This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997L0050
Directive 97/50/EC of the European Parliament and of the Council of 6 October 1997 amending Directive 93/16/EEC to facilitate the free movement of doctors and the mutual recognition of their diplomas, certificates and other evidence of formal qualifications
Id-Direttiva 97/50/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra tal-kwalifiki formali tagħhom
Id-Direttiva 97/50/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra tal-kwalifiki formali tagħhom
ĠU L 291, 24.10.1997, p. 35–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993L0016 | Tlestija | artikolu 27 | 25/10/1997 | |
Modifies | 31993L0016 | Tlestija | artikolu 26 | 25/10/1997 | |
Modifies | 31993L0016 | Żieda | artikolu 44BIS | 25/10/1997 | |
Modifies | 31993L0016 | Żieda | artikolu 5.4 | 25/10/1997 | |
Modifies | 31993L0016 | Żieda | artikolu 7.3 | 25/10/1997 |
Official Journal L 291 , 24/10/1997 P. 0035 - 0037
Id-Direttiva 97/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 li temenda d-Direttiva 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra tal-kwalifiki formali tagħhom IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 49, 57(1)u (2), l-ewwel u t-tielet sentenza, u 66 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3] fid-dawl tat-test konġunt approvat fit-28 ta’ Mejju 1997 mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, Billi hemm bżonn li jiġu introdotti proċeduri xierqa għall-aġġornament ta’ l-Artikoli 5(3), 7(2), 26 u 27 tad-Direttiva 93/16/KEE [4] sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet ta’ spiss fit-taħriġ u fit-titoli uffiċjali ta’ l-ispeċjalizzazjonijiet mediċi fl-Istati Membri differenti; Billi l-użu ta’ dawn il-proċeduri li huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta’ Lulju 1987 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5] jippermetti li tittejjeb l-effiċjenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment ta’, u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn, dawk l-ispeċjalisti mediċi li d-drittijiet tagħhom jiddependu fuq l-aġġornament ta’ dawk id-dispożizzjonijiet; Billi l-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni 87/373/KEE għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-modus vivendi [6] li għandu x'jaqsam mal-proċedura ta’ kumitat kif miftiehem mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni saż-żmien meta ssir reviżjoni tat-Trattati skond l-Artikolu N (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; Billi hemm bżonn li jiġu aġġornati l-Artikoli 5(3) u 7(2) f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-ispeċjalizzazjonijiet mediċi kif u meta jkunu rikonoxxuti minn tnejn jew aktar mill-Istati Membri u sabiex jingħaddu dawk l-Istati Membri ma’ l-elenki rilevanti tat-titoli uffiċjali relevanti ta’ l-ispeċjalizzazjonijiet kif u meta t-taħriġ f'dawk l-Istati Membri jkun jikkonforma mal-ħtiġiet minimi stabbiliti fid-Direttiva 93/16/KEE; Billi hemm bżonn li jiġi stabbilit fl-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva msemmija t-tul minimu tal-korsijiet ta’ taħriġ għall-ispeċjalizzazjonijiet meta jiġu introdotti u sabiex jaġġornaw oħrajn kif u meta jkun hemm bżonn; Billi l-Kummissjoni assistita mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 75/365/KEE [7] f'kapaċità konsultattiva tkun tista’ twettaq il-bidliet meħtieġa fl-Artikoli 5(3) u 7(2); Billi huwa xieraq li waqt li jassisti lill-Kummissjoni sabiex twettaq dawk il-bidliet fl-Artikoli 26 u 27, il-Kumitat imsemmi għandu jaġixxi bħala kumitat ta’ amministrazzjoni; Billi l-Kumitat ta’ Konsulenza dwar it-Taħriġ Mediku stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni 75/364/KEE [8] jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-opinjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-qafas ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/16/KEE; Billi għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri li jkollhom kwalifiki mogħtija f'pajjiżi terzi, il-problemi rilevanti fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni tad-Direttivi settorali għandhom jiġu indirizzati fil-qafas tas-sistema ġenerali tar-rikonoxximent tad-diplomi ta’ edukazzjoni superjuri mogħtija meta jitlesta t-taħriġ edukattiv professjonali, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 93/16/KEE għandha tiġi emendata kif ġej: 1. il-paragrafu 4 li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 5: "4. L-elenku ta’ titoli uffiċjali fil-paragrafu 3 għandu jiġi emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44a(2)."; 2. il-paragrafu 3 li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 7: "3. L-elenku ta’ deskrizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandu jiġi emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44a(2)."; 3. il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikoli 26 u 27: "L-elenku ta’ tulijiet minimi tal-korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzati li ssir riferenza għalih fl-Artikolu għandu jiġi emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44a(3)."; 4. l-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud: "L-Artikolu 44a 1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu tkun trid tiġi segwita, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Anzjani dwar is-Saħħa Pubblika, stabbilit taħt id-Deċiżjoni 75/365/KEE [9]. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tieħu dwar l-abbozz, f'terminu ta’ żmien li l-president tiegħu jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-kwistjoni, jekk ikun hemm bżonn permezz ta’ votazzjoni. L-opinjoni għandha titniżżel fil-minuti; barraminnhekk, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tiġi rreġistrata fil-minuti. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar importanza lill-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hija għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod kif l-opinjoni tiegħu tkun ġiet ikkunsidrata. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz sa terminu ta’ żmien li l-president jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-manjiera stabbilita f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li japplikaw immedjatament. Madanakollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ: (a) il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għall-perjodu ta’ xahrejn mid-data ta'din il-komunikazzjoni; (b) il-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti sat-terminu ta’ żmien imsemmi fil-punt (a)." L-Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Ottubru 1997. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-robles Għall-Kunsill Il-President J. Poos [1] ĠU C 389, tal-31.12.1994, p. 19. u ĠU C 28, ta’ l-1.2.1996, p. 7. [2] ĠU C 133, tal-31.5.1995, p. 10. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Ġunju 1995 (ĠU C 183, tas-17.7.1995, p. 24.), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1996 (ĠU C 248, tas-26.8.1996, p. 71.) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996, p. 31). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Lulju 1997. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1997. [4] ĠU L 165, tas-7.7.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata permezz ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994. [5] ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 33. [6] ĠU C 102, ta’ l-4.4.1996, p. 1. [7] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni 80/157/KEE (ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 15). [8] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 17. [9] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni 80/157/KEE (ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 15). -------------------------------------------------- Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Rigward il-paragrafu 7b (ġdida) Il-Kummissjoni tisħaq li l-bżonn li tiġi stabbilita l-ekwivalenza tad-diplomi mogħtija lit-tobba barra mill-Unjoni Ewropea hija waħda mill-problemi li trid tissolva. --------------------------------------------------