Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0763

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 1997 li tikkonkludi l-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel

    ĠU L 313, 15.11.1997, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/763/oj

    Related international agreement

    31997D0763



    Official Journal L 313 , 15/11/1997 P. 0025 - 0025


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-10 ta' Novembru 1997

    li tikkonkludi l-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel

    (97/763/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130 (m), flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Komunità Ewropea u l-Afrika t'Isfel qed isegwu speċifikament il-programmi RTD f'ambiti ta; interess komuni;

    Billi fuq il-bażi ta' esperjenza tal-passat, iż-żewġ naħat urew ix-xewqa li jistabbilixxu struttura iżjed fonda u wiesa' għat-tmexxija ta' kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija;

    Billi dan l-Ftehim ta' koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija jifforma parti mill-koperazzjoni globali bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra;

    Billi bid-Deċiżżjoni tagħha tat-22 ta' Jannar 1996, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex jinnegozja ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel;

    Billi bid-Deċizjoni tagħha tal-5 ta' Diċembru 1996, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim fuq koperazzjoni xjentifika u teknologika tkun iffirmata f'isem il-Komunità;

    Billi l-Ftehim fuq koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewopea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel kient iffirmata fil-5 ta' Diċembru 1996;

    Billi l-Ftehim fuq il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel għandha tiġi appprovata,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel hawnhekk approvata f'isem l-Komunità.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifiki li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim kienu kompluti fil-parti tal-Komunità Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Novembru 1997.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    E. Hennicot-Schoepges

    [1] ĠU C 134, tad-29.4.1997, p. 7.

    [2] ĠU C 304, tas-6.10.1997.

    --------------------------------------------------

    Top