Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1266

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/98 tat-18 ta' Ġunju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 996/97 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota tat-tariffa ta' l-importazzjoni tal-falda tal-bergħud irqiq iffriżat ta' l-ifrat li jidħol fil-kodiċi tan-NM 02062991

    ĠU L 175, 19.6.1998, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1266/oj

    31998R1266



    Official Journal L 175 , 19/06/1998 P. 0009 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/98

    tat-18 ta' Ġunju 1998

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 996/97 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota tat-tariffa ta' l-importazzjoni tal-falda tal-bergħud irqiq iffriżat ta' l-ifrat li jidħol fil-kodiċi tan-NM 02062991

    Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet iddikjarati fl-Iskeda CXL imfassla hekk kif ġew konklużi n-negozjati tal-GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 260/98 [3], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata kwota ta' l-importazzjoni ta' 1500 tunnellata metrika ta' falda tal-bergħud irqiq iffriżat fuq bażi multi annu; billi l-manjiera li fiha jridu jimtlew iċ-ċertifikati ta' l-awtentiċità għandha tiġi speċifikata u d-dħul li jrid isir fil-liċenzji ta' l-importazzjoni li għandu x'jaqsam magħhom irid jiġi ssupplimentat;

    Billi ċerti kriterji dwar l-eliġibbiltà għall-operaturi prospettivi għandhom jiġi ċċarati u armonizzati f'linja mal-kriterji ta' l-iskemi l-oħra ta' l-importazzjoni;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam taċ-ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 2

    1. L-importazzjoni tal-kwantitjiet tal-laħam riferiti fl-Artikolu 1(3) għandha tkun bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni.

    2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji nfushom għandu jkun fihom id-dħul li ġej:

    (a) fit-Taqsima 8, il-pajjiż ta' l-oriġini;

    (b) fit-Taqsima 20, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Músculos del diafragma y delgados [Reglamento (CE) no 996/97]

    - Mellemgulv (forordning (EF) nr. 996/97)

    - Saumfleisch (Verordnung (EG) Nr. 996/97)

    - Διάφραγμα [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 996/97]

    - Thin skirt (Regulation (EC) No 996/97)

    - Hampe [règlement (CE) no 996/97]

    - Pezzi detti "hampes" [regolamento (CE) n. 996/97]

    - Omloop (Verordening (EG) nr. 996/97)

    - Diafragma [Regulamento (CE) n.o 996/97]

    - Kuveliha (asetus (EY) N:o 996/97)

    - Mellangärde (förordning (EG) nr 996/97).

    3. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jiskadu fit-30 ta' Ġunju wara d-data tal-ħruġ."

    2. Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 3:

    "4. Id-dokument oriġinali u kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ ta' l-aħħar, iridu jkunu kkompletati bil-linka sewda u b'ittri kbar".

    3. Fl-Artikolu 5(3) jitħassru l-kliem "imsemmija fl-Artikolu 11(1)".

    4. L-Artikolu 7(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "(a) l-applikanti għal-liċenzji ta' l-importazzjoni iridu jkunu persuni naturali jew legali li, meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, iridu jippruvaw għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati illi huma kkummerċjaw fil-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ma pajjiżi mhux membri mill-inqas darba fit-12-il xahar ta' qabel; iridu jkunu mdaħħla f'reġistru nazzjonali tal-VAT."

    5. L-Artikolu 7(ċ) u (d) jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-18 ta' Ġunju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 6.

    [3] ĠU L 25, tal-31.1.1998, p. 42.

    --------------------------------------------------

    Top