EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2181

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2181/97 tat-3 ta’ Novembru 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi l-istandards ta’ xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

ĠU L 299, 4.11.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0445

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2181/oj

31997R2181



Official Journal L 299 , 04/11/1997 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2181/97

tat-3 ta’ Novembru 1997

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi l-istandards ta’ xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-istandards għax-xaħam li jiddellek [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad- denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi l-Artiklu 2 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/97 ta’ l-1 t’April 1997 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi l-istandards għal xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1278/97 [4], li jistabbilixxi r-regoli għall-indikazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam f’xaħmijiet li jiddelku; Billi l-Artiklu 2 (3) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għall-istabbilir tal-metodu li jivverifika l-konformità ma’ dawk ir-regoli;

Billi proċedura adattata għall-ivverifikar tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut tax-xaħam ta’ xaħmijiet li jiddelku li m’humiex suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artiklu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 577/97 tħejjiet u għandha tiġi adottata; billi din tista’ bl-akbar konvenjenza tinkiseb billi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 577/97; billi d-data li minnha l-metodu għandu jkun japplika għandha tkun diferita sabiex ikun hemm żmien li fih tinkiseb esperjenza fl-użu tagħha;

Billi l-kumitati relevanti ta’ ġestjoni ma tawx opinjonijiet fil-limiti ta’ żmien stipulati mill-presidenti tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 577/97 huwa b’dan emendat kif ġej.

1. L-Artikolu 2(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-proċedura li għandha tkun applikata sa mill-1 ta’ Lulju 1998 biex tivverifika l-konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun kif stabbilità fl-Anness II."

2. l-Anness isir l-Anness I;

3. L-Anness li ġej huwa miżjud:

"

L-ANNESS II

Il-verifika tal-kontenut tax-xaħam dikjarat ta’ xaħmijiet li jiddelku

Ħames kampjuni għandhom jittieħdu kif jiġi jiġi mill-lott li għandu jiġi verifikat u analizzat. Iż-żewġ proċeduri li ġejjin huma applikati:

A. Il-medju aritmetiku tal-ħames riżultati miksuba huwa mqabbla mal-kontenut tax-xaħam dikjarat. Il-kontenut tax-xaħam dikjarat huwa meqjus li jkun li jikkonforma fejn il-medja aritmetika tal-kontenut tax-xaħam ma jvarjax b’aktar minn 0,5 punti ta’ perċentwali mill-kontenut ta’ xaħam dikjarat.

B. Il-ħames riżultati individwali huma mqabbla mat-tolleranza ta’ (2 %) murija fl-Artikolu 2(1)(b).

Jekk id-differenza bejn il-valur massimu u l-valur minimu tal-ħames riżultati individwali tkun anqas minn jew ugwali għal 2 %, il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1)(b) huma meqjusa li jkun tħarsu.

Fejn il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati taħt A u B tiġi stabbilita, il-lott li jkun qiegħed jiġi verifikat jitqies li jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2(1)(a) sa (c), ukoll fejn, taħt il-proċedura magħquda tat-test, wieħed mill-ħames valuri jaqa’ barra l-medda ta’ tolleranza ta’ 1 %.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolamet għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.

[2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[3] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 3.

[4] ĠU L 175, tat-3.7.1997, p. 6.

--------------------------------------------------

Top