This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997L0070
Council Directive 97/70/EC of 11 December 1997 setting up a harmonised safety regime for fishing vessels of 24 metres in length and over
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar
ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/04/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31999L0019 | Tlestija | anness 2 | 16/04/1999 | |
Modified by | 32002L0035 | Sostituzzjoni | anness 1 | 17/05/2002 | |
Modified by | 32002L0084 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 29/11/2002 | |
Modified by | 32002L0084 | Tlestija | artikolu 8 | 29/11/2002 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 8L1 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 20/04/2009 | |
Modified by | 32009R0219 | Sostituzzjoni | artikolu 4.4 | 20/04/2009 |
Official Journal L 034 , 09/02/1998 P. 0001 - 0029
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar IL-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3], (1) Billi azzjoni tal-Komunità fis-settur tat-trasport bil-baħar għandha tkun immirata lejn it-titjib tas-sigurtà marittima; (2) Billi l-Protokoll ta' Torremolinos jirrelata għall-Konvenzjoni Internazzjonali Torremolinos ta' l-1977 dwar is-Sigurtà ta' Bastimenti tas-Sajd, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-"Protokoll ta' Torremolinos" kien adottat fit-2 ta' April 1993; (3) Billi l-infurzar ta' dan il-Protokoll f'livell tal-Komunità għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew joperaw fl-ibħra internazzjonali jew il-baħar territorjali ta' xi Stat Membru jew li jniżżlu l-art il-qabda tagħhom f'xi port ta' xi Stat Membru ikabbru s-sigurtà ta' dawk il-bastimenti tas-sajd billi diversi leġislazzjonijiet nazzjonali s'issa għadhom ma jeħtiġux il-livell ta' sigurtà stabbilit b'dak il-Protokoll; billi dak il-livell komuni ta' sigurtà għandu, bl-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet nazzjonali ta' sigurtà differenti u li jvarjaw, jiżgura li l-kompetizzjoni sseħħ fuq livell ugwali għall-bastimenti tas-sajd li joperaw fl-istess żona mingħajr ma jiġu kompromessi l-istandards ta' sigurtà; (4) Billi, minħabba, b'mod partikolari, id-dimensjoni tas-suq intern, azzjoni f'livell tal-Komunità hija l-aktar mod effettiv biex jiġi stabbilit livell komuni ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd mal-Komunità kollha; (5) Billi Direttiva tal-Kunsill hija l-istrument legali xieraq billi tipprovdi qafas għall-applikazzjoni uniformi u obbligatorja ta' l-istandards ta' sigurtà mill-Istati Membri, fil-waqt li tħalli lil kull Stat Membru l-għażla tal-forma u l-metodu li l-aħjar jixirqu lis-sistema interna tiegħu; (6) Billi diversi kapitoli importanti tal-Protokoll ta' Torremolinos japplikaw biss għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 45 metru jew aktar; billi l-limitazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll f'livell tal-Komunità biss għal dawk il-bastimenti joħloq vojt ta' sigurtà bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti tas-sajd iżgħar b'tul ta' bejn l-24 u l-45 metru, u għalhekk iġġib distorsjoni tal-kompetizzjoni; (7) Billi l-Artikolu 3(4) ta' dak il-Protokoll jiddikjara li kull Parti għandha tistabbilixxi liema mir-regolamenti tagħha li għalihom il-limitu ta' tul huwa aktar minn 24 metru għandu japplika, kollu kemm hu jew parti minnu, għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar iżda anqas mil-limitu ta' tul preskritt u intitolat li jtajjar il-bandiera ta' dik il-Parti; billi l-Artikolu 3(5) ta' dak il-Protokoll jiddikjara li l-Partijiet għandhom jippruvaw jistabbilixxu standards uniformi għal dawn il-bastimenti tas-sajd li joperaw fl-istess reġjun; (8) Billi, biex titkabbar is-sigurtà u tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-għan għandu jiġi segwit għall-applikazzjoni tar-regoli ta' sigurtà ta' din id-Direttiva lill-bastimenti kollha tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar li joperaw fiz-zoni tas-sajd tal-Komunità, irrespettivament mill-bandiera li jtajru; billi dan għandu jintlaħaq, għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stati terzi li joperaw fl-ibħra interni jew baħar territorjali ta' Stat Membru jew li jniżżlu l-art il-qabda tagħhom f'port ta' Stat Membru, skond ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali; (9) Billi d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi tal-Kunsill adottati taħt il-politika soċjali tal-Komunità għandhom ikomplu japplikaw; (10) Billi l-Istati Membri għandhom, għal dawn ir-raġunjiet, japplikaw għal dawk ġodda u, fejn meħtieġ, għall-bastimenti eżistenti tas-sajd ta' tul ta' 45 metru jew aktar id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos, waqt li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet relevanti elenkati fl-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva; billi l-Istati Membri għandhom ukoll japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV, V, VII u IX ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos, kif adattat bl-Anness II li jinsab ma' din id-Direttiva, għall-bastimenti ġodda kollha ta' tul ta' 24 jew aktar iżda ta' anqas minn 45 metru li jtajru l-bandiera tagħhom; (11) Billi ħtiġiet speċifiċi, kif imniżżla fl-Anness III, jistgħu jkunu ġustifikati għal raġunijiet li jirrelataw għal ċirkostanzi reġjonali speċifiċi, bħal kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi; billi dawk id-dispożizzjonijiet ġew żviluppati għall-operazzjoni fiż-żoni tat-tramuntana u tan-nofsinhar, rispettivament; (12) Billi, biex jiżdied aktar il-livell ta' sigurtà, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi mniżżla fl-Anness IV; (13) Billi bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stati terzi m'għandux ikun permess lilhom li joperaw fl-ibħra interni jew ibħra territorjali ta' Stat Membru jew li jniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom f'port ta' Stat Membru, u għalhekk jikkompetu ma' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, sakemm l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkunx iċċertifika li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tekniċi mniżżla f'din id-Direttiva; (14) Billi tagħmir li jikkonforma mal-ħtiġiet imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu [4], meta stallat fuq bastimenti tas-sajd għandu jkun awtomatikament rikonoxxut li jkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi imposti fuq dak it-tagħmir f'din id-Direttiva, minħabba li l-ħtiġiet tad-Direttiva 96/98/KE huma ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk tal-Protokoll ta' Torremolinos u din id-Direttiva; (15) Billi l-Istati Membri jistgħu jiltaqgħu ma' ċirkostanzi lokali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi ta' sigurtà għall-bastimenti kollha tas-sajd li joperaw f'ċerti żoni; billi jistgħu wkoll iqisu xieraq li jadottaw eżenzjonijiet minn, jew ħtiġiet ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll Torremolinos; billi għandhom ikunu intitolati li jadottaw dawk il-miżuri bla ħsara għall-kontroll taħt il-proċedura tal-Kumitat; (16) Billi fil-preżent m'hemmx standards tekniċi unformi internazzjonali għall-bastimenti tas-sajd fir-rigward tas-saħħa tal-buq, il-makkinarju prinċipali u awżiljari u l-impjanti elettriċi u awtomatiċi; billi dawk l-istandards jistgħu jiġu ffissati skond ir-regoli ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew amministrazzjonijiet nazzjonali; (17) Billi, għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet u joħorġu ċertifikat ta' konformità lill-bastimenti tas-sajd li jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ta' din id-Direttiva; (18) Billi, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Torremolinos, il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll tal-port ta' l-Istat; billi Stat Membru jista' wkoll iwettaq kontrolli abbord bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li ma jkunux joperaw fl-ibħra interni jew l-ibħra territorjali ta' Stat Membru u lanqas iniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet ta' Stat Membru, meta jkunu fil-port ta' dak l-Istat Membru, biex jivverifikaw jekk jikkonformawx ma' dak il-Protokoll, ġaladarba jkun daħal fis-seħħ; (19) Billi huwa meħtieġ li kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jgħinu lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva; billi l-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għall-bastimenti li jbaħħru lejn jew li jħallu portijiet tal-Komunità u li jkunu jġorru merkanzija perikoluża jew li tniġġes [5], jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol; (20) Billi, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva, ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adattati permezz ta' dan il-kumitat biex ikunu jagħtu kont ta' l-iżviluppi relevanti f'livell nazzjonali; (21) Billi l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għandha tkun avżata b'din id-Direttiva skond il-Protokoll ta' Torremolinos; (22) Billi, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iniżżlu sistema ta' penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Għan 1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitniżżlu standards ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd li jbaħħru ta' tul ta' 24 metru jew aktar, kemm ġodda kif ukoll eżistenti, sal-limitu li l-Anness li jinsab mal-Protokoll Torremolinos japplika għal dawn ta' l-aħħar, u - jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u reġistrati fil-Komunità, jew - joperaw f'ibħra interni jew ibħra territorjali ta' Stat Membru, jew - iniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom f'port ta' Stat Membru. Opri tal-baħar ta' rikreazzjoni li joperaw f'sajd mhux kummerċjali huma eskluzi mill-iskop ta' din id-Direttiva. 2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex iħajru titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [6], id-Direttivi individwali tagħha u, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE tat-23 ta' Novembru 1993 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol fuq bastimenti tas-sajd (it-13-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [7]. L-Artikolu 2 Tifsiriet Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva: 1. "bastiment tas-sajd" jew "bastiment" tfisser kull bastiment mgħammar jew użat kummerċjalment għall-qbid ta' ħut jew riżorsi oħra ħajjin tal-baħar; 2. "bastiment tas-sajd ġdid" tfisser bastiment tas-sajd li għalih: (a) fl-1 ta' Jannar 1999 jew wara din id-data jkun sar kuntratt prinċipali ta' bini jew konverżjoni; jew (b) ikun sar kuntratt ta' bini jew konverżjoni prinċipali qabel l-1 ta' Jannar 1999, u li jitlesta tliet snin jew aktar wara dik id-data; jew (ċ) fin-nuqqas ta' kuntratt ta' bini, fl-1 ta' Jannar 1999 jew wara dik id-data: - jitqiegħed il-prim, jew - tinbeda kostruzzjoni identifikabbli ma' bastimenti speċifiku; jew - ikun beda immuntar li jikkomprendi ta' l-anqas 50 tunnellata metrika jew 1 % tal-massa stmata tal-materjal kollu strutturali, skond liema jkun l-anqas; 3. "bastimenti tas-sajd eżistenti" tfisser bastiment tas-sajd li ma jkunx bastiment tas-sajd ġdid; 4. "Protokoll ta' Torremolinos" tfisser il-Protokoll ta' Torremolinos li jirrelata mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Torremolinos ta' l-1977 għas-Sigurtà ta' Bastimenti tas-Sajd, flimkien ma' l-emendi tiegħu; 5. "ċertifikat" tfisser iċ-ċertifikat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6; 6. "tul' tfisser, kemm-il darba mhux provdut xort" oħra, 96 % tat-tul totali mal-linja tal-buq f'85 % tal-fond l-anqas imdaħħal imkejjel mil-linja tal-prim, jew it-tul mill-ġenb ta' quddiem ta' l-istemma sal-fus taċ-ċappa tat-tmun fuq dik il-linja tal-buq, skond liema jkun l-akbar. F'bastimenti ddisinjati bil-prim angolat il-linja tal-buq li fuqha jitkejjel dan it-tul għandha tkun parallel mal-linja tal-buq imsemmija; 7. "jopera" tfisser il-qbid jew il-qbid u l-ipproċessar ta' ħut jew riżorsi oħra ħajjin tal-baħar mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' passaġġ innoċenti fl-ibħra territorjali u l-libertà tan-navigazzjoni fiż-żona ekonomika esklussiva ta' 200 mil; 8. "organizzazzjoni rikonoxxuta" tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi [8]. L-Artikolu 3 Ħtiġijiet ġenerali 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos huma applikati għall-bastimenti kkonċernati li jtajru l-bandiera tagħhom kemm-il darba l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva ma jipprovdix xort'oħra. Kemm-il darba mhux provdut xort'oħra f'din id-Direttiva, bastimenti tas-sajd eżistenti għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet relevanti ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1999. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ħtiġiet fil-Kapitoli IV, V, VII u IX ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos li japplikaw għall-bastimenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar, li jtajru l-bandiera tagħhom, kemm-il darba l-Anness II li jinsab ma' din id-Direttiva ma jipprovdix xort'oħra. 3. Iżda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li joperaw f'żoni speċifiċi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet għaż-żoni relevanti, kif definiti fl-Anness III. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi ta' sigurtà mniżżla fl-Anness IV. 5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz milli joperaw fl-ibħra interni tagħhom jew ibħra territorjali tagħhom jew li jniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet tagħhom kemm-il darba ma jkunux ċertifikati mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera tagħhom li jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 u fl-Artikolu 5. 6. Tagħmir marittimu elenkat fl-Anness A.1 li jinsab mad-Direttiva 96/98/KE u li jkun jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din ta' l-aħħar, meta mqiegħed abbord bastiment tas-sajd li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandu jkun awtomatikament meqjus li jkun f'konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet, sew jekk dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġu li t-tagħmir għandu jkun approvat sew jekk le u suġġetti għat-testijiet għas-sodisfazzjon ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat bandiera. L-Artikolu 4 Ħtiġiet speċifiċi, eżenzjonijiet u ekwivalenti 1. Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri jikkunsidraw li ċerti sitwazzjonijiet dovuti għal ċirkostanzi lokali speċifiċi jew il-partikolaritajiet tal-bastiment jenħtieġu miżuri speċifiċi ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd li joperaw f'ċerta żona, u jekk il-ħtieġa għalihom tintwera, jistgħu, bla ħsara għall-proċedura tal-paragrafu 4, jadottaw dawk il-miżuri speċifiċi ta' sigurtà li jkunu jagħtu kont taċ-ċirkostanzi lokali bħall-kondizzjonijiet tan-natura jew klimatiċi ta' l-ibħra li dawn il-bastimenti joperaw fihom, it-tul tal-vjaġġi tagħhom, u l-partikolaritajiet tagħhom, bħall-materjal ta' kostruzzjoni tagħhom. Il-miżuri adottati għandhom jiżdiedu fl-Anness III. 2. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 3, il-paragrafu 3 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos, għall-adozzjoni ta' miżuri li jkun fihom eżenzjonijiet, bla ħsara għall-proċedura mniżżla fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. 3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jippermettu ekwivalenti skond ir-Regolament 4, paragrafu 1 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos, bla ħsara għall-proċedura mniżżla fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. 4. Stat Membru li jagħżel li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 jew 3 għandhom isegwu l-proċedura li ġejja: (a) L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkollu l-ħsieb jadotta, inklużi l-partikolaritajiet sal-limitu meħtieġbiex jikkonferma li l-livell ta' sigurtà huwa miżmum adegwatament. (b) Jekk, f'perjodu ta' sitt xhur min-notifikazzjoni, jiġi deċiż, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9, li l-miżuri proposti m'humiex ġustifikati, l-imsemmi Stat Membru jista' jkun meħtieġ li jemenda jew li ma jadottax il-miżuri proposti. (ċ) Il-miżuri adottati għandhom ikun speċifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali relevanti u kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji tagħhom. (d) Kull waħda minn dawk il-miżuri għandha tiġi applikata lill-bastimenti tas-sajd kollha meta joperaw taħt l-istess kondizzjonijiet speċifiċi, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera tagħhom jew għan-nazzjonalità ta' l-operatur tagħhom. (e) Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw biss sakemm il-bastiment tas-sajd jopera taħt il-kondizzjonijiet speċifiċi. L-Artikolu 5 Standards għad-disinn, kostruzzjoni u manutenzjoni L-istandards għad-disinn, kostruzzjoni u manutenzjoni tal-buq, il-makkinarju prinċipali u awżiljari u l-impjanti elettriċi u awtomatiċi ta' bastiment tas-sajd għandhom ikun r-regoli fis-seħħ fid-data tal-kostruzzjoni tiegħu, speċifikati għall-klassifikazzjoni minn organizzazzjoni rikonoxxuta jew użati minn amministrazzjoni. Għall-bastimenti l-ġodda, dawn ir-regoli għandhom ikunu skond il-proċedura u suġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE. L-Artikolu 6 Stħarriġ u ċertifikati 1. L-Istati Membri għandhom joħorġu lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li jikkonformaw ma' l-Artikoli 3 u 5, b'ċertifikat ta' konformità skond it-termini ta' din id-Direttiva, supplimentati b'rekord tat-tagħmir u, fejn japplika, ċertifikati ta' eżenzjoni. Iċ-ċertifikat ta' konformità, rekord ta' tagħmir u ċ-ċertifikat ta' l-eżenzjoni għandu jkollu l-forma kif imniżżel fl-Anness V. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi għan-nom tiegħu wara stħarriġ inizjali, imwettaq mill-eżaminaturi esklussivi jew ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera nnifsu jew ta' organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Istat Membru awtorizzat mill-Istat tal-bandiera biex iwettaq dawk l-eżamijiet, skond ir-Regolament 6, il-paragrafu (1)(a) tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos. 2. Il-perjodi ta' validità taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jeċċedi dak stabbilit fir-Regolament 11 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos. Tiġdid taċ-ċertifikat ta' konformità, għandu jinħareġ wara eżamijiet perjodiċi skond ir-Regolament 6 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos, ikunu twettqu. L-Artikolu 7 Dispożizzjonijiet ta' kontroll 1. Bastimenti tas-sajd li joperaw fl-ibħra interni jew ibħra territorjali ta' Stat Membru jew li jniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet tiegħu u li ma jkunux il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll mill-Istat Membru, skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll Torremolinos u mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera jew in-nazzjonalità ta' l-operatur, biex jivverifikaw li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. 2. Bastimenti tas-sajd li ma joperawx fl-ibħra interni jew ibħra territorjali ta' Stat Membru u lanqas iniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet ta' Stat Membru u li jtajru l-bandiera ta' Istat Membru ieħor, għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll mill-Istat Membru, waqt li fil-portijiet tiegħu, skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Torremolinos u mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera jew in-nazzjonalità ta' l-operatur, biex jivverifikaw li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. 3. Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat terz, li ma jkunux qed joperaw fl-ibħra interni jew ibħra territorjali ta' Stat Membru u lanqas iniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet ta' Stat Membru, għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll mill-Istat Membru, waqt li fil-portijiet tiegħu, skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Torremolinos, biex jivverifikaw il-konformità mal-Protokoll ta' Torremolinos, ġaladarba dan ikun daħal fis-seħħ. L-Artikolu 8 Adattamenti Skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9: (a) dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adottati u inkorporati għal: - interpretazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew fid-diskrezzjoni ta' l-amministrazzjonijiet tal-partijiet individwali fil-kuntratt, sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fil-Komunità, - l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr ma jitwessa' l-iskop tagħha. (b) L-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu adottati u l-annessi tagħha jistgħu jiġu emendati biex jiġu applikati, għall-għan ta' din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-Protokoll Torremolinos li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 9 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 93/75/KEE. 2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-proċedura li ġejja għandha tapplika: (a) Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jiffissa skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna bil-mod imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. (b) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba meta dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. (ċ) Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, wara li jgħaddu tmien ġimgħat minn meta ssir ir-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. L-Artikolu 10 Notifika lill-IMO Il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom javżaw lill-IMO bl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u ssir referenza għall-Artikolu 3(5) tal-Protokoll ta' Torremolinos. L-Artikolu 11 Penalitajiet L-Istati Membri għandhom jipprovdu s-sistema ta' penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jiġu applikati. Il-penalitajiet hekk provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Artikolu 12 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1999. Għandhom jinformaw bihom minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom jitniżżlu mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi domestika li jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tavża bihom lill-Istati Membri l-oħra. L-Artikolu 13 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 14 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 1997. Għall-Kunsill Il-President M. Delvaux-Stehres [1] ĠU C 292, ta' l-4.10.1996, p. 29. [2] ĠU C 66, tat-3.3.1997, p. 31. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 1997 (ĠU C 150, tad-19.5.1997, p. 30), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997 (ĠU C 246, tad-19.5.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Novembru 1997 (ĠU C 358, ta' l-24.11.1997). [4] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25. [5] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/39/KE (ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 7). [6] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. [7] ĠU L 307, tat-13.12.1993, p. 1. [8] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Adattament tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll Torremolinos għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE IL-KAPITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Ir-Regolament 2: Tifsiriet Il-Paragrafu 1 "Bastiment ġdid" għandha tiġi mibdula bit-tifsira ta' "bastiment tas-sajd ġdid" li tinsab fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva. IL-KAPITOLU V: PROTEZZJONI KONTRA N-NAR, KXIF TAN-NAR, TIFI TAN-NAR U FIRE FIGHTING Ir-Regolament 2: Tifsiriet Il-paragrafu 2 "test standard tan-nar" għandu jinqara bil-bidliet li ġejjin fit-tarf fir-rigward tal-kurva standard tat-temperatura: "… Il-kurva standard tal-ħin-temperatura hija definita b'kurva lixxa miġbuda mill-punti tat-temperatura tal-forġa interna: temperatura inizjali ġewwa l-forġa | 20 °C | wara t-tmiem ta' l-ewwel ħames minuti | 576 °C | wara t-tmiem ta' 10 minuti | 679 °C | wara t-tmiem ta' 15-il minuta | 738 °C | wara t-tmiem ta' 30 minuta | 841 °C | wara t-tmiem ta' 60 minuta | 945 °C." | IL-KAPITOLU VII: APPARAT TAS-SALVATAĠĠ U ARRANĠAMENTI Ir-Regolament 1: Applikazzjoni Il-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej: "Ir-Regolamenti 13 u 14 għandhom japplikaw ukoll għall-bastimenti eżistenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar, b'dan illi l-amministrazzjoni tista' tiddifferixxi l-implimentazzjoni tal-ħtiġiet ta' dawn ir-regolamenti sa l-1 ta' Frar 1999." Ir-Regolament 13: Apparat tar-radju ta' salvataġġ Il-paragrafu 2 għandu jinqara kif ġej: "Apparat two-way VHF radiotelephone provdut abbord bastimenti eżistenti u li ma jikkonformax ma' l-istandards ta' eżekuzzjoni adottati mill-organizzazzjoni jistgħu jiġu aċċettati mill-amministrazzjoni sal-1 ta' Frar 1999, sakemm l-amministrazzjoni tkun sodisfatta li huma kompatibbli ma' l-apparat approvat two-way VHF radiotelephone." IL-KAPITOLU IX: KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU Ir-Regolament 1: Applikazzjoni Il-paragrafu 1, it-tieni sentenza għandha tinqara kif ġej: "iżda, għall-bastimenti eżistenti, l-amministrazzjoni tista' tiddifferixxi l-implimentazzjoni tal-ħtiġiet sa l-1 ta' Frar 1999." Ir-Regolament 3: Eżenzjonijiet Il-paragrafu 2(ċ) għandu jinqara kif ġej: "meta l-bastiment jittieħed permanentement barra mis-servizz qabel l-1 ta' Frar 2001." -------------------------------------------------- L-ANNESS II Adattament tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV, V, VII u IX ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll Torremolinos, skond l-Artikolu 3(4) ta' dan ta' l-aħħar, għall-applikazzjoni lill-bastimenti ġodda tas-sajd b'tul ta' 24 metru jew aktar IL-KAPITOLU IV: MAKKINARJU U STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI U PERIODICALLY UNATTENDED MACHINERY SPACES Ir-Regolament 1: Applikazzjoni Għandu jinqara kif ġej: "kemm-il darba mhux provdut xort'oħra, dan il-kapitolu għandu jgħodd għall-bastimenti ġodda tas-sajd b'tul ta' 24 metru jew aktar." Ir-Regolament 7: Komunikazzjoni bejn il-kabina tat-tmun u l-ispazju tal-makkinarju Għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "Żewġ mezzi separati ta' komunikazzjoni… għandhom jiġu pprovduti, li wieħed minnhom għandu jkun telegrafu tal-kamra tal-magna, ħlief li f'bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru, fejn il-makkinarju li jmexxi ikun direttament kontrollat mill-kabina tat-tmun, l-amministrazzjoni tista' taċċetta mezzi ta' komunikazzjoni oħra barra minn telegrafu tal-kamra tal-magna." Ir-Regolament 8: Kontroll mill-kabina tat-tmun tal-makkinarju li jmexxi Il-paragrafu 1(d) għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "… jew kamra tal-kontroll. Fuq bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru l-amministrazzjoni tista' tippermetti li l-istazzjon ta' kontroll fl-ispazju tal-makkinarju jkun stazzjon ta' emerġenza biss, b'dan illi l-immonitorjar u l-kontroll fil-kabina tat-tmun ikun adegwat." Ir-Regolament 16: Sors prinċipali ta' enerġija elettrika Il-paragrafu 1(b) għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "… settijiet jiġu mwaqqfa. Iżda, għall-bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru, fil-każ li xi wieħed mis-settijiet ta' ġenerazzjoni jitwaqqaf, għandu jkun meħtieġ biss li jiġi żgurat l-iffunzjonar tas-servizzi essenzjali għat-tmexxija u s-sigurtà tal-bastiment." Ir-Regolament 17: Sors ta' emerġenza ta' enerġija elettrika Il-paragrafu 6 għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "Batterija li takkumula iffittjata skond dan ir-Regolament, ħlief għall-batteriji ffittjati fir-radju li jittrasmetti u li jirċievi f'bastimenti ta' tul ta' mhux anqas minn 45 metru, għandha tiġi stallata …" . Ir-Regolament 22: Sistema ta' allarm Il-paragrafu 2(a) għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "Is-sistema ta' allarm … f'pożizzjoni adattata. Iżda, f'bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru l-amministrazzjoni tista' tippermetti sistema li tkun kapaċi li tindika bil-ħoss u viżivament kull funzjoni separata ta' allarm fil-kabina tat-tmun biss." Il-paragrafu 2(b) għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "F'bastimenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar is-sistema ta' allarm għandu jkollha konnessjoni …" . Il-paragrafu 2(ċ) għandu jinqara biż-żieda li ġejja: "F'bastimenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar allarm ta' l-inġinier …" . IL-KAPITOLU V: PROTEZZJONI KONTRA N-NAR, KXIF TAN-NAR, TIFI TAN-NAR U FIRE FIGHTING Ir-Regolament 2: Tifsiriet Il-paragrafu 14(b) għandu jinqara bil-bidla li ġejja: "… mhux anqas minn 375 kilowatt" . IL-PARTI Ċ Ibdel it-Titolu kif ġej: "IL-PARTI Ċ - MIŻURI TA' SIGURTÀ KONTRA N-NAR F'BASTIMENTI TA' TUL TA' 45 METRU JEW AKTAR IŻDA ANQAS MINN 60 METRU" Ir-Regolament 35: Pompi tan-nar Daħħal il-paragrafu li ġej: "Minkejja d-dispożizzjoni tar-Regolament V/35(1), ta' l-anqas żewġ pompi tan-nar għandhom dejjem ikunu pprovduti." Żid mal-paragrafu 8: "… jew 25 m3/h, skond liema jkun l-akbar." Ir-Regolament 40: Apparat tat-tifi tan-nar fl-ispazji tal-makkinarju Il-paragrafu 1(a) għandu jinqara bil-bidla li ġejja: "… ta' mhux anqas minn 375 kilowatt…" . KAPITOLU VII APPARAT TAS-SALVATAĠĠ U ARRANĠAMENTI Ir-Regolament 1: Applikazzjoni Il-paragrafu 1 għandu jinqara bil-bidliet li ġejjin: "1. Kemm-il darba mhux ipprovdut xort'oħra, dan il-kapitolu għandu jgħodd għall-bastimenti ġodda b'tul ta' 24 metru jew aktar." Ir-Regolament 5: Numru u tipi ta' survival craft u dgħajjes tas-salvataġġ 1. Il-bidu tal-paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej: "Bastimenti ta' tul ta' anqas minn 75 metru iżda ta' tul ta' 45 metru jew aktar għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:". 2. Aqra bil-paragrafu l-ġdid 3(a): "(3a) Bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru għandhom ikunu pprovduti bi: (a) survival craft ta' kapaċità suffiċjenti aggregata biex jakkomodaw ta' l-anqas 200 % tan-numru totali ta' persuni abbord. Suffiċjenti ta' dawn is-survival craft li jakkomodaw ta' l-anqas in-numru totali ta' persuni abbord għandhom ikunu kapaċi li jkunu varati minn kull naħa tal-bastiment; u (b) dgħajsa tas-salvataġġ, ħlief meta l-amministrazzjoni tkun sodisfatta li minħabba d-daqs u l-manuvrabbiltà tal-bastiment, id-disponibbiltà fil-viċin ta' faċilitajiet ta' tfittxija u sistemi meteoroloġiċi ta' avviż, it-tħaddim tal-bastiment f'żoni mhux suxxettibbli għall-baħar qawwi jew karatteristiċi staġjonali ta' tħaddim, dik il-provvista ma tkunx meħtieġa." 3. Il-bidu tal-paragrafu 4 għandu jinqara kif ġej: "4. Minflok il-konformità mal-ħtiġiet tal-paragrafi 2(a), 3(a) u 3a(a) il-bastimenti jistgħu jġorru …". Ir-Regolament 10: Lajfbojs 1. Aqra s-subparagrafu 1(b) kif ġej: "sitt lajfbojs f'bastimenti ta' tul ta' anqas minn 75 metru iżda ta' tul ta' 45 metru jew aktar;". 2. Daħħal il-paragrafu l-ġdid 1(ċ) kif ġej: "1(ċ) erba' lajfbojs f'bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru." Ir-Regolament 13: Apparat tar-radju ta' salvataġġ Daħħal il-paragrafu l-ġdid 1 a biex jaqra kif ġej: "1a Iżda, għall-bastimenti ta' tul ta' anqas minn 45 metru in-numru ta' dak l-apparat jista' jitnaqqas bi tnejn, jekk l-amministrazzjoni tqis li l-ġarr ta' tlieta minn dak l-apparat ma jkunx meħtieġ waqt li jingħata kont taż-żona tat-tħaddim tal-bastiment u n-numru ta' persuni impjegati abbord;" . Ir-Regolament 14: Radar transponders Għandu jinqara biż-żieda li ġejja fit-tarf: "… f'kull survival craft. Fuq kull bastiment ta' tul ta' anqas minn 45 metru ta' l-anqas radar transponder wieħed għandu jinġarr." . IL-KAPITOLU IX: KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU Ir-Regolament 1: Applikazzjoni Aqra l-paragrafu 1, l-ewwel sentenza kif ġej: "1. Kemm-il darba mhux ipprovdut xort'oħra, dan il-kapitolu għandu jgħodd għall-bastimenti ġodda b'tul ta' 24 metru jew aktar u bastimenti eżistenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar." -------------------------------------------------- L-ANNESS III Dispożizzjonijiet reġjonali u lokali (L-Artikoli 3(3) u 4(1)) A. Dispożizzjonijiet reġjonali "Tramuntana" 1. Firxa ta' applikazzjoni: Kemm-il darba mhux imsemmi xi mkien ieħor, l-ibħra fit-tramuntana tal-fruntiera kif illustrati fuq il-mappa mehmuża ma' dan l-Anness, eskluż il-Baħar Baltiku. Din il-fruntiera hija definita bil-parallel ta' latitudni 62° N mill-kosta tal-punent tan-Norveġja sa lonġitudni 4° W, minn hemm il-meridjan ta' lonġitudni 4° W sa latitudni 60°30′ N, minn hemm il-paralell ta' latitudni 60°30′ N sa lonġitudni 5° W, minn hemm il-meridjan ta' lonġitudni 5° W sa latitudni 60° N, minn hemm il-paralell ta' latitudni 60° N sa lonġitudni 15° W, minn hemm il-meridjan ta' lonġitudni 15° W sa latitudni 62° N, minn hemm il-paralell ta' latitudni 62° N sa lonġitudni 27° W, minn hemm il-meridjan ta' lonġitudni 27° W sa latitudni 59° N minn hemm il-paralell ta' latitudni 59° N sal-punent. 2. Tifsiriet "Heavy drift ice" huwa silġ li jimxi li jkopri 8/10 jew aktar tal-wiċċ tal-baħar. 3. Ir-Regolament III/7(1) (Kondizzjonijiet ta' tħaddim) B'żieda mal-kondizzjonijiet speċifiċi ta' tħaddim mogħtija fir-Regolament III/7(1) il-kondizzjonijiet ta' tħaddim li ġejjin għandhom ukoll ikunu meqjusa: (e) kondizzjoni ta' tħaddim (b), (ċ) jew (d), skond liema jagħtu l-aktar valuri baxxi tal-parametri ta' stabbilità li jinsabu fil-kriterji ta' stabbilità elenkati fir-Regolament 2, għandhom ikunu kkalkolati inkluża l-allowance għaż-żieda fis-silġ skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/8; (f) għall-parit: tluq miż-żoni tas-sajd bit-tagħmir tas-sajd, ebda qabda u 30 % ħażniet, karburanti, eċċ., inkluża allowance għaż-żieda fis-silġ skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/8. 4. Ir-Regolament III/8 (Żieda fis-silġ) Il-ħtiġiet speċifiċi tar-Regolament III/8 u l-gwida speċifika mogħtija fir-Rakkomandazzjoni 2 mill-konferenza Torremolinos għandhom jiġu applikati fir-reġjun ikkonċernat, jiġifieri, wkoll barra l-fruntieri murija fil-mappa li takkumpanja l-imsemmija Rakkomandazzjoni. Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/8(1)(a) u (b) l-allowance ta' silġ li ġejja għandha ssir fil-kalkoli ta' stabbilita għall-bastimenti li joperaw fl-arja fit-tramuntana ta' latitudni 63° N, bejn lonġitudni 28° W u lonġitudni 11° W: (a) 40 kilogramm kull metru kwadru fuq gverti esposti tat-temp u skali; (b) 10 kilogrammi kull metru kwadru għal żoni laterali li jisporġu fuq kull naħa tal-bastiment 'il fuq mil-livell ta' l-ilma. 5. Ir-Regolamenti VII/5(2)(b) u (3)(b) (Numru u tipi ta' survival craft u dgħajjes ta' salvataġġ) Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-regolament VII/5 (2)(b), (3)(b), u (3a), għall-bastimenti tas-sajd li l-buq tagħhom huwa mibni biex jikkonforma mar-regoli ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti biex jaħdmu f'ibħra b'konċentrazzjoni ta' heavy drift ice b'konformità mar-Regolament II/1/2 ta' l-Anness li jinsab mal-Protokoll Torremolinos, id-dgħajsa ta' salvataġġ/lajfbowt meħtieġa fit-(2)(b), (3)(b) jew (3a)(b) għandha tkun ta' l-anqas mogħtija parzjalment (kif definit fir-Regolament VII/18) u għandu jkollha kapaċità biżżejjed biex takkomoda l-persuni kollha abbord. 6. Ir-Regolament VII/9 (Ilbiesi ta' immersjoni u għajunua protettiva termali) Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament VII/9 libsa ta' immersjoni approvata, tad-daqs xieraq, li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament VII/25, inklużi l-miżuri applikati għal dak ir-Regolament u elenkati f'dan l-Anness taħt il-partita 1.8, għandha tkun ipprovduta għal kull persuna abbord. 7. Ir-Regolament VII/14 (radar transponder) B'żieda mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII, it-Taqsima B, kull lajfbowt, dgħajsa tas-salvataġġ u ċattra tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b'mod permanenti b'radar transponder approvat li jaħdem fuq il-firxa 9 GHz. 8. Ir-Regolament VII/25 (Ilbiesi t' immersjoni) Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament VII/25 l-ilbiesi kollha ta' immersjoni meħtieġa taħt il-partita 1.6 ta' dan l-Anness għandhom, bħala unità waħda, ikunu magħmula minn materjal b'insulazzjoni inerenti u għandhom ukoll ikunu jkkonformaw mal-ħtiġiet ta' buoyancy tar-Regolament VII/24(1)(ċ)(i). Il-ħtiġiet l-oħra kollha relevanti tar-Regolament VII/25 għandhom ukoll ikunu mħarsa. 9. Ir-Regolament X/3(7) (Stallazzjonijiet tar-radar) Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament X/3(7), kull bastiment ta' tul ta' 24 metru jew aktar għandu jkun iffittjat bi stallazzjoni tar-radar għas-sodisfazzjon ta' l-amministrazzjoni. Din l-istallazzjoni tar-radar għandha tkun kapaċi li taħdem f'firxa ta' 9 GHz. 10. Ir-Regolament X/5 (Apparat tas-sinjali) B'żieda mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament X/5, kull bastiment għandu, meta jopera f'ibħra fejn jista' jkun hemm silġ li jimxi, ikun iffittjat b'ta' l-anqas searchlight wieħed b'kapaċità ta' dawl ta' l-anqas 1 lux, imkejla f'distanza ta' 750 metru. B. Dispożizzjonijiet reġjonali "Nofsinhar" 1. Żona ta' applikazzjoni: Il-Baħar Mediterran u ż-żoni kostali, f'20 mil mill-kosta ta' Spanja u l-Portugall, taż-żona tas-sajf ta' l-Oċejan Atlantiku, kif definit fuq il-"Mappa taż-żoni u żoni staġonali" fl-Anness II li jinsab mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1996 dwar Load Lines [1], kif emendata. 2. Regolament VII/9(1) (Ilbiesi t' immersjoni) Waqt li tingħata konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 tar-Regolament VII/9, żid fit-tarf tal-paragrafu 1 is-sentenza li ġejja: " Għall-bastimenti ta' tul ta' anqas min 45 metru in-numru ta' ilbiesi ta' immersjoni mhux meħtieġ li jkun aktar minn tnejn. " 3. Ir-Regolament IX/1 (Komunikazzjonijiet bir-Radju) Żid il-paragrafu l-ġdid 1a kif ġej: " Dan il-kapitolu għandu wkoll japplika għall-bastimenti ġodda ta tul ta' 45 metru jew aktar, b'dan illi ż-żona li fiha joperaw tkun sostnuta kif jixraq bi stazzjon tal-kosta mħaddem skond il-pjan maħsub ta' l-IMO. " REĠJUN TAT-TRAMUNTANA +++++ TIFF +++++ [1] Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1991 dwar Load Lines, adottata fil-5 ta' April 1966 bil-Konferenza Internazzjonali dwar Load Lines, miżmuma f'Londra fuq invit ta' l-Organizzazzjoni Intergovernattiva Marittima Konsultattiva. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Ħtiġiet speċifiċi ta' sigurtà (L-Artikolu 3(4)) IL-KAPITOLU II: KOSTRUZZJONI, INTEGRITÀ LI MA JIDĦOLX ILMA U APPARAT Żid ir-Regolamenti ġodda li ġejjin: "Ir-Regolament 16: Gverti tax-xogħol f'superstructure magħluq 1. Dawk il-gverti għandhom ikunu ffittjati b'sistema effiċjenti ta' skular ta' l-ilma li jkollha kapaċità ta' skular adattata biex teħles mill-ilma tal-ħasil u l-interjuri tal-ħut. 2. Il-fetħiet kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu pprovduti b'mezzi ta' għeluq ta' malajr u effiċjenti minn persuna waħda. 3. Fejn il-qabda titqiegħed fuq dawk il-gverti għall-immaniġġar u t-tindif il-qabda għandha titqiegħed f'pound. Dawk il-pounds għandhom jikkonformaw mar-Regolament 11 tal-Kapitolu III. Sistema effiċjenti ta' skular għandha tkun iffittjata. Protezzjoni adegwata kontra dħul ta' l-ilma bi żball fuq il-gverta tax-xogħol għandha tkun ipprovduta. 4. Ta' l-anqas żewġ ħruġ minn dawk il-gverti għandhom ikunu pprovduti. 5. L-għoli nett fl-ispazju tax-xogħol għandu fil-punti kollha ma jkunx anqas minn żewġ metri. 6. Sistema fissa ta' ventilazzjoni li tippovdi ta' l-anqas sitt bidliet ta' l-arja fis-siegħa għandha tkun ipprovduta. Ir-Regolament 17: Marki tal-pixka 1. Il-bastimenti kollha għandhom ikunu pprovduti b'marki tal-pixka f'deċimetri fuq l-istemma u l-poppa fuq iż-żewġ naħat. 2. Dawk il-marki għandhom jitqiegħdu l-aktar qrib possibbli tal-perpendikolari. Ir-Regolament 18: Tankijiet għall-ħut fl-ilma baħar refriġerat (RSW) jew imkessaħ (CSW) 1. Jekk tankijiet RSW- jew CSW- jew sistemi ta' tankijiet simili jintużaw, dawk it-tankijiet għandhom ikunu pprovduti b'arranġament separat, iffittjat b'mod permanenti għall-mili u l-iżvojtar ta' l-ilma baħar. 2. Jekk dawk it-tankijiet għandhom jintużaw ukoll għall-ġarr ta' merkanzija niexfa, it-tankijiet għandhom ikunu rranġati b'sistema ta' sentina u pprovduti b'mezzi adegwati biex jiġi evitat id-dħul ta' l-ilma mis-sistema ta' sentina fit-tankijiet." IL-KAPITOLU III: STABBILITÀ U FELĦAN GĦALL-BAĦAR ASSOĊJAT Ir-Regolament 9: Test ta' l-inklinar Żid il-paragrafu 4 l-ġdid li ġej: "4. It-test ta' l-inklinar u d-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet meħtieġa bir-Regolament III/9(1) għandu jitwettaq ta' l-anqas kull 10 snin." IL-KAPITOLU IV: MAKKINARJU U STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI U PERIODICALLY UNATTENDED MACHINERY SPACES Ir-Regolament 13: Tagħmir għall-isteering Żid it-test li ġej mal-paragrafu 10: "Jekk dan is-sors ta' enerġija huwa l-elettriku, is-sors ta' emerġenza ta' enerġija elettrika għandu jkun kapaċi jmexxi s-sorsi awżiljari għall-attivazzjoni tat-tmun għall-perjodu ta' għall-anqas 10 minuti." Ir-Regolament 16: Sors prinċipali ta' enerġija elettrika Żid il-paragrafu 3 li ġej: "3. Id-dwal tan-navigazzjoni, jekk unikament bl-elettriku, għandhom ikunu pprovduti permezz tas-switchboard tagħhom separata u mezzi adegwati għall-monitoraġġ għandhom ikunu pprovduti." Ir-Regolament 17: Sors ta' emerġenza ta' enerġija elettrika Minkejja l-paragrafu 2, għall-bastimenti ta' tul ta' 45 metru jew aktar, is-sors ta' emerġenza ta' enerġija elettrika għandu jkun kapaċi li jservi l-istallazzjonijiet elenkati f'dak ir-Regolament għall-perjodu ta' mhux anqas minn tmien sigħat. IL-KAPITOLU V: PROTEZZJONI KONTRA N-NAR, KXIF TAN-NAR, TIFI TAN-NAR U FIRE FIGHTING Ir-Regolament 22: Apparat tat-tifi tan-nar fl-ispazji tal-makkinarju Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom ikunu ffittjati b'arranġament fiss tat-tifi tan-nar. Ir-Regolament 40: Apparat tat-tifi tan-nar fl-ispazji tal-makkinarju Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom ikunu ffittjati b'arranġament iffissat tat-tifi tan-nar. -------------------------------------------------- L-ANNESS V FOROM TA' ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ, ĊERTIFIKAT TA' EŻENZJONI, U REKORD TAT-TAGĦMIR +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------