This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1449
Commission Regulation (EC) No 1449/98 of 7 July 1998 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 2847/93 as regards effort reports
Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1449/98 tas-7 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 fir-rigward tar-rapporti dwar il-ħidmiet
Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1449/98 tas-7 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 fir-rigward tar-rapporti dwar il-ħidmiet
ĠU L 192, 8.7.1998, p. 4–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2011; Imħassar b' 32011R0404
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31993R2847 | Implimentazzjoni | artikolu 19TER | 01/07/1998 | |
Implementation | 31993R2847 | Implimentazzjoni | artikolu 19QUATER | 01/07/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32011R0404 |
Official Journal L 192 , 08/07/1998 P. 0004 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1449/98 tas-7 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 fir-rigward tar-rapporti dwar il-ħidmiet IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2635/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 19b(4) tiegħu, Billi, skond l-Artikolu 19b(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 36, dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut tar-rapport magħruf bħala r-"rapport tal-ħidma" li għandhom jiġu kkomunikati mis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew mir-rappreżentanti tagħhom; Filwaqt li l-kontenut tar-rapport tal-ħidma jiddependi fuq jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità jidħolx fi, u/jew joħroġx minn, spazju tas-sajd definit fl-Artikolu 19a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, inkluż il-wasla fi u t-tluq minn port li jkun jinsab fi ħdan spazju tas-sajd bħal dan; Billi huwa neċessarju li jiġi żgurat li għandha tiġi kkomunikata xi informazzjoni meta rapport tal-ħidma jiġi trasmess permezz ta' VMS; Billi huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-format li għandu jiġi wżat għall-komunikazzjoni tar-rapport tal-ħidma permezz ta' VMS; Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi ftehim ma' l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tas-Sajd u ta' l-Akwakultura, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-preżentazzjoni tar-"rapport tal-ħidma" li għandu jiġi kkomunikat mis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, jew mir-rappreżentanti tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jistadu jew li marru jistadu fi spazju, skond l-Artikoli 19b u 19ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, f'rapport ta' ħidma: - il-post ġejografiku ta' fejn ikun jinsab bastiment għandu jiġi mfisser fi gradi u f'minuti ta' latitudni u lonġitudni, - żona għandha tkun żona kif definita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 [3] u għandha tiġi mfissra bl-użu tal-kodiċi għal żoni ta' ħidma definiti fl-Anness VIa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 [4] li jistabbilixxi regoli dettaljati għaż-żamma ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-ħut ta' l-Istati Membri, - il-ħin għandu jiġi mfisser bħala ħin universali (ĦUK), - fejn hija msemmija l-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi, l-ispeċi demersali soġġetti għall-QTP u l-kwoti li għandhom jiġu rreġistarti fil-logbook skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu kkomunikati b'mod individwali f'kilogrammi ta' piż ħaj; l-ispeċi l-oħra kollha miżmuma abbord għandhom jiġu kkomunikati b'mod globali f'kilogrammi ta' piż ħaj; il-kwantitajiet irrapportati għandhom ikunu l-kwantitajiet totali ta' kull speċi miżmuma abbord fil-ħin tal-komunikazzjoni tar-rapport tal-ħidma, - l-ispeċi li għandhom jiġu kkomunikati huma identifikati mill-kodiċi FAO li huwa msemmi fil-logbook. L-Artikolu 3 1. Ir-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel dħul f'żona jew ħruġ minn port, għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja: - l-intestatura "RAPPORT TAL-ĦIDMA — DĦUL", - l-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sejħa internazzjonali ta' sinjal fuq ir-radju tal-bastiment, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-pożizzjoni ġejografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - iż-żona li jidħol fiha l-bastiment, - id-data u l-ħin mistennija tad-dħul f'dik iż-żona, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi, fil-każ ta' dħul f'żona biss, - fejn applikabbli, l-isem tal-port ta' ħruġ tal-bastiment. 2. Ir-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel ħruġ minn żona jew dħul f'port, għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja: - l-intestatura "RAPPORT TAL-ĦIDMA — ĦRUĠ", - l-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sejħa internazzjonali ta' sinjal fuq ir-radju tal-bastiment, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-pożizzjoni ġejografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - iż-żona li joħroġ minnha l-bastiment, - id-data u l-ħin mistennija tal-ħruġ minn dik iż-żona, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi, fil-każ ta' ħruġ miż-żona biss, - fejn applikabbli, l-isem tal-port ta' dħul tal-bastiment. 3. Fil-każ ta' dħul f'port, l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 2 tista' tiġi miżjuda man-notifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. 4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, ir-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel ħruġ minn żona u r-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel dħul f'żona ma' ġenbha, għandhom jiġu kkombinati f'rapport ta' ħidma wieħed, li għandu jżomm l-informazzjoni li ġejja: - l-intestatura "RAPPORT TAL-ĦIDMA — DĦUL", - l-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sejħa internazzjonali ta' sinjal fuq ir-radju tal-bastiment, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - l-żona ta' ħdejha li għandu jidħol fiha l-bastiment, - id-data u l-ħin mistennija tad-dħul f'dak l-ispazju, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi. L-Artikolu 4 1. Fejn bastiment li jkun qiegħed jagħmel sajd trans-żonali jaqsam il-linja li tifred ż-żoni iktar minn darba matul perjodu ta' 24 siegħa, sakemm jibqa' fi ħdan żona delimitata ta' ħames mili fuq kull naħa tal-linja bejn iż-żoni, ir-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel l-ewwel daħla f'żona u r-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat immedjatament qabel l-aħħar ħruġ minn żona, fi żmien dak il-perjodu ta' 24 siegħa, għandhom ikollhom l-informazzjoni li ġejja: - l-intestatura "RAPPORT TAL-ĦIDMA — TRANS-ŻONALI", - l-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sejħa internazzjonali ta' sinjal fuq ir-radju tal-bastiment, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - iż-żona li joħroġ minnha l-bastiment, - id-data u l-ħin tal-ħruġ mistennija minn dik iż-żona, - iż-żona(żoni) li jmiss(u) magħha li fiha(fihom) jidħol il-bastiment, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi. 2. Fejn sajdiet trans-żonali jiġu mwettqa fuq tul ta' iktar minn 24 siegħa, il-qabda miżmuma abbord għandha biss tiġi kkomunikata immedjatament qabel l-ewwel dħul fiż-żona u immedjatament qabel l-aħħar ħruġ miż-żona. L-Artikolu 5 1. Fejn bastiment tas-sajd tal-Komunità jqatta' inqas minn 72 siegħa fuq il-baħar, iżda matul dak il-ħin jiġu mwettqa attivitajiet tas-sajd fl-ibħra taħt il-kmand jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jew ta' Stati Membri għajr mill-Istat Membru tal-bandiera, ir-rapport tal-ħidma li għandu jintbagħat qabel it-tluq għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja: - l-intestatura "RAPPORT UNIKU TA' ĦIDMA", - l-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sejħa internazzjonali ta' sinjal fuq ir-radju tal-bastiment, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - iż-żona li jidħol fiha l-bastiment, - id-data u l-ħin tad-dħul mistennija f'dik iż-żona, - fejn applikabbli, iż-żoni ta' li jmissu magħha li fihom jidħol il-bastiment, - iż-żona li joħroġ minnha l-bastiment, - id-data u l-ħin tal-ħruġ mistennija minn dik iż-żona, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi, fil-ħin tat-tluq. 2. Jekk iseħħu tibdiliet fl-informazzjoni mogħtija, dawn għandhom jiġu nnotfikati immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti mis-sid tal-bastiment jew mir-rappreżentant tiegħu. L-Artikolu 6 Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom li jittrasmettu r-rapport tal-ħidma permezz ta' VMS, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/97 [5], għandhom jikkomunikaw immedjatament qabel dħul fi, u/jew ħruġ minn żona: - in-numru tar-reġistru tal-flotta interna tal-bastiment, - il-ħin u d-data li fihom jintbagħat ir-rapport tal-ħidma, - l-isem tas-sid tal-bastiment, - il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi. Il-format għall-komunikazzjoni permezz ta' VMS lill-Istat Membru tal-kosta huwa speċifikat fl-Anness. L-Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b'mod effettiv mill-1 ta' Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 261, tat-12.10.1993, p.1. [2] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 14. [3] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5. [4] ĠU L 276, ta' l-10.10.1983, p.1. [5] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 18. -------------------------------------------------- L-ANNESS Format għal skambju tad-data elettronika għat-trasmissjoni permezz ta' VMS It-Tabella 1. Tifsira ta' l-elementi tad-data obbligatorja Elementi tad-data | Kodiċi ta' l-oqsma | Wisa' massima | Obbligatorja/mhux obbligatorja | Tifsira/Osservazzjonijiet | Bidu tar-reġistru | SR | | O | | It-tip ta' messaġġ: | TM | 3 | O | Kodiċi; valur EFR | Nru Intern | IR | 12 | O | Dettalji tal-bastiment Numru intern tar-reġistrazzjoni tal-flotta | Hin | TI | 4 | O | Hin ta' meta għandu jintbagħat ir-reġistru (UTĊ) (ssmm) | Data | DA | 8 | O | Id-data ta' meta għandu jintbagħat ir-reġistru (ssss/xxgg) | Qabdiet fuq il-bastiment | CB | 3 + 7 | O | Qabdiet li jibqgħu fuq il-bastiment skond l-ispeċi (FAO 3-kodiċi ta' l-ispeċi alpha) bil-piż ħaj f'kilogrammi (f'numri); ħalli ħafna koppji ta' oqsma merfugħin għall-ispeċi u għall-piż, kull qasam għandu jkun separat bi spazju | Kaptan | MA | 30 | O | Isem tal-Kaptan tal-bastiment | Tmiem tar-reġistru | ER | | O | | It-Tabella 2. Tifsira ta' l-elementi tad-data mhux obbligatorja Elementi tad-data | Kodiċi ta' l-oqsma | Wisa' massima | Obbligatorja/mħux obbligatorja | Tifsira/Osservazzjonijiet | Stat Membru tal-Kosta | AD | 3 | O | Lil min hija indirizzat/a: Kodiċi tal-pajjiż Alpha-3 ISO | Identifikazzjoni fuq barra | XR | 14 | O | Dettalji tal-bastiment | Isem | NA | 40 | O | Dettalji tal-bastiment | Bandiera | FS | 3 | O | Dettalji tal-bastiment Stat tal-bandiera; Kodiċi tal-pajjiż Alpha-3 ISO | Radju Internazzjonali Sejħa Sinjal | RC | 7 | O | Dettalji tal-bastiment | Attività | AC | 6 | O | Kodiċi. L-attività li saret | Informazzjoni oħra | OI | 50 | O | Informazzjoni oħra mħux koperta fuq | Sett tal-Karattri: ISO 8859.1 It-trasmissjoni tad-data hija strutturata bil-mod li ġej: - slash doppju ("//") u kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta' element tad-data, - slash ("/") jifred il-kodiċi tas-settur u d-data. Elementi tad-data mhux obbligatorji għandhom jiġu mdaħħla bejn il-"Bidu tar-rekord" u t-"Tmiem tar-rekord". --------------------------------------------------