Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0343

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/468 KE dwar it-tfassil ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tas-selvaġġina (notifikata bid-dokument numru C(1999) 1373)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 131, 27.5.1999, p. 70–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/343/oj

    31999D0343



    Official Journal L 131 , 27/05/1999 P. 0070 - 0071


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta’ Mejju 1999

    li temenda d-Deċiżjoni 97/468 KE dwar it-tfassil ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tas-selvaġġina

    (notifikata bid-dokument numru C(1999) 1373)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (1999/343/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kumitat Veterinarju Ewropew Permanenti,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jitfaslu, għal perjodu interim, listi proviżorji ta’ organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw xi prodotti li joriģinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

    (1) Billi listi proviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina ġew stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/EC [3];

    (2) Billi t-Tuniżija bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina u li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti jkunu skond ir-regoli tal-Komunita;

    (3) Billi lista proviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina tista titfassal għat-Tuniżija;

    (4) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Komunita

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    L-Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/468/KE.

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta’ Mejju 1999.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Mejju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.17.

    [2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p.36.

    [3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p.30.

    --------------------------------------------------

    ANNEXOBILAGANHANGΠAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANNEXOLIITEBILAGA

    "Pais: TUNEZLand: TUNESIENLand: TUNESIENXwpa: TYNHEIACountry: TUNISIA/Pays: TUNISIEPaese: TUNISIALand: TUNESIEPais: TUNISIAMaa: TUNISIALand: TUNISIEN

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

    G 001 | Sotex-Luda | La Mornaghia | | C" |

    --------------------------------------------------

    Top