Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2345

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2345/97 ta' l-24 ta' Novembru 1997 li jipprovdi għal tnaqqis fir-rata tat-tariffa li tapplika għall-importazzjonijiet skond il-kwota tat-tariffi tal-WTO għal ċerti bhejjem tal-fart

    ĠU L 326, 28.11.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2345/oj

    31997R2345



    Official Journal L 326 , 28/11/1997 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2345/97

    ta' l-24 ta' Novembru 1997

    li jipprovdi għal tnaqqis fir-rata tat-tariffa li tapplika għall-importazzjonijiet skond il-kwota tat-tariffi tal-WTO għal ċerti bhejjem tal-fart

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Komunità indaħlet, fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), sabiex tiftaħ kwota annwali tat-tariffa għal 159000 ras ta' ċerti bhejjem tal-fart; billi r-rata tat-tariffa illi tapplika għall-importazzjonijiet skond din il-kwota hija magħmula minn 18 % dazju ad valoren u ammont speċifiku ta' 580 ECU għal kull tunnellata metrika;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2179/95 tat-8 ta' Awwissu 1995, li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżuri awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessjnijiet agrikoli pprovvduti fil-Ftehimijiet Ewropej u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3379/94 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti Komunitarji tat-tariffa fis-sena 1955 għal ċerti prodotti agrikoli u għall-birra, sabiex iqis il-Ftehim konkluż matul in-Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ tar-Round ta' l-Urugwaj [1], u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fl-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli pprovvduti fil-Ftehimijiet Ewropej sabiex iqis il-Ftehim dwar il-Biedja konkluż matul in-Negozjati Multilaterali tal-Kummerċ tar-Round ta' l-Urugwaj [2]© li jipprovdi għall-possibbiltà li jitnaqqas l-ammont li jrid jitħallas ma’ l-importazzjoni ġewwa l-kwota tat-tariffa ta' 169000 ras ta' ċerti frat ħajjin, ta' 399 ECU għal kull tunnellata metrika rigward il-bhejjem li joriġinaw fil-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa Ċentrali; billi t-tnaqqis ġie implimentat rigward dawn il-pajjiżi mill-1 ta' Lulju 1995;

    Billi huwa previst trattament simili għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja mill-1 ta' Lulju 1996 bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1926/96 [3];

    Billi huwa meħtieġ, bil-ħsieb ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità taħt il-WTO li jiġi żgurat illi l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha jibbenefikaw minn rata mnaqqsa ta' kwota tat-tariffa lejn l-intern kull meta tnaqqis ikun jew irid ikun ġie implimentat rigward l-importazzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Istati Baltiċi; billi għalhekk għandha ssir disposizzjoni għall-estensjoni ta' dan it-tnaqqis għall-importazzjonijiet tal-frat ħajjin mill-pajjiżi kollha,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Kull tnaqqis tad-dazju ta' l-importazzjoni li jrid jitħallas taħt il-kwota Komunitarja tat-tariffa għal 169000 ras ta' ċerti frat ħajjin għall-bhejjem li joriġinaw fil-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakja, ir-Rumanija u l-Bulgarija u fl-Estonja, il-Latvija u l-Lituwanja għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet kollha skond il-kwota tat-tariffa, irrispettivament mill-oriġini tal-bhejjem.

    Artikolu 2

    Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament mill-Kummssjoni skond il-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [4].

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika għall-importazzjonijiet li l-liċenzji tagħhom kienu maħruġa matul il-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Lulju 1995 sat-30 ta' Ġunju 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Poos

    [1] ĠU L 223, ta' l-20.9.1995, p. 29.

    [2] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1595/97 (ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1).

    [3] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 1.

    [4] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 (ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 50).

    --------------------------------------------------

    Top