Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1680

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1680/98 tad-29 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-ammistrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, mkessħa w iffriżata u għal-laħam iffriżat tal-buflu u (KEE) Nru 139/81 li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu ċerti tipi ta' ċanga ffrizata u vitella taħt is-sottotitolu 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 212, 30.7.1998, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1680/oj

    31998R1680



    Official Journal L 212 , 30/07/1998 P. 0036 - 0036


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1680/98

    tad-29 ta' Lulju

    1998 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-ammistrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, mkessħa w iffriżata u għal-laħam iffriżat tal-buflu u (KEE) Nru 139/81 li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu ċerti tipi ta' ċanga ffrizata u vitella taħt is-sottotitolu 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi taċ-ċanga ta' kwalità għolja, mkessħa w iffriżata u għall-laħam tal-buflu ffriżat [1], hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1299/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u vitella [3], hekk kif emendat l-aħħar bir- Regolament (KE) Nru 2634/97 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi in-New Zealand innominat awtorità ġdida biex toħroġ attestati ta' awtentiċità; billi l-Anness II tar- Regolament (KE) Nru 936/97 għandu jiġi emendat minnħabba f'hekk;

    Billi l-importazzjoni ta' xi ċanga u vitella b'rati ta' dazju mnaqqsa skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 [5], kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1299/98, hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' attestati ta' awtentiċità maħruġa mill-pajjiżi nteressati; billi l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li toħroġ l-attestati fin-New Zealand għandha tiġi aġġornata;

    Billi l-proċedura li tirrevedi l-lista ta' awtoritajiet li joħorġu attestati ta' awtentiċità għandha tiġi standardizzata;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Laħam taċ-Canga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tar- Regolament (KE) Nru 936/97, "Il-Kumitat tal-Produtturi tal-Laħam tan-New Zealand" jinbidel għal "Il-Kumitat tal-Laħam tan-New Zealand".

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 139/81 huwa emendat kif gej:

    1. L-Artikolu 5(2) jinbidel b'dan li ġej:

    "2. Il-lista tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni meta kull awtorità emittenti ma tibqax magħrufa, meta tonqos milli tħares xi dmirijiet li jaqgħu fuqa jew meta tiġi nominata awtorità emittenti ġdida.";

    2. Fl-Anness II, "Il-Kumitat tal-Produtturi tal-Laħam tan-New Zealand" jinbidel għal "Il-Kumitat tal-Laħam tan-New Zealand".

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 137, tat-28.5.1997, p. 10

    [2] ĠU L 180, ta' l-24.6.1998, p. 6.

    [3] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [4] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 13.

    [5] ĠU L 15, tas-17.1.1981, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top