EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0524

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju, 1997 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ applikazzjoni tat-telefonija għal telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fili (DECT) (it-tieni edizzjoni)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 215, 7.8.1997, p. 50–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/524/oj

31997D0524



Official Journal L 215 , 07/08/1997 P. 0050 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Lulju, 1997

dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta’ applikazzjoni tat-telefonija għal telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fili (DECT) (it-tieni edizzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/524/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/263/KEE tad-29 ta’ April, 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tiegħu [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din,

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta’ tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni assoċjat miegħu;

Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li jridu jitbiddlu f’regolamenti tekniċi komuni;

Billi biex tkun żgurata l-kontinwità ta’ aċċess għal swieq għal manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji fir-rigward ta’ tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/472/KE [3];

Billi d-Deċiżjoni 94/472/KE għandha tkun revokata b’effett mit-tmiem tal-perjodu transitorju;

Billi r-regolament tekniku komuni adottat f’din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta’ ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali tar-radju ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fili (DECT) li jaħdem fil-firxa ta’ frekwenza minn 1880 sa 1900 Mhz maħsub biex jitwaħħal man-network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet, u li jidħol fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-istandard armonizzat identifikat fl-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġiet ta’ l-applikazzjoni tat-telefonija għal tagħmir terminali li għalih jirreferi l-paragrafu 1.

Artikolu 2

1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat mħejjija mill-korp rilevanti ta’ standardizzazzjoni li jimplimenta sal-punt safejn ikunu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(g) tad-Direttiva 91/263/KEE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness.

2. Tagħmir terminali kopert b’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni li għalih jirreferi l-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/263/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta’ kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5].

Artikolu 3

Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/263/KEE għandhom, rigward tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw l-użu ta’ l-istandard armonizzat li għalih jirreferi l-Artikolu 2(1) l-iktar tard fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Id-Deċiżjoni 94/472/KEE għandha tkun revokata b’effett mid-data ta’ sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

2. Tagħmir terminali, approvat skond id-Direttiva 94/472/KE jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq u jiddaħħal fis-servizz basta iżda li approvazzjoni bħal din tingħata mhux iktar tard minn sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id-9 ta’ Lulju, 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 128, tat-23.5.1991, p. 1.

[2] ĠU Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1.

[3] ĠU Nru L 194, tad-29.7.1994, p. 91.

[4] ĠU Nru L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[5] ĠU Nru L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat li għaliha jirreferi l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tkun:

Tagħmir u sistemi tar-radju (RES); telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħa mingħajr fili (DECT) ħtiġiet ġenerali għall-konnessjoni terminali; applikazzjonijiet tat-telefonija (GAP)

ETSI

Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni

Segretarjat ta’ ETSI

TBR 10, It-Tieni Edizzjoni - Jannar 1997

(minbarra d-daħla)

Tagħrif addizzjonali

L-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1]

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien prodott skond mandat maħruġ bi qbil ma’ proċeduri rilevanti fid-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

It-test sħiħ ta’ l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand:

Istitut Ewropew ta’ l-Istandards ta’ Telekomunikazzjoni 650, Route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex. | Kummissjoni tal-Komunitajiet DGXIII/A/2 - (BU 31, 1/7) Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Bruxelles/Brussel. |

[1] ĠU Nru L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------

Top