This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0838
97/838/EC: Council Decision of 28 November 1997 concerning the conclusion on behalf of the European Community, as regards matters within its competence, of the results of the WTO negotiations on basic telecommunications services
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 1997 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitajiet Ewropej, dwar materji fil-kompetenza tagħha, tar-riżultati tan-negozjati tal-WTO dwar is-servizzi bażiċi tat-telekomunikazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 1997 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitajiet Ewropej, dwar materji fil-kompetenza tagħha, tar-riżultati tan-negozjati tal-WTO dwar is-servizzi bażiċi tat-telekomunikazzjoni
ĠU L 347, 18.12.1997, p. 45–58
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/838/oj
Official Journal L 347 , 18/12/1997 P. 0045 - 0058
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 1997 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitajiet Ewropej, dwar materji fil-kompetenza tagħha, tar-riżultati tan-negozjati tal-WTO dwar is-servizzi bażiċi tat-telekomunikazzjoni (97/838/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 57, 66, 90, 99, 100, 100a u 113, flimkien ma' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Ftehim ta' Marrakesh li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-ftehim relatati, d-Deċiżjoni Ministerjali u d-dikjarazzjonijiet, inkluża d-Deċiżjoni Ministerjali dwar in-Negozjati fuq it-Telekomunikazzjoni Bażika, kif ukoll l-Anness dwar it-Telekomunikazzjoni u l-Anness dwar in-Negozjati dwar it-Telekomunikazzjoni Bażika kienu approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 [3]; Billi l-impenji totali fis-servizzi tat-Telekomunikazzjoni bażika negozjati mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, jikkostitwixxu ħruġ sodisfaċenti u bilanċjat; Billi fit-30 ta' April 1996 il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex tapprova, f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, d-Deċiżjoni tal-Grupp Negozjatur dwar it-Telekomunikazzjoni Bażika u l-Kunsill tal-WTO għall-Kummerċ fis-servizzi li jadottaw ir-raba' Protokoll tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-servizzi u d-Deċiżjoni tal-Kunsill għall-Kummerċ fis-servizzi dwar l-Impenji f'Telekomunikazzjoni Bażika; Billi fl-14 ta' Frar 1997 il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex tissottometti lill-WTO l-iskeda finali tar-rabta f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha; Billi l-kompetenza tal-Komunità sabiex tikkonkludi l-ftehim internazzjonali ma titnissilx biss minn għoti espliċitu mit-Trattat iżda jista' jinħareġ ukoll dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat u minn atti adottati wara dawk id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-Komunità: Billi fejn ir-regoli tal-Komunità ġew adottati f'ordni sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, l-Istati Membri ma jistgħux, barra l-qafas ta' l-istituzzjonijiet komuni, jidħlu f'rabta li tista taffettwa dawk ir-regoli jew tibdel l-għan tagħhom; Billi xi impenji dwar is-servizzi ta' telekomunikazzjoni bażika jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità taħt l-Artikolu 113 tat-Trattat; billi, barra minn hekk, impenji oħra dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjoni Bażika jaffettwaw ir-regoli tal-Komunità li tadotta fuq il-bażi ta' l-Artikoli 57, 66, 90, 99, 100 u 100a u għaldaqstant jistgħu jiddaħlu għalihom mill-Komunità waħedha; Billi l-użu ta' l-Artikolu 100 tat-Trattat bħala bażi legali għad-Deċiżjoni hu ġustifikat ukoll mill-fatt li l-impennji msemmija aktar ‘l fuq dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjoni bażika x'aktarx jaffettwaw id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-taxxa applikabbli għall-korporazzjonijiet, diviżjonijiet, transferimenti ta' assi u skambju ta' ishma dwar kumpanniji ta' l-Istati Membri differenti [4] u d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-taxxa applikabbli fil-każ ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' l-Istati Membri differenti [5], li huma bażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat; Billi, fin-natura tagħhom, il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Protokoll tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-servizzi, m'humiex suxxettibbli li jkunu direttament invokati fil-Komunità jew fil-qrati ta' l-Istati Membri, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Uniku 1. Ir-Raba' Protokoll tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ f'Servizzi dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjoni bażika huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunitajiet Ewropej dwar dik il-parti tagħha li taqa fi ħdan il-kompetenza tal-Komunità. 2. It-test tar-Raba' Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, bhalma huma dawn li ġejjin: - l-iskeda ta' l-impenji speċifiċi tal-Komunità u l-Istati Membri, li hija parti mill-pakkett totali ta' l-impenji milħuq fil-WTO fil-15 ta' Frar 1997, - id-deċiżjoni tal-Kunsill għal Kummerċ f'Servizzi dwar l-impenji fit-telekomunikazzjoni bażika, u - ir-rapport tal-15 ta' Frar 1997 mill-Grupp tat-Telekomunikazzjoni Bażika tal-Kunsill għall-Kummerċ f'Servizzi. 3. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina lill-persuna(i) li jingħataw il-poter sabiex jiffirmaw ir-raba' Protokoll tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ f'Servizzi f'ordni li jaqdu l-Komunità dwar dik il-parti tal-Protokoll li taqa' fi ħdan il-kompetenza tagħha. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 1997. F'isem il-Kunsill Il-President G. Wohlfart [1] ĠU C 267, 3.9.1997, P. 80. [2] ĠU C 339, 10.11.1997. [3] ĠU L 336, 23.12.1994, P. 1. [4] ĠU L 225, 20.8.1990, P. 1. [5] ĠU L 225, 20.8.1990, P. 6. --------------------------------------------------