This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1367
Commission Regulation (EC) No 1367/98 of 29 June 1998 amending Regulation (EEC) No 94/92 of 14 January 1992 laying down detailed rules for implementing the arrangements for imports from third countries provided for in Council Regulation (EEC) No 2092/91 (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1367/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 ta' l-14 ta' Jannar 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi provvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1367/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 ta' l-14 ta' Jannar 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi provvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 185, 30.6.1998, p. 11–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 07/05/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0345
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992R0094 | Emenda | anness | 01/07/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008R0345 |
Official Journal L 185 , 30/06/1998 P. 0011 - 0012
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1367/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 ta' l-14 ta' Jannar 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi provvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu, Billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistipula illi l-prodotti li jiġu mportati minn pajjiż terz jistgħu biss jiġu marketed meta joriġinaw minn pajjiż terz li jidher fil-lista stipulata bi qbil mal-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; billi din il-lista ġiet preskritta fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 94/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 314/97 [4]; Billi r-Regolament (KE) Nru 314/97 inkluda lill-Ungerija u lill-Isvizzera fil-lista riferita fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2092/91 għall-perijodu taż-żmien li jagħlaq fit-30 ta' Ġunju 1998, sabiex matul dan il-perijodu taż-żmien jiġu eżaminati ċerti aspetti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni f'dawn il-pajjiżi ta' regoli ekwivalenti għal dawk preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2092/91; Billi l-implimentazzjoni effettiva fl-Ungerija tar-regoli ekwivalenti għal dawk preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ġiet konfermata matul eżami fuq il-post imwettaq mill-Kummissjoni; Billi l-Isvizzera awtorizzat korp ġdid ta' spezzjonar illi jrid iwettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa skond l-ordni Svizzera dwar il-biedja organika; Billi sabiex jinħadem dan ir-Reġim, iridu jiġu identifikati għal kull pajjiż terz il-korpi mqabbda sabiex joħorġu ċ-ċertifikat ta' l-ispezzjonar riferit fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; Billi l-Awstralja għarrfet bi bdil fir-reġim tagħha ta' spezzjonar; billi l-ispezzjonijiet ta' l-operaturi fl-Awstralja huma issa magħmula minn korpi privati ta' spetturi sorveljati minn awtorità pubblika; Billi l-Iżrael ikkonferma illi l-ispezzjonar u ċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti organiċi jridu jitwettqu mill-Ministeru tal-Biedja; Billi l-eżami tat-tagħrif sottomess mill-pajjiżi terzi ta' hawn fuq wassal għall-konklużjoni illi l-ħtiġijiet huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mil-leġislazzjoni tal-Komunità; Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa hawnhekk emendat kif muri fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. [2] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 12. [3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14. [4] ĠU L 51, tal-21.2.1997, p. 34. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Il-paragrafi 3 u 4 tat-test li jirreferi għall-Awstralja huma mibdula b'dan li ġej: "3. Korpi ta' spezzjonar: - l-"Australian Quarantine Inspection Service"(AQIS) (Is-Servizz Awstraljan ta' Spezzjonar għall-Kwarantina (SASK)) - il-"Bio-dynamic Research Institute"(BDRI) (l-Istitut għar-Riċerka Bijo-dinamika (IRBD)) - il-"Biological Farmers of Awstralja"(BFA) (il-Bdiewa Bijoloġiċi ta' l-Awstralja (BBA)) - l-"Organic Vignerons Association of Awstralja Inc."(OVAA) (l-Assoċjazzjoni Organika tal-Vinjeroni ta' l-Awstralja, Ink. (AOVA)) - l-"Organic Herb Growers of Awstralja Inc."(OHGA) (il-Kabbara Organiċi tal-Ħwawar tal-Kċina ta' l-Awstralja, Ink. (KOĦKA)) - in-"National Association of Sustainable Agriculture, Awstralja (NASAA)"(l-Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' Biedja Sostenibbli, l-Awstralja (ABBSA)) 4. Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: kif fi 3." 2. Il-paragrafu 5 tat-test li jirreferi għall-Ungerija jiġi mibdul b'dan li ġej: "5. Tul-taż-żmien ta' l-inklużjoni: tat- 30.6.2000." 3. Il-paragrafi 3 u 4 tat-test li jirreferi għall-Iżrael jiġu mibdula b'dan li ġej: "3. L-awtorità ta' l-ispezzjon: Il-Ministeru tal-Biedja. 4. L-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati: kif fi 3." 4. Il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 tat-test li jirreferi għall-Isvizzera jiġu mibdula b'dan li ġej: "1. Kategorija tal-prodott: (a) il-prodotti mhux proċessati mill-uċuh tar-raba fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, minbarra l-prodotti mkabbra matul il-perijodu tal-konverżjoni, kif riferit fl-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament; (b) l-oġġetti ta' l-ikel essenzjalment komposti minn ingredjent wieħed jew iktar li joriġina/w mill-pjanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, minbarra l-prodotti, kif riferit fl-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, li jkun fihom ingredjent ta' oriġini agrikolu prodott matul il-perijodu tal-konverżjoni." "3. Il-"Vereinigung Schweizerischer Biologischer Landbauorganisationen" (VSBLO), l-"Institut für Marktökologie" (IMO), il-"Forschungsinstitut für Biologischen Landbau" (FIBL) u l-"Association Suisse pour Systèmes de Qualité et Management" (SQS). 4. Il-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: kif fi 3. 5. It-tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: tal- 31.12.2002." --------------------------------------------------