Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0787

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1997 li jipprovdu assistenza finanzjarja eċċezzjonali għall-Armenja u l-Ġeorgia

    ĠU L 322, 25.11.1997, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/03/2000

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/787/oj

    31997D0787



    Official Journal L 322 , 25/11/1997 P. 0037 - 0038


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta' Novembru 1997

    li jipprovdu assistenza finanzjarja eċċezzjonali għall-Armenja u l-Ġeorgia

    (97/787/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi l-Kummissjoni kkonsultat il-Kumitat Monetarju qabel issottomettiet il-proposta tagħha;

    Billi l-Armenja u l-Ġeorgia qegħdin iwettqu riformi ekonomiċi u politiċi fundamentali u qegħdin jagħmlu sforzi sostanzjali sabiex jimplimentaw mudell ta' ekonomija tas-suq;

    Billi l-kollegamenti tas-sengħa, kummerċjali u ekonomiċi għandhom jiżviluppaw bejn il-Komunità, l-Armenja u l-Ġeorgia fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija u l-Koperazzjoni iffirmati fit-22 ta' April 1996;

    Billi l-Armenja u l-Ġeorgia ftehmu mal-Fond Monetraju Internazzjonali (FMI) fl-1994 dwar l-ewwel numru ta' miżuri ta' riformi ta' stabilizzazzjoni u ta' riforma politika li jkunu appoġġjati mill-Faċilità ta' Trasformazzjoni Sistematika tal-FMI; billi l-Bord tal-FMI approva f'Ġunju 1995 l-arranġamenti ta' skorta li jappoġġjaw ir-riformi ambizzjużi ta' stabbilizzazzjoni u aġġustament strutturali għall-perjodu bejn Lulju 1995 sa Ġunju 1996;

    Billi l-bord ta' l-FMI approva fi Frar 1996 faċilità ta' aġġustament struttarali mtejjba ta' tlett snin (FASM) fuq il-kondizzjonijiet ta' konċessjoni għall-Armenja u l-Ġeorgia, li jissostitwixxu l-arranġamenti attwali għal li jista' jinqala';

    Billi l-awtoritajiet Armeni u tal-Ġeorgia obbligaw ruħhom formalment li jmantnu l-obbligi finanzjarji mhux imħallsa kollha lejn il-Komunità;

    Billi dawk l-awtoritajiet talbu appoġġ finanzjarju mhux tas-soltu mill-Komunità;

    Billi l-Armenja u l-Ġeorgia huma pajjiżi bi dħul baxx u qed jiffaċċjaw ċirkustanzi ekonomiċi u soċjali partikolarment kritiċi; u billi dawn il-pajjiżi huma eliġibbli għal self b'kondizzjonijiet tajbin ħafna mill-Bank Dinji u l-FMI;

    Billi l-assistenza finanzjarja b'kondizzjonijiet tajba ħafna mill-Komunità fil-forma ta' self fit-tul u għotjiet diretti hija miżura xierqa sabiex tgħin il-pajjiżi benefiċjarji f'dan il-mument kritiku;

    Billi din l-assistenza, kemm il-parti magħmula minn self u l-parti magħmula minn għotja, hija tassew mhux tas-soltu u għalhekk bl-ebda mod ma' tikkostitwixxi preċedent għall-ġejjieni;

    Billi l-inklużjoni ta' għotja f'din l-assistenza hija mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-awtorità ta' l-estimi;

    Billi din l-assistenza għandha tiġi amministrata mill-Kummisjoni;

    Billi t-Trattat ma' jipprovdix, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, poteri li ma' jkunux dawk li ta' l-Artikolu 235,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-Komunità għandha tpoġġi għad-disposizzjoni ta' l-Armenja u l-Ġeorgia assistenza finanzjarja mhux tas-soltu, fil-forma ta' self fit-tul u għotjiet diretti.

    2. Il-parti ta' self totali ta' din l-assistenza għandha tkun ta' massimu ta' ECU 170 miljun, b'maturità massima ta' 15-il sena u perjodu ta' maħfra ta' 10 snin. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha l-poter li tissellef, f'isem il-Komunità Ewropea, ir-riżorsi neċessarji li għandhom jitpoġġew għad-disposizzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji fil-forma ta' self.

    3. Il-parti ta' self ta' din l-assistenza għandha tikkonsisti f'ammont ta' 10 miljun ECU għall-1997 u ta' 17-il miljun ECU ta' kull sena għall-perjodu ta' bejn l-1998-2002. L-għotjiet ta' kull sena għandhom isiru disponibbli safejn il-posizzjoni ta' debituri netti tal-pajjiżi benefiċjarji lejn il-Komunità jkunu tnaqqsu b'mill-anqas ammont simili.

    4. L-assistenza finanzjarja li hemm provduta fil-paragrafi 2 u 3 għandha tingħata biss lill-pajjiżi benefiċjarji bil-kondizzjoni li:

    (a) dawk il-pajjiżi jkunu ssodisfaw l-obbligi eżistenti kollha lejn il-Komunità;

    (b) dawk il-pajjiżi qegħdin jimplimentaw b'mod sodisfaċenti aġġustament komprensiv u programm ta' riforma fil-kuntest ta' programm tal-FMI.

    5. L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Monetarju, wara li jittieħed kont tal-ftehim eżistenti u futuri li għandhom jintlaħqu bejn il-FMI u l-pajjiżi benefiċjarji

    Artikolu 2

    1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-poter li tiftieħem ma' l-awtoritajiet tal-pajjiżi benefiċjarji l-kondizzjonijiet u l-ammonti speċifiċi, u l-kondizzjonijiet marbuta ma' din l-assistenza.

    2. Il-Kummissjoni għandha tivverifika, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Monetarju, li l-politika tal-pajjiżi li jkunu riċevituri fir-rigward ta' l-għanijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    1. L-ammont totali tas-self għandu jitpoġġa għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni fl-1997 flimkien ma' l-ewwel ħlas tal-għotja, bla ħsara għar-rispett tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(4). Sussegwentement, l-bqija tal-parti ta' l-għotja għandha titpoġġa għad-disposizzjoni mill-Kummissjoni fi ħlasijiet suċċessivi ta' kull sena, bla ħsara għar-rispett tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(4)(b).

    2. Il-fondi għandhom jitħallsu lill-banek ċentrali tal-pajjiżi riċevituri.

    Artikolu 4

    1. L-operazzjonijiet ta' self u għoti ta' self li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu bl-użu ta' l-istess data ta' valur. Dawk l-operazzjonijiet m'għandhomx jinvolvu lill-Komunità fit-trasformazzjoni ta' maturitajiet, f'kull riskju ta' skambju jew tar-rati ta' l-interessi, jew f'kull riskju kummerċjali ieħor.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li klawsola ta' ħlas lura kmieni tkun inkluża fil-kondizzjonijiet tas-self.

    3. Fuq talba tal-pajjiżi benefiċjarji, u fejn iċ-ċirkustanzi jkunu jippermettu titjib fir-rati ta' l-interessi fuq is-self, il-Kummissjoni għandha tiffinanzja mill-ġdid is-self tal-bidu kollu jew parti minnu, jew tirristruttura l-kondizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' ffinanzjar mill-ġdid jew ristrutturar għandhom jirrispettaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1. Dawk l-operazzjonijiet m'għandhomx iwasslu għall-estensjoni tal-maturità medja tas-self konċernat jew iż-żieda ta' l-ammont, espress fir-rata ta' skambju attwali, tal-kapital dovut fid-data ta' l-iffinanzjar mill-ġdid jew ir-ristrutturar.

    4. L-ispejjeż kollha relatati li jkunu ntefqu mill-Komunità sabiex tikkonkludi u twettaq l-operazzjonijiet taħt din id-Deċiżjoni għandhom jinġarru mill-pajjiżi benefiċjarji.

    Il- Kumitat Monetarju għandu jinżamm infurmat bl-operazzjonijiet taħt il-paragrafi 2 u 3 mill-anqas darba fis-sena.

    Artikolu 5

    1. Mill-anqas darba fis-sena, l-Kummissjoni għandha tindirizza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    2. Qabel il-31 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill għandu jeżamina l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa dik id-data fuq il-bażi ta' rapport komprensiv mill-Kummissjoni.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 1997.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] ĠU C 95, ta' l-24.3.1997, p. 64.

    [2] ĠU C 304, tas-6.10.1997, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top