This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0767
1999/767/EC: Commission Decision of 17 November 1999 repealing Decision 98/407/EC concerning certain protective measures with regard to bivalve molluscs and fishery products originating or proceeding from Turkey and amending the Decisions 94/777/EC and 94/778/EC (notified under document number C(1999) 3761) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 1999 li tħassar id-Deċiżjoni 98/407/KE li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi dwar molluski bivalvi u prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin jew jipproċedu mit-Turkija u li temenda d-Deċiżjonijiet 94/777/KE u 94/778/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 3761)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 1999 li tħassar id-Deċiżjoni 98/407/KE li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi dwar molluski bivalvi u prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin jew jipproċedu mit-Turkija u li temenda d-Deċiżjonijiet 94/777/KE u 94/778/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 3761)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 302, 25.11.1999, p. 26–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994D0777 | Sostituzzjoni | anness B | ||
Modifies | 31994D0777 | Sostituzzjoni | anness C | ||
Modifies | 31994D0778 | Sostituzzjoni | anness B | ||
Repeal | 31998D0407 | ||||
Implicit repeal | 31999D0002 | 19/11/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006R1664 | 01/05/2007 |
Official Journal L 302 , 25/11/1999 P. 0026 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 1999 li tħassar id-Deċiżjoni 98/407/KE li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi dwar molluski bivalvi u prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin jew jipproċedu mit-Turkija u li temenda d-Deċiżjonijiet 94/777/KE u 94/778/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 3761) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (1999/767/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) miġjub fiha, Billi: (1) wara r-riżultati ta’ żjara ta’ spezzjoni veterinarja fit-Turkija, il-Kumissjoni adottat id-Deċiżjoni 98/407/KE dwar ċerti miżuri protettivi dwar molluski bivalvi u prodotti oħra tas-sajd li joriġinaw jew jipproċedu mit-Turkija [2]. (2) wara l-miżuri protettivi u l-garanziji tas-saħħa provduti mill-awtoritajiet Torok il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 1999/2/KE [3] li tibdel id-Deċiżjoni 98/407/KE biex tkun tista’ tippermetti li tibda mill-ġdid l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mit-Turkija. (3) ir-riżultati ta’ żjara ta’ spezzjoni ġdida u l-garanziji tas-saħħa provduti mill-awtoritajiet Torok huma suffiċjenti biex issa jippermettu l-bidu mill-ġdid ta’ l-importazzjoni ta’ molluski bilvavli, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar, fl-għamliet kollha li joriġinaw jew jipproċedu mit-Turkija. (4) wara r-riżultati taż-żjara ta’ spezzjoni huwa meħtieġ li tkun modifikata l-lista taż-żoni ta’ produzzjoni u taċ-ċentri ta’ dispaċċ magħżula, rispettivament bl-Anness B u l-Anness Ċ li jinsabu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/777/KE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/31/KE [5]. Huwa wkoll meħtieġ li tkun modifikata l-lista ta’ stabbilimenti magħżula bl-Anness B li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/778/KE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/31/KE; (5) il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 98/407/KE hija mħassra. Artikolu 2 L-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni preżenti jossotitwixxi l-Anness B li jinsab mad-Deċiżjoni 94/777/KE. Artikolu 3 L-Anness B li jinsab mad-Deċiżjoni preżenti jissostitwixxi l-Anness Ċ li jinsab mad-Deċiżjoni 94/777/KE. Artikolu 4 L-Anness Ċ li jinsab mad-Deċiżjoni preżenti jissostitwixxi l-Anness B li jinsab mad-Deċiżjoni 94/778/KE. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 1999. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. [2] ĠU L 180, ta’ l-24.6.1998, p. 15. [3] ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 5. [4] ĠU L 312, tas-6.12.1994, p. 35. [5] ĠU L 9, tat-12.1.1996, p. 6. [6] ĠU L 312, tas-6.12.1994, p. 40. -------------------------------------------------- ANNESS A ANNESS B ŻONI TA' PRODUZZJONI LI JIKKONFORMAW MAL-ĦTIĠIET PRESKRITTI FIL-KAPITOLU I (1)(a) TA' L-ANNESS LI JINSAB MAD-DIRETTIVA 91/492/KEE Numru | Isem | I | AYVALIK | II | ÇANAKKALE | ŻONI TA' PRODUZZJONI LI TIKKONFORMA MAL-ĦTIĠIET PRESKRITTI FIL-KAPITOLU I (1)(b) TA' L-ANNESS LI JINSAB MAD-DIRETTIVA 91/492/KEE Numru | Isem | IV | Il-Punent tal-Baħar l-Iswed | V | Iċentru tal-Baħar l-Iswed | -------------------------------------------------- ANNESS B ANNESS Ċ LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ MOLLUSKI BILVALVI ĦAJJIN LILL-KOMUNITÀ EWROPEA Numru | Isem | Indirizz | TR 10 60 205 | ARTUR BALIKCILIK LTD STI SU URUNLERI DEZENFEKTE VE ARITMA TESISLERI | AYVALIK-BALIKESIR | TR 17 60 183 | YAVUZ MILDON DENIZ UR SAN. VE TIC. LTD STI | GELIBOLU-CANAKKALE | TR 10 60 318 | ADA DIS TIC. LTD STI | AYVALIK-BALIKESIR | TR 34 60 140 | ALTINEL/MIN - TUR PAZ. TIC. LTD STI | SARIYER ISTANBUL | -------------------------------------------------- ANNESS Ċ ANNESS B LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ MOLLUSKI BIVALVI PROĊESSATI JEW IFFRIŻATI LILL-KOMUNITÀ EWROPEA Numru | Isem | Indirizz | Kategorija | TR 10 70 205 | ARTUR BALIKÇILIK LTD STI SU ÜRÜNLERI DEZENFEKTE VE ARITMA TESISLERI | AYVALIK-BALIKESIR | PP | TR 16 70 301 | KERVITAS-MERSU-ANCOKER SU ÜRL. SAN. TIC.A.S. | AKÇALAR-BURSA | PP | TR 17 70 181 | DARDANEL-ÖNENTAS GIDA SAN. A.S. | ÇANNAKALE | PP | TR 17 70 110 | MARSAN-MARMARA GIDA MAD. IMAL. SAN. VE TIC. A.S. | ECCABAT-ÇANNAKALE | PP | TR 17 70 129 | ULUBAY SOGUK DEPO ISI. VE TIC. LTD/STI | LAPSEKI-ÇANNAKALE | PP | TR 47 70 370 | VAROLLAR GIDA SAN. TIC. A.S. | SILE-ISTANBUL | PP | TR 47 70 430 | MAZLUMOGLU DIS TIC. TUR. YUK. NAK. PAZ. A.S. | SILIVRI-ISTANBUL | PP | TR 35 70 429 | CESURLAR BALIK MARKET | TORBALI-IZMIR | PP | TR 52 70 157 | ASPRA SU URL. TIC VE SAN. LTD. STI | FATSA-ORDU | PP | TR 55 70 376 | IPEK SU ÜRÜNLERI VE GIDA MAD. SAN. LTD STI | YAKAKENT-SAMSUN | PP | TR 34 70 140 | ALTINEL/NIM - TUR PAZ TIC LTD STI | SARIYER-ISTANBUL | PP | TR 34 70 (90) 398 | AQUA DEN. PET. NAC. TIS. DIS TIC. A.S. | KADIKÖY-ISTANBUL | FV | --------------------------------------------------