Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1396

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1396/98 tat-30 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivi proċeduri sabiex jiġi applikat fis-settur tal-laħam tat-tjur ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95

    ĠU L 187, 1.7.1998, p. 41–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Imħassar b' 32007R1383

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1396/oj

    31998R1396



    Official Journal L 187 , 01/07/1998 P. 0041 - 0045


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1396/98

    tat-30 ta' Ġunju 1998

    li jippreskrivi proċeduri sabiex jiġi applikat fis-settur tal-laħam tat-tjur ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta' April 1998 dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95 [1], u partikolarment l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2916/95 [3], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi d-Deċiżjoni Nru No 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli [4] li jistabbilixxi s-sistema ta' preferenzi li japplikaw għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija;

    Billi r-Regolament (KE) Nru 779/98 jiftaħ b'effett mill-1 ta' Jannar 1998 kwoti annwali ġodda tat-tariffa għal ċerti prodotti tal-laħam tat-tjur; billi l-kwoti jridu japplikaw għal perijodu indefinit taż-żmien;

    Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġu amministrati dawn l-arranġamenti permezz ta' liċenzi ta' importazzjoni; billi, għal dan l-iskop, minkejja l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u taċ-ċertifikati tal-fissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/98 [6], għandhom jiġu preskritti regoli dettaljati dwar is-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-partikolaritajiet li għandhom jidhru fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi; billi b'żieda ma' dan, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-liċenzi jinħarġu wara perijodu taż-żmien ta' konsiderazzjoni, sabiex, fejn meħtieġ, tiġi applikata rata singola ta' aċettazzjoni;

    Billi, sabiex jiġu żgurati importazzjonijiet regolari, l-kwantitajiet preskritti fl-Anness I ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu maqsuma matul is-sena;

    Billi, sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema, l-garanzija għal-liċenzi ta' importazzjoni għandha tiġi fissata għal 20 Ecu għal kull 100 kilogramma; billi, minħabba l-okkorenza possibbli ta' spekulazzjoni li qiegħda ġewwa s-sistema fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom jiġu preskritti kundizzjionjiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess tan-neguzjanti għas-sistema msemmija;

    Billi għandha tinġibed l-attenzjoni tan-neguzjanti għall-fatt illi l-liċenzi jistgħu jintużaw biss għall-prodotti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet kollha veterinarji fis-seħħ fil-Komunità;

    Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-importazzjonijiet kollha ġewwa l-Komunità ta' prodotti fil-gruppi riferiti fl-Anness I ma' dan ir-Regolament skond l-arranġamenti provvduti fir-Regolament (KE) Nru 779/98 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni.

    Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-arranġamenti u r-rati tad-dazju tad-dwana għandhom ikunu dawk elenkati fil-lista fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-kwoti riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu maqsuma kif ġej:

    - 25 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

    - 25 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju,

    - 25 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

    - 25 % fil-perijodu taż-żmien mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru.

    Artikolu 3

    Il-liċenzi ta' importazzjoni provvduti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li ġejjin:

    (a) l-applikanti għal-liċenzi ta' importazzjoni jridu jkunu persuni naturali jew legali li, fil-waqt tas-sottomissjoni ta' l-applikazjonijiet, jistgħu jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri illi kienu importaw jew esportaw mhux inqas minn 50 tunnellata metrika ta' prodotti li huma skond ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 f'kull waħda mis-sentejn kalendarjii ta' qabel is-sena li fiha tiġi depożitata l-applikazzjoni għal-liċenza. Iżda, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi ta' l-aħħar huma esklużi minn din is-sistema;

    (b) applikazzjoni għal-liċenza jista’ jkun fiha wieħed biss min-numri tal-grupp definit fl-Anness I miġjub hawn; tista’ tinvolvi numru ta' prodotti koperti b'kodiċijiet differenti tan-NM. F'dawn il-każi, il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jiġu indikati fi-taqsima 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fit-taqsima 15.

    Applikazzjoni għal-liċenza trid tkopri mill-inqas tunnellata metrika waħda, sa massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-grupp interessat u għall-perijodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 2;

    (ċ) it-taqsima 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u tal-liċenzi għandhom jindikaw il-pajjiż ta' l-oriġini; il-liċenzi għandhom iġorru l-obbligu ta' l-importazzjoni mill-pajjiż indikat;

    (d) it-taqsima 20 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandhom juru wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Reglamento (CE) no 1396/98

    - Forordning (EF) nr. 1396/98

    - Verordnung (EG) Nr. 1396/98

    - Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1396/98

    - Regulation (EC) No 1396/98

    - Règlement (CE) no 1396/98

    - Regolamento (CE) n. 1396/98

    - Verordening (EG) nr. 1396/98

    - Regulamento (CE) n.o 1396/98

    - Asetus (EY) N:o 1396/98

    - Förordning (EG) nr 1396/98;

    (e) it-taqsima 24 tal-liċenzi għandha turi wieħed minn dawn li ġejjin:

    id-dazju CCT kif provvdut fi:

    - Reglamento (CE) no 1396/98

    - Forordning (EF) nr. 1396/98

    - Verordnung (EG) Nr. 1396/98

    - Κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 1396/98

    - Regulation (EC) No 1396/98

    - Règlement (CE) no 1396/98

    - Regolamento (CE) n. 1396/98

    - Verordening (EG) nr. 1396/98

    - Regulamento (CE) n.o 1396/98

    - Asetus (EY) N:o 1396/98

    - Förordning (EG) nr 1396/98.

    Artikolu 4

    1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jiġu sottomessi biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta' kull perijodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 2.

    Madankollu, għall-kwantitajiet disponibbli għall-ewwel tliet perijodi taż-żmien tas-sena 1998 riferiti fl-Artikolu 2, l-applikazzjonijiet għall-liċenzi jistgħu jiġu sottomessi biss fl-ewwel għaxart ijiem ta' Lulju 1998.

    2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi għandhom jiġu aċċettati biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub illi ma ssottomettiex u jimpenja ruħu illi ma jissottomettix applikazzjoniet oħra, fil-perijodu korrenti taż-żmien, rigward prodotti fl-istess grupp fl-Istat Membru fejn tiġi depożitata l-applikazzjoni jew fl-Istati Membri l-oħra.

    Meta l-istess applikant jissottometti iktar minn applikazzjoni waħda li għandha x'taqsam mal-prodotti ta' l-istess grupp, ma għandhomx jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet kollha minn din il-persuna.

    3. Għandha tiġi depożitata garanzija ta' 20 Ecu għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet għal liċenza ta' importazzjoni għall-prodotti kollha riferiti fl-Artikolu 1.

    4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fil-ħames jum tax-xogħol wara l-għeluq tas-sottomssjoni ta' l-applikazzjonijiet bl-applikazzjonijiet sottomessi għal kull wieħed mill-prodotti fil-grupp. Din in-notifika għandha tinkludi lista ta' l-applikanti u dikjarazzjoni tal-kwantitajiet applikati għalihom fil-grupp.

    In-notifiki kollha, inklużi ritorni "nil", għandhom isiru bit-telex jew bil-fax fil-jum tax-xogħol stipulat, bl-użu tal-mudell fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament fil-każi fejn ma jkunux ġew sottomessi ebda applikazzjonijiet u fil-mudelli fl-Annessi II u III fil-każi meta jkunu ġew sottomessi applikazjonijiet.

    5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fis kemm jista’ jkun safejn u sakemm jistgħu jiġu konċessi l-kwantitajiet rigward l-applikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 3.

    Jekk il-kwantitajiet li rigward tagħhom ikunu ġew applikati liċenzi jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli, l-Kummissjoni għandha tiffissa rata singola ta' aċċettazzjoni bħala perċentwali tal-kwantitajiet applikati għalihom.

    Jekk il-kwantità ġenerali li għaliha jkunu ġew sottomessi applikazzjonijiet hija inqas mill-kwantità disponibbli, l-Kummissjoni għandha tikkalkola l-kwantità li jifdal, u din għandha tiġi miżjuda mal-kwantità disponibbli rigwad il-perijodu taż-żmien li jkun imiss.

    6. Il-liċenzi għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun wara li l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.

    7. Il-liċenzi jistgħu jintużaw biss għal prodotti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet kollha veterinarji fis-seħħ fil-Komunità.

    Artikolu 5

    Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 jum mid-data attwali tal-ħruġ.

    Il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu trasferibbli.

    Artikolu 6

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir- Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika.

    Iżda, minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità importata skond dan ir-Regolament ma tistax taqbeż lil dik murija fit-taqsimiet 17 u 18 tal-liċenza ta' importazzjoni. Iċ-ċifra "0" għandha tiddaħħal kif jixraq fit-taqsima 19 tal-liċenza.

    Artikolu 7

    Il-prodotti importati għandhom jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat EUR 1 ta' ċaliq maħruġ mill-pajjiż esportatur bi qbil mal-Protokoll 3 mhemuża mad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Ġunju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

    [3] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

    [4] ĠU L 86, tal-20.3.1998, p. 1.

    [5] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

    [6] ĠU L 149, tal-20.5.1998, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Group number | CN code | CCT duty applicable (ECU/tonne) | Annual tariff quota (tonnes) |

    T1 | 02072510 | 170 | 1000 |

    02072590 | 186 |

    02072730 | 134 |

    02072740 | 93 |

    02072750 | 339 |

    02072760 | 127 |

    02072770 | 230 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top