EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0413

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tissaħħaħ il-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea

ĠU L 167, 6.7.1996, p. 55–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/11/2006; Imħassar b' 32006D1639

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/413/oj

31996D0413



Official Journal L 167 , 06/07/1996 P. 0055 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta’ Ġunju 1996

dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tissaħħaħ il-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea

(96/413/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 130(3) tiegħu,

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

(1) Billi il-kapijiet ta’ l-Istat jew il-Gvern, li ltaqgħu bħala l-Kunsill Ewropew fl-10 u fil-11 ta’ Diċembru 1993 fi Brussel, ikkonfermaw il-White Paper ‘Tkabbir, kompetittività u impiegi’ bħat-termini tar-referenza għall-azzjonijiet mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, b’appoġġ għal approġġ lejn l-iżvilupp ta’ l-industrija bbażat fuq kompetittività globali, fattur li jiġġenera t-tkabbir u l-impiegi;

(2) Billi fit-22 ta’ April 1994 il-Kunsill adotta konklużjonijiet biex tittejjeb il-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea, bbażata fuq l-imsemmija White Paper;

(3) Billi, fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tal-Kummisjoni ta’ Settembru 1994, il-Kunsill adotta r-resoluzzjoni tal-21 ta’ Novembru 1994 [4] fuq it-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-industija tal-Komunità, li b’mod partikolari enfasizzat li industrija innovattiva kompetittiva fil-Komunità hija prerekwiżit għal tkabbir ekonomiku dejjiemi u l-ħolqien ta’ mpiegi ġodda; billi il-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u kompetizzjoni għandhom jittejbu sabiex l-Unjoni Ewropea tibqa’ post attraenti għall-kummerċ li jwassal għall-ħolqien ta’ ditti ġodda u impjiegi ġodda;

(4) Billi fl-10 ta’ Ottubru 1994 il-Kunsill adotta riżoluzjoni li tappoġġa l-programm integrat tal-Kummisjoni favur l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tas-setturi ta’ l-artiġġjanat;

(5) Billi il-Kunsill Ewropew ta’ Cannes tas-26 u 27 ta’ Ġunju 1995 laqa’ b’interess kbir ir-rapport tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Kompetittività (Grupp Ciampi);

(6) Billi fid-29 ta’ Ġunju 1995 il-Parlament Ewropew adotta ir-risoluzzjoni fuq il-komunikazzjoni tal-Kummisjoni dwar il-politika ta’ kompetittività industrijali għall-Unjoni Ewropea;

(7) Billi l-produzzjoni industrijali u s-servizzi jikkumplimentaw b’mod dejjem jikber lil xulxin; billi, konsegwentament, settur kompetittiv industrijali huwa indispensabbli sabiex jisfrutta b’mod sħiħ il-possibilitajiet tal-ħolqien ta’ l-impjiegi fis-settur tas-servizzi;

(8) Billi s-swieq interni fl-enerġija u it-telekomminikazzjoni għandhom jitlestew bil-ħsieb tat-tisħiħ rapidu tal-kompetittività ta’ dan is-settur ta’ l-industrija b’mod ġenerali;

(9) Billi l-koeżjoni ekonomika u soċjali u il-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea huma marbuta fis-sens illi l-industrija kompetittiva Ewropea tista’ tikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-koeżjoni tista’ tipprovdi lill-industrija l-benefiċċji ta’ bażi kummerċjali u ġeografika aktar wiesgħa;

(10) Billi ż-żamma u t-titjib tal-kompetittività industrijali hija primarjament il-ħidma tal-kummerċ u għandhom ikunu l-Komunità u l-Istati Membri li jassiguraw li l-kondizzjonijiet meħtieġa jipprevalu; billi huwa partikolarment urġenti li l-Komunità u l-Istati Membri, fil-qafas tas-setgħat rispettivi tagħhom, jadottaw miżuri għal dak il-għan;

(11) Billi l-għaġġla tal-progress tekniku, l-globalizzazzjoni dejjem tiżdied tas-swieq, l-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni internazzjonali u l-importanza dejjem tikber tal-protezzjoni ta’ l-ambjent jeħtieġu sforzi akbar minn dawk kollha li għandhom responsabbiltà fl-oqsma ekonomiċi, politiċi u soċjali bil-għan li jiġu faċilitati l-aġġustamenti strutturali meħtieġa, inter alia, biex jiżguraw żvillupp sostenibbli u biex jinħolqu mpjiegi ġodda;

(12) Billi aktar attenzjoni għall-ħtiġiet tas-suq f’termini ta’ politika ta’ riċerka u l-istabbiliment ta’ soċjetà ta’ l-informazzjoni ikollha influwenza determinanti fuq l-attivitajiet industrijali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(13) Billi huwa meħtieġ li jiġu evitati id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u li jkun promoss il-ftuħ ta’ swieq kemm ġewwa u barra l-Komunità;

(14) Billi l-iżvilupp tar-riżorsi umani, speċjalment permezz ta’ taħriġ vokazzjonali, jikkostitwixxi aspett essenzjali ta’ l-aġġustamenti strutturali li huma meħtieġa biex tiżdied il-kompetittività industrijali;

(15) Billi huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-bażijiet legali għall-miżuri meħuda fl-isfera industijali biex jimplimentaw l-azzjoni mħabbra fil-komunikazzjoni dwar il-politika ta’ kompetittività industrijali għall-Unjoni Ewropea;

(16) Billi l-investiment għandu rwol strateġiku fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni industrijali li, minħabba l-effett tiegħu li jimmoltiplika, jikkostitwixxi strument ta’ prijorità fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku u fl-għaqda bejn in-nazzjoniet,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

L-Artikolu 1

Il-linji ta’ gwida fil-programm ta’ azzjoni stipulat fl-Anness huma b’dan adottati, biex isaħħu il-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea, li hija prerekwiżit għal tkabbir ekonomiku dejjiemi u l-ħolqien ta’ mpiegi ġodda u jikontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali; il-programm għandu l-miri li ġejjin:

(a) li jimmodernizza r-rwol industrijali ta’ l-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li jiġi eliminat xkiel legali u amministrattiv żejjed fuq l-intrapriżi, b’mod partikolari l-intapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(b) biex tiġi assigurata kompetizzjoni bla tfixkil kemm interna kif ukoll esterna għall-Komunità;

(ċ) biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ndustrijali;

(d) biex tippromwovi fatturi ntanġibbli ta’ kompetittività.

L-Artikolu 2

Kull sena il-Kummisjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jevalwa r-riżultati miksuba flimkien ma’proposti xierqa, fejn meħtieġ,.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Frar 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Pinto

[1] ĠU C 308, ta’ l-20.11.1995, p. 470.

[2] ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 1.

[3] ĠU C 100, tat-2.4.1996, p. 14.

[4] ĠU C 343, tas-6.12.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PROGRAMM TA’AZZJONI GĦAT-TISĦIĦ TAL-KOMPETITTIVITÀ INDUSTRIJALI TA’ L-UNJONI EWROPEA

Linji ta’ gwida prinċipali

1. L-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi mħabbra fil-Komunikazzjoni dwar il-politika tal-kompetittività industijali għall-Unjoni Ewropea fl-oqsma ta’:

- investimenti intanġibbli,

- l-kooperazzjoni ndustrijali,

- aspetti industrijali tal-kompetizzjoni,

- l-immodernizzar tar-rwol ta’ l-awtoritajiet pubbliċi.

2. L-iffaċilitar ta’ l-emerġenza ta’ soċjetà li titgħallem, prinċipalment bil-promozzjoni ta’ taħriġ kontinwu.

3. L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni ndustrijali fid-dawl ta’ sitwazzjoni partikulari f’pajjiżi fl-:

- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Istati Baltici u il-pajjiżi CIS,

- il-Mediterran u l-Amerika Latina,

- l-Asja,

- l-ACP u n-nofs inhar ta’ l-Afrika.

4. It-tisħiħ u l-approfondiment tar-relazzjon bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, prinċipalment permezz ta’ appoġġ għad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Kummerċ.

5. It-twaqqif b’kollaborazzjoni tal-kumitat kompetenti għall-politika kummerċjali, ma’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali u ma’ l-industrija, ta’ database dwar l-ostakoli li jiffaċċaw kumpanniji Ewropej f’pajjiżi terzi, suq b’suq.

6. L-eżami tal-kwistjoni tar-rilokazzjoni ta’ l-industrija u s-servizzi u rapport fuq ir-riżultati lid- Diretturi Ġenerali ta’ l-Industrija.

7. Titjib fil-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari bil-għan li jitħaffef il-proċess ta’ l-istandardizzazzjoni u biex jissaħħu l-isforzi għall-koordinazzjoni ta’ inizjattivi nazzjonali biex jgħinu lill-kumpaniji li jifaċċaw ostakoli fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea.

8. L-eżami u titjib tal-komplementarjetà bejn l-attivitajiet industrijali u s-servizzi relatati.

9. Rapport ta’ kull sena dwar l-iżvilupp tal-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea, bażat b’mod partikolari fuq l-informazzjoni miksuba għall-Panorama ta’ l-Industrija Ewropea.

10. Progress reports regolari lid-Direttorati Ġenerali ta’ l-Industrija dwar il-progress ta’ dan il-programm ta’azzjoni u dwar aġġustamenti possibbli għall-programm għas-snin li jiġu wara.

--------------------------------------------------

Top