Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0613

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Settembru 1999 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Emirati Għarab Magħquda. (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2795)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 243, 15.9.1999, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/613/oj

    31999D0613



    Official Journal L 243 , 15/09/1999 P. 0012 - 0013


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-10 ta’ Settembru 1999

    li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Emirati Għarab Magħquda.

    (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2795)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (1999/613/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], kif l-aħħar emendata permezz ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(a) u 16 tagħha,

    (1) Billi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju u importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati fost l-oħrajn mill-Emirati Għarab Magħquda huma mniżżla rispettivament fid-Deċiżjoni 92/260/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/228/KE [3]; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/252/KE [5].

    (2) Billi wara t-tieni missjoni tal-Kummissjoni ta’ spezzjoni veterinarja fl-Emirati Għarab Magħquda is-sitwazzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali s-sitwazzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji u b’mod partkolari l-moviment ta’ equidae u l-istatus ta’ saħħa tagħhom huma suffiċjentement kontrollati.

    (3) Billi l-marda Afrikana taż-żwiemel qatt ma’ ġiet rappurtata fl-Emirati Għarab Magħquda u t-tilqim kontra din il-marda huwa projbit għal aktar minn sena; billi minbarra dan serje ta’ stħarriġ seroloġiku twettaq fuq it-territorju kollhu tal-pajjiż u r-riżultati sodisfaċenti ġew komunikati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

    (4) Billi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ equidae fil-pajjiż konċernat huma ta’ l-anqas stretti daqs il-kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ equidae fil-Komunità; billi għalhekk il-pajjiż għandu jitqies bħala li jipprovdi riskju baxx ta’ infiltrazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel minn barra.

    (5) Billi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom jiġu adottati skond il-qagħda ta’ saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiż terz konċernat; billi l-każ preżenti jirrelata biss ma’ żwiemel reġistrati li għandhom jiġu mportati temporanjament jew permanentement mill-Emirati Għarab Magħquda.

    (6) Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu hekk emendati.

    (7) Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

    1. L-ewwel inċiż fil-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "— jew

    - il-pajjiż ta’ dispaċċ, f’ċentru ta’ isolament (3)

    jew

    - l-Emirati Għarab Magħquda (AE), fi stabbilimenti maħsuba għal dan il-għan taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali (3)".

    2. Ir-raba’ inċiż fil-paragrafu (i) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "— test għall-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl-Anness D li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE jew

    - f’żewġ okkażjonijiet, imwettaq fuq kampjuni ta’ demm meħuda f’intervalli ta’ bejn 21 u 30 jum fuqw… (5) u fuq… (5), li t-tieni wieħed minhom għandu jkun ittieħed sa 10t ijiem mill-esportazzjoni (3), jew b’reazzjonijiet negattivi, jekk ma’ jkunx ġie mlaqqam (3) (4), jew mingħajr żieda fin-numru ta’ antikorpi, jekk ikun ġie mlaqqam (3) (4)

    jew

    - f’okkażjoni waħda, imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni fuq… (5) b’reazzjoni negattiva, jekk għandu jintbagħat mill-Emirarati Għarab Magħquda (AE) (3) (4);".

    3. "Emirati Għarab Magħquda (AE)" huwa miżjud fl-ordni tal-kodiċi ISO tal-pajjiż ma’ l-elenku ta’ pajjiżi terzi fl-aħħar inċiż tal-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikati ta’ saħħa ta’ l-annimali A, B, Ċ, D u E fl-Anness II.

    Artikolu 2

    Il-Kapitolu III taċ-ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali E fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat kif ġej:

    1. Il-paragrafu (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "(d) matul it-tliet xhur minnufih qabel l-esportazzjoni preċedenti (jew mit-twelid, jekk l-annimal ikun ta’ anqas minn tliet xhur, jew mid-dħul, jekk ikun ġie importat direttament mill-Komunità Ewropea matul it-tliet xhur ta’ qabel) ikun residenti f’azjendi taħt superviżjoni veterinarja fil-pajjiż ta’ dispaċċ u jkun inżamm f’ċentru ta’ iżolament approvat, imħares minn insetti li jġorru l-mard, jew

    - matul l-40 jum qabel ma’ jkunu telqu (3),

    jew

    - matul it-30 jum qabel ma’ jkunu telqu mill-Emirati Għarab Magħquda (AE) (3);".

    2. Il-paragrafu (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "(k) kien suġġett għall-test kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritta fl-Anness D li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE jew

    - f’żewġ okkażjonijiet, imwettaq fuq kampjuni ta’ demm meħuda f’intervalli ta’ bejn 21 u 30 jum fuq… (4) u fuq… (4), li t-tieni wieħed minnhom għandu jkun ittieħed fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni (3), jew b’reazzjonijiet negattivi, jekk ma jkunx ġie mlaqqam (3), jew b’żieda fin numru ta’ antikorpi, jekk ikun ġie mlaqqam (3)

    jew

    - f’okkażjoni waħda, imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 10t ijiem mill-esportazzjoni fuq… (4) b’reazzjoni negattiva, jekk għandu jintbagħat mill-Emirati Għarab Magħquda (EA) (3);".

    Artikolu 3

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [2] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

    [3] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 77.

    [4] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

    [5] ĠU L 96, ta’ l-10.4.1999, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top