Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0252

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/197/KEE dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ ekwidi reġistrati u ta’ ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni (notifikata bid-dokument numru C(1999) 754)Test b’rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 96, 10.4.1999, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/252/oj

31999D0252



Official Journal L 096 , 10/04/1999 P. 0031 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Marzu 1999

li temenda d-Deċiżjoni Nru 93/197/KEE dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ ekwidi reġistrati u ta’ ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 754)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(1999/252/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 15(a) u 16 tagħha,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 1999/236/KE [3], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ ekwidi reġistrati u ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni;

(2) Billi l-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertifikati tas-saħħa A, B, C, D u E fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/197/KEE ġie emendat bid-Deċiżjoni 93/510/KEE [4] sabiex jitħallew l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ekwidi reġistrati u ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni minn pajjiżi terzi qabel ma’ jiskadi l-perjodu mitlub ta’ residenza ta’ 90 jum qabel jintbgħatu, jekk dawn l-ekwidi kienu impurtati direttament fil-pajjiż terz minn fejn ikunu telqu minn Stati Membri matul dak il-perjodu;

(3) Billi, madankollu, l-allinjament tal-kliem korrispondenti fid-dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid ta’ l-annimal ekwin thalla barra; billi għalhekk għall-ġieħ taċ-ċarezza il-kliem tad-dikjarazzjoni għandu jiġi allinjat mal-kliem tal-paragrafu (d) tal-Kapitolu III ta’ l-Anness II, ċertifikati tas-saħħa A, B, C, D u E;

(4) Billi d-Deċiżjoni Nru 93/197/KEE għandha tiġi emendata skond dan;

(5) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 2 tad-dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant ta’ l-annimal fiċ-ċertifikati tas-saħħa A, B, C, D u E ta’ l-Anness II ta’ 93/197/KEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-annimal jew baqa’

f

(il-pajjiż ta’ l-esportazzjoni)

sa mit-twelid (3), jew ġie impurtat direttament minn Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej matul id-90 jum li għaddew (3), jew daħal fil-pajjiż esportatur mill-anqas 90 jum qabel din id-dikjarazzjoni (3)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[3] ĠU L 87, tal-31.3.1999, p. 13.

[4] ĠU L 238, tat-23.9.1993, p. 44.

--------------------------------------------------

Top