This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0639
97/639/EC: Commission Decision of 19 September 1997 on a common technical regulation for the attachment requirements for the terminal equipment interface for connection to 34 Mbit/s digital unstructured and structured leased lines (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnessjoni ta’ interface ta’ tagħmir terminali għal konnessjoni ma’ linji mikrija diġitali mhux strutturati u strutturati ta’ 34 Mbit/sTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnessjoni ta’ interface ta’ tagħmir terminali għal konnessjoni ma’ linji mikrija diġitali mhux strutturati u strutturati ta’ 34 Mbit/sTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 271, 3.10.1997, p. 16–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 271 , 03/10/1997 P. 0016 - 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ konnessjoni ta’ interface ta’ tagħmir terminali għal konnessjoni ma’ linji mikrija diġitali mhux strutturati u strutturati ta’ 34 Mbit/s (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/639/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April, 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjoni [1], inkluż r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom, kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) ta’ din, Billi l-Kummissjoni identifikat it-tip ta’ tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni dwar il-qasam ta’ applikazzjoni assoċjat miegħu; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni; Billi r-regolament tekniku komuni li għalih tipprovdi din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta’ ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ħtiġiet għal tagħmir tekniku maħsub li jiġi konness ma’ punt terminali ta’ network pubbliku tat-telekomunikazzjoni ta’ linji diġitali mikrija ONP mhux strutturati (D34U) ta’ 34368 kbit/s jew linji diġitali mikrija ONP strutturati (D34S) ta’ 34368 kbit/s b’rata ta’ trasferiment ta’ informazzjoni ta’ 33920 kbit/s mingħajr restrizzjoni fuq kontenut binarju u li jaqa’ fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tal-istandard armonizzat identifikata fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġiet ta’ konnessjoni ma’ tagħmir terminali. Artikolu 2 1. Ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat mħejji mill-korp relevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta safejn ikun applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(d) u (f) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4]. Artikolu 3 Il-korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, fir-rigward ta’ tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkunu wżati l-istandards armonizzati li għalihom jirreferi l-Artikolu 2(1) fi żmien sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għall-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Settembru, 1997. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 128, tat-23.5.1991, p. 1 [2] ĠU Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1. [3] ĠU Nru L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [4] ĠU Nru L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni tkun: Telekomunikazzjoni tal-Kummerċ (BTC); 34 Mbit/s linji mikrija,mhux strutturati u strutturati (D34U u D34S) Ħtiġiet ġenerali ta’ konnessjoni għall-interface ta’ tagħmir terminali ETSI Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni Segretarjat ETSI TBR 24 - Lulju 1997 (minbarra d-daħla) Tagħrif addizzjonali: L-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]. L-istandard armonizzat li għalih hawn referenza hawn fuq kien prodott skond Mandat maħruġ bi qbil ma’ proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. It-test sħiħ tal-istandard armonizzat li għalih hawn referenza hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand: Institut Ewropej Standard ta’ Telekommunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Il-Kummisjoni tal-Kommunitajiet Ewropej, DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel | [1] ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8. --------------------------------------------------