Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R3069

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3069/95 tal-21 ta' Diċembru tal-1995 li jistabbilixxi skema ta' osservaturi tal-Komunità Ewropea li tapplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-Erja Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)

    ĠU L 329, 30.12.1995, p. 5–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2007; Imħassar b' 32007R1386

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/3069/oj

    31995R3069



    Official Journal L 329 , 30/12/1995 P. 0005 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3069/95

    tal-21 ta' Diċembru tal-1995

    li jistabbilixxi skema ta' osservaturi tal-Komunità Ewropea li tapplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-Erja Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kommissjoni [1],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Futura Multilaterali fis-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral kienet approvata mill-Kunsill bir-Regolament (KEE) Nru 3179/78 [3] u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-1979;

    Billi L-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO), stabilita bil-Konvenzjoni NAFO, addottat Skema Konġunta ta' Spezzjon u Sorveljanza li kienet addottata mill-Kunsill bir-Regolament (KEE) Nru 1956/88 [4];

    Billi n-NAFO addottat skema bi prova ta' osservaturi għall-perjodu 1993 sa l-1995 li ġiet implimentata fil-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3928/92 [5];

    Billi, bil-għan li ttejjeb il-kontroll u l-infurzar fl-Erja Regolatorja tan-NAFO u tikkomplimenta l-Iskema eżistenti ta' l-Ispezzjon u s-Sorveljanza Konġunti Internazzjonali, il-Komunità ftiehmet, fil-qafas tan-NAFO u tal-Ftehim dwar is-Sajd mal-Kanada, sabiex jitqiegħdu osservaturi Komunitarji abbord bastimenti tas-sajd tal-Komunità filwaqt li dawn ikunu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-Erja Regolatorja msemmija ta' l —NAFO;

    Billi fil-15 ta' Settembru tal-1995, il-Kommissjoni tas-Sajd tan-NAFO addottat proposta sabiex tintroduċi skema globali ta' osservaturi;

    Billi, skond l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni NAFO, il-proposta trid, fin-nuqqas ta' oġġezzjonijiet, issir miżura illi torbot lill-Partijiet Kontrattanti sa mill-15 ta' Novembru tal-1995;

    Billi l-iskema hija aċċettabbli għall-Komunità;

    Billi huwa xieraq li l-iskema ta' l-osservaturi tiġi rregolata permezz ta' Regolament wieħed u għalhekk jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3928/92;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni għalbiex jiġu addottati regoli dettaljati sabiex tiġi implimentata din l-Iskema,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1956/88, il-Kommissjoni Ewropea għandha tassenja osservaturi Komunitarji għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità li qegħdin jew sejrin iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-Erja Regolatorja ta' l —NAFO. L-osservaturi maħtura kif xieraq għandhom jibqgħu abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu assenjati għalihom sakemm jinbidlu minn osservaturi oħra.

    Għajr għal raġunijiet ta' forza maġġuri, il-bastimenti tas-sajd mingħajr osservatur abbord mhumiex sejrin jitħallew jibdew jew jissoktaw is-sajd fl-Erja Regolatorja ta' l —NAFO.

    L-Artikolu 2

    Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-Erja Regolatorja tan-NAFO għandhom jirċievu lill-osservaturi Komunitarji u jikkooperaw magħhom sabiex iħalluhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom waqt li jkunu abbord il-bastimenti.

    L-Artikolu 3

    Ir-regoli ddettaljati li jirregolaw l-inkarigu ta' l-osservaturi, id-dmirijiet tagħhom u l-obbligi tal-Kaptani tal-bastimenti huma speċifikati fl-Anness I.

    L-Artikolu 4

    Il-Kommissjoni għandha tħallas l-ispejjeż kollha li jinqalgħu mill-iskema ta' l-osservaturi skond ir-regoli fl-Anness II.

    L-Artikolu 5

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jirċievu r-rapport finali ta' l-osservatur fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni għandhom jikkonsidraw il-kontenuti u l-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi. Fil-każ illi r-rapport jindika li l-bastiment osservat indaħal għal prattiċi tas-sajd li jvarjaw mill-miżuri ta' konservazzjoni l-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-azzjoni kollha xierqa sabiex jinvestigaw il-kwistjoni għalbiex jevitaw dawn il-prattiċi.

    L-Artikolu 6

    Ir-Regolament (KEE) Nru 3928/92 huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Atienza Serna

    [1] ĠU C 211, tal-15.8.1995, p. 13.

    [2] Opinjoni mogħtija fil-15.12.1995 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 378, tat-30.12.1978, p. 1.

    [4] ĠU L 175, tas-6.7.1988, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3067/95 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    [5] ĠU L 397, tal-31.12.1992, p. 78.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    IR-REGOLI DDETTALJATI RIFERITI FL-ARTIKOLU 3

    1. L-assenjazzjoni ta' l-osservaturi

    (i) Bil-ħsieb li twettaq l-obbligu tagħha li tassenja l-osservaturi, il-Kommissjoni għandha tassenja personal ikkwalifikat kif xieraq u ta' l-esperjenza. Il-personal magħżul għandu jippossjiedi l-ħiliet li ġejjin sabiex ikun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu:

    - esperjenza biżżejjed sabiex jidentifika l-ispeċji u t-tagħmir,

    - ħiliet fin-navigazzjoni,

    - għerf sodisfaċenti tal-miżuri tal-konservazzjoni u ta' l-infurzar ta' l —NAFO,

    - il-ħila li jwettaq xogħlijiet xjentifiċi elementari, eż. il-ġbir tal-kampjuni, kif mitluba u li josservaw u jirreġistraw b'mod preċiż,

    - għerf sodisfaċenti tal-lsien ta' l-Istat tal-bandiera tal-bastiment osservat.

    (ii) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jiżguraw illi l-osservaturi jiġu aċċettati abbord il-bastimenti tas-sajd fil-ħin u fil-lok innominati kif xieraq u li jiffaċilitaw it-tluq tagħhom fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni.

    2. Id-dmirijiet ta' l-osservaturi

    Ix-xogħol ewlieni ta' l-osservaturi huwa li jimmonitorjaw it-tħaris mill-bastiment tas-sajd tal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u infurzar ta' l —NAFO. B'mod iktar speċifiku, l-osservaturi nnominati għandhom:

    (a) jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment osservat; l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu rreġistrati billi jintuża l-format kampjun iddikjarat hawn taħt fl-Appendiċi;

    (b) jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastiment meta jkun iwettaq attività tas-sajd;

    (ċ) josservaw u jistmaw il-qabdiet meħuda fuq il-bażi ta' sett b'sett (il-lok, il-fond, iż-żmien li x-xibka ddum fil-baħar);

    (d) jidentifikaw il-kompożizzjoni tal-qabda;

    (e) jissorveljaw l-iskart, il-qbid sekondarju u l-qbid tal-ħut taħt id-daqs;

    (f) jirreġistraw it-tagħmir, id-daqs tal-malji tax-xbiek u l-aċċessorji utilizzati mill-kaptan;

    (g) jivverifikaw id-dħul magħmul fil-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tal-produzzjoni. Il-verifika tal-ġurnal tal-produzzjoni għandha ssir bl-użu tal-fattur tal-konversjoni wżat mill-kaptan;

    (h) jivverifikaw ir-rapporti tas-sejħiet (għall-għajnuna);

    (i) jirrapportaw, fi żmien 24 siegħa, l-evidenza ta' kontravenzjonijiet mid-dehra. Dawn ir-rapporti għandhom isiru lill-bastiment ta' l-ispezzjon tan-NAFO fl-Erja Regolatorja tan-NAFO li għandu jirrapporta l-kontravenzjoni mid-dehra lis-Segretarju Esekuttiv ta' l —NAFO. L-osservaturi għandhom jużaw kodiċi stabilit meta jikkomunikaw mal-bastiment ta' l-ispezzjon;

    (j) iżommu u jimlew it-tagħrif ta'abbord kuljum dwar l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd skond il-format ippreżentat fl-Appendiċi;

    (k) jimmonitorjaw il-funzjononament tal-faċilitajiet li jirreġsitraw il-pożizzjoni tal-bastiment awtomatikament u b'mod remot jekk ikunu jinsabu abbord u wżata mill-bastiment osservat;

    (l) iwettqu xogħol xjentifiku u ta' kampjunar jekk hekk mitluba mill-Kommissjoni tas-Sajd tan-NAFO jew mill-awtoritajiet xierqa ta' l-Istat tal-bandiera tal-bastiment osservat;

    (m) jippreżentaw rapport, lill-Kommissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru interessat, fi żmien 20 ġurnata mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni. Ir-rapport għandu jagħti f'sommarju s-sejbiet prinċipali ta' l-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi trasmess lis-Segretarju Esekuttiv tan-NAFO mill-Kommissjoni;

    (n) l-osservaturi nnominati għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-preżenza tagħhom abbord il-bastimenti tas-sajd ma tfixkilx jew tindaħal fil-funzjonament korrett tal-bastimenti inklużi l-attivitajiet tas-sajd;

    (o) l-osservatur għandu jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir abbord il-bastimenti tas-sajd inkluża l-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jappertjienu għall-bastimenti msemmija;

    (p) id-dmirijiet kollha ta' l-osservazzjoni għandhom jiġu limitati għall-Erja Regolatorja ta' l-NAFO.

    3. Il-kaptan tal-bastiment

    (i) il-kaptan tal-bastiment nominat li jirċievi osservatur abbord għandu jieħu l-passi kollha raġjonevoli għalbiex jiffaċilita l-wasla u tluq ta' l-osservatur imsemmi. Waqt li jkun abbord l-osservatur nominat għandu jiġi offrut akkomodazzjoni xierqa u adegwata u l-faċilitajiet tax-xogħol. Il-kaptan tal-bastiment għandu jħalli lill-osservatur li jkollu aċċess għad-dokumenti tal-bastiment (il-ġurnal ta' abbord, il-pjan tal-kapaċità, il-ġurnal tal-produzzjoni jew il-pjan ta' l-istivar) u għall-partijiet differenti tal-bastiment sabiex jiffaċilita t-twettiq tad-dmirijiet ta' l-osservatur;

    (ii) il-kaptan għandu jiġi informat f'ħin f'waqttu bid-data u l-lok għalbiex jirċievi l-osservaturi u t-tul probabbli tal-perjodu taż-żmien ta' l-osservazzjoni;

    (iii) il-kaptan tal-bastiment osservat jista', fuq it-talba tiegħu stess, jiġi pprovdut b'kopja tar-rapport ta' l-osservatur.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    IR-REGOLI DDETTALJATI RIFERITI FL-ARTIKOLU 4

    Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-osservaturi pprovduti mill-aġenziji privati:

    (i) L-aġenziji privati għandhom jidħlu f'kuntratt mal-Kommissjoni sabiex jipprovdu numru fiss ta' individwi kkwalifikati kif jixraq sabiex jaġixxu bħala osservaturi;

    (ii) il-kuntratt imsemmi għandu jispeċifika l-ispiża ta' kuljum fuq l-osservaturi, il-proċeduri għall-ħlas ta' l-ispejjeż u kull ftehim bilaterali dwar il-ħlas bil-quddiem.

    --------------------------------------------------

    Top