This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0692
1999/692/EC, ECSC, Euratom: Council Decision of 20 October 1999 determining the appointing authority for the General Secretariat of the Council
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1999 li tistabbilixxi l-awtorità li taħtar is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1999 li tistabbilixxi l-awtorità li taħtar is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
ĠU L 273, 23.10.1999, p. 12–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2006; Imħassar b' 32006D0491
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31963D0002 | ||||
Repeal | 31963D0009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32006D0491 |
Official Journal L 273 , 23/10/1999 P. 0012 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1999 li tistabbilixxi l-awtorità li taħtar is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (1999/692/KE, KEFA, Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra r-Regolamenti dwar il-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet, kif stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 [1], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 1238/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 2 ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 ta' dawk il-kondizzjonijiet, Billi: (1) Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 207(2) tat-Trattat tal-KE, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 30(2) tat-Trattat tal-KEFA u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 121(2) tat-Trattat ta' l-Euratom, kif emendat bit-Trattat ta' Amsterdam, li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1999, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiġi taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Ġenerali, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa bħala "is-Segretarju Ġenerali", assistit mill-Viċi Segretarju Ġenerali; (2) Deċiżjoni ġdida għandha tiġi adottata li tistabbilixxi l-awtorità li taħtar is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u biex tħassar id-Deċiżjonijiet 63/2/Euratom u 63/9/KEE [3], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal ta' uffiċjali fuq l-awtorità li taħtar u bil-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra fuq l-awtorità kompetenti biex tikkonkludi kuntratti tal-persunal għandhom, f'dak li jirrigrawda s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiġu eżerċitati: (a) mill-Kunsill għas-Segretarju Ġenerali u l-Viċi Segretarju Ġenerali; (b) mill-Kunsill, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, għall-applikazzjoni ta' uffiċjali jew impjegati oħra fi Grad 1 ta' Kategorija A ta' l-Artikolu 1, 13, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15, l-Artikolu 16, 22, 29, 30, 31, 32, 38, 41, 49, 50, 51, 78, 87, 88, 89 u 90; is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat biex jiddelega s-setgħa tiegħu li jipproponi lill-Viċi Segretarju Ġenerali; (ċ) mis-Segretarju Ġenerali f'każijiet oħra; is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Viċi Segretarju Ġenerali. Il-Viċi Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega s-setgħat delegati lilu mis-Segretarju Ġenerali lid-Direttur Ġenerali ta' l-Amministrazzjoni, fl-intier jew parti minnhom, għall-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra u l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali f'Kategoriji B, C u D. Tali delega ma tistax testendi għal xi setgħat delegati lilu dwar il-ħatra u t-terminazzjoni tas-servizz ta' uffiċjali u l-inġaġġ ta' impjegati oħra. Artikolu 2 Deċiżjonijiet 63/9/KEE u 63/2/Euratom huma b'dan imħassra. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ottubru 1999. Għall-Kunsill Il-President T. Halonen [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 150, 17.06.99, p. 1. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 1962 li tistabbilixxi l-awtorità li taħtar għas-Segretarjat tal-Kunsilli (ĠU C 5, tas-16.1.1963, p. 33 u p. 34). --------------------------------------------------