This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0144
98/144/EC: Commission Decision of 3 February 1998 amending Commission Decision 88/566/EEC listing the products referred to in the second subparagraph of Article 3(1) of Council Regulation (EEC) No 1898/87 as a result of the accession of Austria, Finland and Sweden
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 bħala riżultat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 bħala riżultat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja
ĠU L 42, 14.2.1998, p. 61–62
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0791
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31988D0566 | Tlestija | anness |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31998D0144R(01) | ||||
Implicitly repealed by | 32010D0791 | 22/12/2010 |
Official Journal L 042 , 14/02/1998 P. 0061 - 0062
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 bħala riżultat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja (98/144/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet użati għall-marketing ta’ ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1] kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 jistabbilixxi l-prinċipju li d-deskrizzjonijiet "ħalib" u "prodotti tal-ħalib" ma jistgħux jintużaw għall-prodotti tal-ħalib ħlief għal dawk deskritti fl-Artikolu 2 tiegħu; billi, bħala eċċezzjoni, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament, dan il-prinċipju mhux applikabbli għad-denominazzjoni ta’ prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija magħrufa minnħabba użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet huma użati b’mod ċar biex jiddeskrivu l-kwalità karatteristika tal-prodott; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 [2] telenka l-prodotti li jibbenifikaw minn din l-eċċezzjoni; Billi, wara l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, l-Istati Membri l-ġodda ssottomettew listi tal-prodotti li huma jqisu li jikkonformaw, fit-territorji tagħhom, mal-kriterji ta’ l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq; billi l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 88/566/KEE għandu jkun kompletat bl-inklużjoni ta’ l-ismijiet tal-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, fil-lingwi relevanti, li jistgħu jibbenifikaw mill-eċċezzjoni; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 88/566/KEE huwa emendat kif ġej: 1. il-prodotti elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huma miżjuda mat-taqsima II; 2. it-taqsimiet il-ġodda X u XI stipulati fil-punt 2 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni huma miżjuda. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36. [2] ĠU L 310, tas-16.11.1988, p. 32. -------------------------------------------------- ANEXOBILAGANHANGПAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA 1. "Butterhäuptel Butterschnitzel Faschiertes Butterschnitzel Milchmargarine Magarinestreichkäse" 2. "X Jordnötssmör Kakaosmör Smörsopp Kokosmjölk Ostkex Magarinost Smördeg XI Kaakaovoi Maapähkinävoi Voileipäkeksi Voitatti Voileipäkakku" --------------------------------------------------