Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0427

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Lulju 1996 li tikkonċerna deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEETest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 175, 13.7.1996, p. 34–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/427/oj

    31996D0427



    Official Journal L 175 , 13/07/1996 P. 0034 - 0034


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-10 ta' Lulju 1996

    li tikkonċerna deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (96/427/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi l-Artikolu 7(3) jistipula li l-Istati Membri jistgħu, bil-kunsens tal-Kummissjoni, jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Anness III li jikkonċerna l-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali għas-sewqan ta' vetturi bil-mutur;

    Billi dawn id-derogi għandhom ikunu kompatibbli ma' l-iżvilupp tax-xjenza medika u mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness III;

    Billi l-Anness III, il-punt 6.3 jispeċifika li applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta' din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza viżiva, b'lenti korrettiva jekk neċessarju, ta' mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u mill-inqas 0,5 fl-agħar għajn;

    Billi, jekk ikunu wżati lenti korrettivi biex jilħqu l-valuri ta' 0,8 u 0,5, l-akutezza mhux korretta f'kull għajn għandha tilħaq 0,05, jew inkella l-akutezza minima (0,8 u 0,5) għandha tintlaħaq jew b'korrezzjoni permezz ta' nuċċali b'qawwa li ma taqbiżx erba' dioptres bi ftit iżjed jew inqas jew bl-għajnuna ta' lenti ta' kuntatt (viżjoni mhux korretta = 0,05) u l-korrezzjoni għandha tkun tollerata sewwa;

    Billi l-punt 6.3 barraminnhekk jispeċifika li l-liċenzji tas-sewqan m'għandhomx jinħarġu għal jew jiġġeddu għal applikazzjonijiet jew sewwieqa mingħajr kamp normali binokulali ta' viżjoni jew li jsofru mid-diplopija;

    Billi skond il-punt 6.3 ta' l-Anness III is-saħħa massima permessa għan-nuċċalijiet ta' sewwieqa tal-grupp 2 għandha tkun ta' erba' dioptres bi ftit iżjed jew inqas, l-iktar minħabba d-distorsjoni tal-kamp ta' viżjoni jekk nuċċalijiet iktar qawwija kellhom jintużaw, billi, madanakollu, l-applikazzjoni ta' tekniki u materjali moderni għamlitha possibbli li issa jiġu prodotti nuċċalijiet sa ftit iktar jew inqas minn 8 dioptres mingħajr din id-distorsjoni;

    Billi, għalhekk, wara t-talba ta' diversi Stati Membri, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-iżviluppi tax-xjenza medika jiġġustifikaw deroga għad-disposizzjoni tal-punt 6.3 ta' l-Anness III tad-Direttiva għan-numru ta' dioptres għan-nuċċalijiet tas-sewwieqa ta' grupp 2,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    L-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ta' 8 dioptres bi ftit iżjed jew inqas minflok 4 dioptres bi ftit iżjed jew inqas meta l-akutezza minima ta' 0,8 u 0,5 tintlaħaq b'korrezzjoni permezz ta' nuċċalijiet.

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tapplika minn tlet ijiem wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Lulju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Neil Kinnock

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top