EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2596

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja

ĠU L 351, 23.12.1997, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/05/2009; Imħassar b' 32009R0072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2596/oj

31997R2596



Official Journal L 351 , 23/12/1997 P. 0012 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/97

tat-18 ta’ Diċembru 1997

li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 149(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 149(1) ta’l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 jipprovdi għal perjodu li matulu miżuri transitorji jistgħu jiġu adottati biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim esiżtenti fl-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja fiż-żmien ta’ l-Adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-imsemmi Att u, b’mod partikolari biex ixxejnu d-diffikultajiet serji fl-applikazzjoni tar-reġim il-ġdid mid-data preskritta; billi dak l-perjodu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1997;

Billi, f’ċerti setturi, dawn id-diffikultajiet ma jistgħux jiġu riżolti sad-data preskritta; billi l-perjodu in kwisjoni għandhu għalhekk jittawwal, kif hemm previst fl-Att; billi l-imsemmi perjodi għandu jittawwal b’sena;

Billi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib il-ħtiġiet li jirrelataw mal-kontenut ta’ xaħam ta’ ħalib għall-konsum uman ikompli joħloq diffikultajiet għall-Finlandja u l-Isvezja; billi dawk id-diffikultajiet ma jistgħux jiġu riżolti sal-31 ta’ Diċembru 1998; billi l-perjodu in kwistjoni għandu għalhekk jittawwal, kif hemm provdut għalih fl-Att ta’l-Adeżjoni ta’ l-1994, b’sentejn f’dan il-każ speċifiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu149 (1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 huwa b’dan imtwwal sal-31 ta’ Diċembru 1998.

Iżda, fir-rigward tal-ħtiġiet li jirrelataw mal-kontenut ta’ xaħam ta’ ħalib għall-konsum uman prodott fil-Finlandja u l-Isvezja, il-perjodu huwa b’dan imtawwal sal-31 ta’ Diċembru 1999.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 352, ta’ l-20.11.1997, p. 11.

[2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 1997 (għadha mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top