

Artikolu 12

1. Meta l-ammont esportat jeċċedi dak muri fil-liċenzja, l-ebda rifużjoni m’għandha titħallas fuq dak li jifdal żejjed.

Għal dak l-għan, l-Artikolu 22 ta’ liċenzji għandu jkollu l-kliem: "Pagament tar-rifużjoni ristrett għall-ammont muri fl-Artikoli 17 u 18".

2. Bħala deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8(5) u 33(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 dwar tolleranzi għal ammonti esportati, għandhom japplikaw ir-rati li ġejjin:

(a) ir-rata li tinsab fl-Artikolu 8(5) għandha tkun ta’ 2 %;

(b) ir-rata li tinsab fl-Artikolu 33(2), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, għandha tkun ta’ 98 %;

(ċ) ir-rata li tinsab fl-Artikolu 33(2), it-tielet sub-paragrafu, għandha tkun ta’ 2 %.

L-Artikolu 44(9)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m’għandux japplika.

Artikolu 13

1. L-Artikolu 10 ma japplikax għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għal fornimenti ta’ għajnuna dwar l-ikel skond l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikultura.

2. Ir-rata ta’ rifużjoni applikabbli għal fornimenti ta’ għajnuna dwar ikel għandha tkun dik applikabbli fil-jum li l-Istat Membru jagħmel is-sejħa għal offerti għall-fornimenti ta’ għajnuna dwar ikel.

Artikolu 14

Il-pajjiż destinatarju msemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun destinazzjoni li hi tassattiva għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 għal liċenzji maħruġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1. Għal liċenzji maħruġa għal prodotti koperti bil-kodiċi NM code 0406, il-kliem li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 20 ta’ l-applikazzjonijiet u l-liċenzji:

"Liċenzja valida għal żona… kif imfisser fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999."

Iż-żona indikata għandha tkun iż-żona, kif imfissra fil-paragrafu 3, li għaliha jappartjeni l-pajjiż destinatarju indikat fl-Artikolu 7 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja.

2. Iż-żona kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun destinazzjoni tassattiva għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87.

L-ebda rifużjoni m’għandha titħallas fejn id-destinazzjoni attwali tkun żona minbarra dik indikata fl-applikazzjoni għal liċenzja u fil-liċenzja.

3. Iż-żoni li ġejjin huma mfissra għall-finijiet tal-paragrafu 1:

Żona I : kodiċi tad-destinazzjoni 053 sa 096 (inklusivi);

Żona II : kodiċi tad-destinazzjoni 400;

Żona III : il-kodiċi tad-destinazzjoni l-oħrajn kollha.

Artikolu 16

1. Għal prodotti tal-ħalib li jkollhom zokkor miżjud, ir-rifużjoni għandha tkun daqs it-total tal- komponenti li ġejjin:

(a) komponent li jirrappreżenta l-ammont ta’ prodott tal-ħalib;

(b) komponent li jirrappreżenta l-ammont ta’ sukrożi miżjuda, sa massimu ta’ 43 % tal-piż tal-prodott sħiħ.

Iżda, l-komponent imsemmi f’(b) japplika biss jekk is-sukrożi miżjud tkun magħmulha mill-pitravi jew kannamieli mkabbrin fil-Komunità.

2. Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont bażiku tar-rifużjoni mal-kontenut tal-prodott tal-ħalib tal-prodott sħiħ.

L-ammont bażiku msemmi fl-ewwel sub-paragrafu għandu jkun ir-rifużjoni ta’ kilogramma ta’ prodott tal-ħalib li jinsab fil-prodott sħiħ.

3. Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-kontentut ta’ sukrożi tal-prodott sħiħ, sa massimu ta’ 43 %, ma’ l-ammont bażiku tar-rifużjoni applikabbli fil-jum li ssir l-applikazzjoni għal liċenzja għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 [15].

Iżda, l-komponent ta’ sukrożi m’għandhux jitqies meta l-ammont bażiku tar-rifużjoni għall-kontenut ta’ prodott tal-ħalib imsemmi fit-tieni sub-paragrafu ta’ paragrafu 2 ikun żero.

4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), sukrożi għandha tkun trattata bħala sukrożi manifatturata minn pitravi jew kannamieli imkabbrin fil-Komunità jekk dan ikun ġie:

(a) impurtat ġewwa l-Komunità taħt il-Protokoll 8 dwar zokkor anness mal-Konvenzjoni ACP-KEE Lomé [16], jew il-Ftehim dwar kannamieli bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja [17];

(b) miksub minn prodotti impurtati taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija f’(a).

Artikolu 17

1. Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ esportazzjoni għal ħalib u prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 30 skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 għandhom ikollhom magħhom l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-arranġamenti doganali partikolari.

2. It-Taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandha tinkludi referenza għal dan l-Artikolu.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa taħt l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 biex jidentifikaw u jivverifikaw il-kwalità u l-ammont ta’ prodotti msemmija f’dak il-paragrafu li dwarhom tkun ġiet applikata rifużjoni u biex japplikaw id-disposizzjonijiet dwar l-intitolament għar-rifużjoni.

KAPITOLU II

Arranġamenti speċifiċi

Artikolu 18

1. Liċenzja ta’ esportazzjoni tkun meħtieġa għall-esportazzjonijiet kollha ta’ ġobon lejn il-Kanada skond il-kwota msemmija fil-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada.

2. Applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandhom juru:

(a) Fit-taqsima 7, il-kliem "KANADA - 404";

(b) Fit-Taqsima 15, id-deskrizzjoni b’sitt ċifri ta’ l-oġġetti skond in-Nomenklatura Magħduda għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 10, 0406 20, 0406 30 u 0406 40 u d-deskrizzjoni bi tmien ċifri għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 90. It-Taqsima 15 ta’ applikazzjonijiet u liċenzji tista’ jkollha mhux aktar minn sitt prodotti hekk deskritti;

(ċ) Fit-Taqsima 16, il-kodiċi NM bi tmien ċifri u l-ammont f’kilogrammi għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu15. Il-liċenzja tkun valida biss għall-prodotti u ammonti hekk stabbiliti;

(d) fit-Taqsimiet 17 u 18, l-ammont totali ta’ prodotti msemmija fit-Taqsima 16;

(e) fit-Taqsima 20, il-kliem li ġej:

"Ġobon għal esportazzjoni diretta lejn il-Kanada. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999. Kwota għal… (sena)"

jew, skond il-każ,

"Ġobon għal esportazzjoni diretta/via New York lejn il-Kanada. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999. Kwota għal… (sena)."

Meta ġobon ikun ittrasportat lejn il-Kanada permezz ta’ terzi pajjiżi Ewropej, dawk il-pajjiżi għandhom ikunu indikati minflok, jew flimkien ma’, referenza għal New York;

(f) fit-Taqsima 22, il-kliem "mingħajr rifużjoni ta’ esportazzjoni’".

3. Applikazzjonijiet għal liċenzja jkunu ammissibbli biss meta applikanti:

(a) jiddikjaraw bil-miktub li l-materjal kollu li jinsab fil-Kapitlu 4 tan-Nomenklatura Magħduda u użat fil-manifattura ta’ prodotti inklużi fl-applikazzjoni tagħhom ikunu ġew prodotti kollha ġewwa l-Komunità;

(b) jiggarantixxu bil-miktub li jipprovdu, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kull ġustifikazzjoni oħra li dawn ta’ l-aħħar jikkunsidraw meħtieġa għall-ħruġ ta’ liċenzji u li jaċċettaw, meta jkun il-każ, kull sorveljar minn dawk l-awtoritajiet dwar il-kontabbiltà u kondizzjonijiet ta’ manifattura tal-prodotti partikolari.

4. Liċenzji għandhom ikunu maħruġa minnufih wara li jkunu saru l-applikazzjonijiet. Fuq talba ta’ l-applikanti, għandha tinħareġ kopja ċertifikata tal-liċenzja.

5. Liċenzji jkunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 sal-31 ta’ Diċembru wara dik id-data.

Intant, liċenzji jistgħu jinħarġu mill-20 ta’ Diċembru u jkunu validi mill-l ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara sakemm il-kliem "kwota għal… (sena)" fl-Artikolu 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja jirreferu għas-sena ta’ wara.

6. Dawk li jkollhom liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jassiguraw li l-liċenzja jew kopja tagħha ċertifikata:

(a) tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti Kanadiża fil-jum li fih isiru l-formalitajiet doganali dwar importazzjoni;

(b) tiġi rritornata, timbrata mill-awtorità kompetenti Kanadiża, lill-entità li tkun ħarġitha fi żmien xahrejn mid-data msemmija f’(a).

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu jkun imħares.

7. Bħala deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzji ma jkunux trasferibbli.

8. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tirrapporta lill-Kummissjoni, skond l-Anness IV, qabel it-tmiem ta’ Jannar għall-perijodu ta’ sitt xhur ta’ qabel u qabel l-aħħar ta’ Lulju għas-sena ta’ kwota preċedenti, in-numru ta’ liċenzji maħruġa u l-ammont ta’ ġobon partikolari, flimkien man-numru ta’ liċenzji ttimbrati mill-awtoritajiet Kanadiżi u mogħtija mid-dikjarant u l-ammont partikolari.

9. Kapitolu I ma japplikax.

Artikolu 19

1. Liċenzja ta’ esportazzjoni lejn l-Isvizzera hi meħtieġa għal esportazzjonijiet ta’ ġobon elenkati fl-Anness III, li jkunu eliġibbli għal eżenzjoni minn jew tnaqqis fid-dazji doganali dwar importazzjoni f’dak il-pajjiż.

2. It-Taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandha tinkludi l-kliem "L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999".

Liċenzji maħruġa taħt dan l-Artikolu huma validi biss għall-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Applikazzjonijiet għal liċenzja jkunu ammissibbli biss meta applikanti:

(a) jiddikjaraw bil-miktub li l-materjal kollu kopert fil-Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Magħduda u użat fil-manifattura ta’ prodotti koperti bl-applikazzjoni tagħhom ikun ġie prodott kollu kemm hu ġewwa l-Komunità;

(b) jiggarantixxu bil-miktub li jipprovdu, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kull ġustifikazzjoni oħra li dawn ta’ l-aħħar jikkunsidraw meħtieġa għall-ħruġ ta’ liċenzji u li jaċċettaw, meta jkun il-każ, kull sorveljar minn dawk l-awtoritajiet tal-kontabbiltà u kondizzjonijiet ta’ manifattura tal-prodotti partikolari.

4. Kapitlu I japplika għal esportazzjonijiet koperti b’applikazzjonijiet għal rifużjonijiet.

5. Fil-każ ta’ esportazzjonijiet li ma jkunux koperti b’applikazzjonijiet għal rifużjoni, it-Taqsima 22 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji għandha tinkludi l-kliem "Mingħajr rifużjoni ta’ esportazzjoni".

Liċenzji għandhom jinħarġu kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu saru applikazzjonijiet.

Liċenzji jkunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara.

6. Bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 5(1), id-disposizzjonijiet ta’ Kapitlu I ma japplikawx għall-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.

Għal ġobon mhux inkluż fin-nomenklatura dwar rifużjoni, iżda l-kodiċi bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħduda għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 16 ta’ applikazzjonijet għal liċenzja u liċenzji.

7. Kopji ċertifikati ta’ liċenzji għandhom jinħarġu lill-applikanti wara talba.

Artikolu 20

1. Skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li liċenzji ta’ esportazzjoni għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 dwar esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala parti mill-kwota addizzjonali taħt il-Ftehim dwar l-Agrikultura u l-kwoti ta’ tariffi li oriġinalment irriżultaw mit-Tokyo Round u mogħtija lill-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mill-Istati Uniti fl-Uruguay Round lista XX għandhom jinħarġu skond il-paragrafi 2 sa 11.

2. Kummerċjanti jistgħu japplikaw, f’perijodu li jiġi stabbilit, għal liċenzja ta’ esportazzjoni proviżorja għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 matul is-sena kalendarja ta’ wara, sakemm issir garanzija ugwali għal 50 % tar-rata stabbilita skond l-Artikolu 9.

Kummerċjanti għandhom fl-istess ħin jindikaw:

(a) id-deskrizzjoni tal-grupp ta’ prodott kopert mill-kwota ta’ l-Istati Uniti skond in-Noti Addizzjonali 16 sa 23 u 25 fil-Kapitlu 4 ta’ l-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (il-verżjoni l-aktar riċenti);

(b) l-isem tal-prodotti skond l-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (il-verżjoni l-aktar riċenti);

(ċ) l-ammont ta’ prodotti li dwarhom liċenzji proviżorji jkunu mfittxija għal li jkunu esportaw lejn l-Istati Uniti matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Għal dan l-għan, il-kummerċjant li ismu jidher fuq id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni rilevanti għandu jitqies bħala l-esportatur;

(d) l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur ġewwa l-Istati Uniti nnominat mill-applikant;

(e) jekk l-importatur hux sussidjarju ta’ l-applikant.

B’żieda ma’ dan, applikazzjonijiet għandhom ikollhom ċertifikat mill-importatur magħżul li jiċċertifika li hu jkun eliġibbli taħt ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Uniti dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bħala parti mill-kwota.

3. Meta applikazzjonijiet għal liċenzji proviżorji jkunu sottomessi għar-rigward ta’ ammont ta’ prodotti b’eċċess ta’ wieħed mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għas-sena partikolari, l-Kummissjoni tista’:

(a) talloka liċenzji proviżorji meta tikkunsidra l-ammont ta’ l-istess prodotti esportati għall-Istati Uniti fil-passat mill-applikant;

u/jew

(b) talloka liċenzji proviżorji bi preferenza għal applikanti li l-importaturi magħżula tagħhom ikunu sussidjarji;

u/jew

(ċ) tapplika koeffiċjenti mnaqqsa għall-ammonti li dwarhom tkun saret applikazzjoni.

4. Meta l-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti mnaqqsa tfisser l-allokazzjoni ta’ liċenzji proviżorji għal ammonti ta’ anqas minn 5 tunnellati, il-Kummissjoni tista’ talloka liċenzji billi ttellagħhom bix-xorti.

5. Meta jsiru applikazzjonijiet għal liċenzji proviżorji għal ammonti ta’ prodott li ma jeċċedix il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għas-sena partikolari, il-Kummissjoni tista’ talloka l-ammonti li jifdal lil applikanti bi proporzjon għall-ammonti li għalihom ikunu applikaw.

6. It-Taqsima 20 ta’ liċenzji proviżorji kif imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandha tinkludi dan li ġej:

"Liċenzja ta’ esportazzjoni proviżorja msemmija fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999: mhux validu għal esportazzjonijiet."

7. L-ismijiet ta’ importaturi magħżula minn kummerċjanti li jinħarġulhom liċenzji proviżorji għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti.

8. Fil-każ fejn liċenzja ta’ importazzjoni għall-ammonti partikolari ma tiġix allokata lill-importatur innominat minn operatur, f’ċirkostanzi li ma jħallux dubju dwar is-sinċerità dwar l-attestazzjoni msemmija fit-tielet sub-paragrafu tal-paragrafu 2, il-kummerċjant jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru biex jinnomina imporatur ieħor sakemm dan ta’ l-aħħar jidher fil-lista kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, skond il-paragrafu 7. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr bil-bidla ta’ l-importatur innominat u l-Kummissjoni għandha tavża bil-bidla lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti.

9. Għandhom jiġu rrilaxxati garanziji sħaħ jew f’parti fil-każ ta applikazzjonijiet li ma jiġux aċċettati jew għal kwantitajiet li jaqbżu l-limitu ta allokazzjoni.

10. Qabel it-tmiem tas-sena li dwarha liċenzji proviżorji jkunu nħarġu, il-kummerċjant għandu japplika għal liċenzja sħiħa, anki fejn hemm involuta parti minn kwantitajiet, u li għandha tinħareġ minnufih. Il-kliem li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja sħiħa u fil-liċenzja nfisha:

"Għal esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika: L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999."

Il-liċenzji sħaħ maħruġa għandhom ikunu validi għal esportazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għas-sena partikolari.

11. Bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 4 u 10, id-disposizzjonijiet ta Kapitlu I japplikaw għal liċenzji sħaħ.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ta’ l-aħħar

Artikolu 21

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3665/87 u (KEE) Nru 3719/88 għandhom japplikaw ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Ir-Regolament (KE) Nru 1466/95 qiegħed b’dan jiġi mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Ir-Regolament (KE) Nru 1466/95 għandu jibqa’ japplika għal liċenzji maħruġa dwar applikazzjonijiet magħmula qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Jannar 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

[3] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 22.

[4] ĠU L 275, ta'l-10.10.1998, p. 21.

[5] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 1.

[6] ĠU L 351, ta'l-14.12.1987, p. 1.

[7] ĠU L 291, tat-30.10.1998, p. 15.

[8] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[9] ĠU L 149, ta'l-20.5.1998, p. 11.

[10] ĠU L 334, tat-30.12.1995, p. 25.

[11] ĠU L 321, tal-21.11.1997, p. 19.

[12] ĠU L 366, ta'l-24.12.1987, p. 1.

[13] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[14] ĠU L 28, tal-5.2.1969, p. 1.

[15] ĠU L 177, ta'l-1.7.1981, p. 4.

[16] ĠU L 229, tas-17.8.1991, p. 3.

[17] ĠU L 190, tat-23.7.1975, p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kategoriji tal- prodott preskritti fl Artikolu 4(1)

Numru | Deskrizzjoni | Kodiċi NM |

I | Butir, xaħmijiet u żjut oħra miksuba mill-ħalib u spreads | 0405 10 0405 20 90 0405 90 |

II | Trab tal-ħalib xkumat | 0402 10 |

III | Ġobon u baqta | 0406 |

IV | Prodotti oħrajn tal-ħalib | 0401 0402 21 0402 29 0402 91 0402 99 0403 10 11 to 0403 10 39 0403 90 11 to 0403 90 69 0404 90 2309 10 15 2309 10 19 2309 10 39 2309 10 59 2309 10 70 2309 90 35 2309 90 39 2309 90 49 2309 90 59 2309 90 70 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Gruppi ta’ prodotti stabbiliti fl-Artikolu 4(3)

Grupp Nru | Kodiċi tal-prodott tal-ħalib (nomenklatura għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni) |

1 | 040110109000040120119100040120119500040120919100040120919500040130119100040130119400040130119700040130319100040130319400040130319700040130919100040130919400040130919700 |

2 | 040110909000040120199100040120199500040120999100040120999500040130199100040130199400040130199700040130399100040130399400040130399700040130999100040130999400040130999700 |

3 | 040221119200040221119300040221119500040221119900040221919100040221919200040221919300040221919400040221919500040221919600040221919700040221919900 |

4 | 040221179000040221199300040221199500040221199900040221999100040221999200040221999300040221999400040221999500040221999600040221999700040221999900 |

5 | 040229159200040229159300040229159500040229159900040229919100040229919500 |

6 | 040229199200040229199300040229199500040229199900040229999100040229999500 |

7 | 040291119110040291119120040291319100040291519000040291919000 |

8 | 040291119310040291119350040291119370040291319300040291519000040291919000 |

9 | 040291199110040291199120040291399100040291599000040291999000 |

10 | 040291199310040291199350040291199370040291399300040291599000040291999000 |

11 | 040299119110040299119130040299119150040299319110040299319300040299319500040299919000 |

12 | 040299119310040299119330040299119350040299319150040299319300040299319500040299919000 |

13 | 040299199110040299199130040299199150040299399110040299399300040299399500040299999000 |

14 | 040299199310040299199330040299199350040299399150040299399300040299399500040299999000 |

15 | 040310119400040310119800040310139800040310199800 |

16 | 040310319400040310319800040310339800040310399800 |

17 | 040390119000040390139200040390139300040390139500040390139900040390199000 |

18 | 040390319000040390339200040390339300040390339500040390339900040390399000 |

19 | 040390519100040390519300040390539000040390599110040390599140040390599170040390599310040390599340040390599370040390599510040390599540040390599570 |

20 | 040390619100040390619300040390639000040390699000 |

21 | 040490219100040490239120040490239130040490239140040490239150 |

22 | 040490819100040490839110040490839130040490839150040490839170 |

23 | 040510119500040510119700040510199500040510199700040510309100040510309300040510309500040510309700040510509100040510509300040510509500040510509700040510909000040520909500040520909700040590109000040590109000 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Svizzera

Prodotti msemmija fl-Artikolu 19(1)

Kodiċi NM | Deskrizzjoni (Nomenklatura ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni) |

0406 | Ħalib u baqta: |

ex04061020 | – – – – – Irkotta, immelħa |

040620 | – Ġobon maħkuk jew fi trab, tat-tipi kollha |

040630 | – Ġobon ta' l-ipproċessar, mhux maħkuk jew fi trab |

040640 | – Ġobon bil-vini blu |

ex040690 | – Ġobon ieħor: |

04069023 | – – – Edam |

04069025 | – – – Tilsit |

04069027 | – – – Butterkase |

04069061 | – – – – – – – Grana Padano, Parmigiano Reggiano |

04069063 | – – – – – – – Fiore Sardo, Pecorino |

04069069 | – – – – – – – Oħrajn |

04069073 | – – – – – – – Provolone |

ex04069075 | – – – – – – – Asiago, Caciocavallo, Montasio |

04069076 | – – – – – – – Danbo, Fontal, Fontina, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø |

04069078 | – – – – – – – Gouda |

ex04069079 | – – – – – – – Esrom, Italico, Saint-Nectaire, Saint-Paulin |

ex04069087 | – – – – – Idiazabal, Manchego, Roncal, manifatturat esklussivament mill-halib tan-naghag |

ex040690 | – Elbo, Galantine, Molbo, Mimolette, Tybo |

ex040690 | – Gobon iehor, b'kontenut tax-xaham ta' 30 % jew izjed fil-piz f'materja niexfa u b'kontenut ta' l-ilma fil-piz fil-materja mhux grassa li teccedi52 % imma ma taqbizx 67 % |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top