Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2805

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2805/95 tal-5 ta’ Diċembru 1995 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-inbid u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2137/93

    ĠU L 291, 6.12.1995, p. 10–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 01/06/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2805/oj

    31995R2805



    Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0010 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2805/95

    tal-5 ta’ Diċembru 1995

    li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-inbid u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2137/93

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1544/95 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(8) tiegħu,

    Billi, skond l-Artikolu 55 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87, sal-punt neċessarju biex jippermettu l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament li jkun esportat fuq il-bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fuq is-suq dinji u fi ħdan il-limiti tal-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni;

    Billi għandu jkun hemm kunsiderazzjoni wkoll għall-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti, tal-aspetti ekonomiċi tal-esportazzjonijiet proposti, u tal-bżonn biex jiġu evitati distorzjonijiet fuq is-suq tal-Komunità; billi, madankollu, meta jiġi ffissat l-ammont tar-rifużjonijiet applikabbli lill-inbejjed tal-likur, għandu jiġi kunsidrat id-differenza bejn il-prezzijiet tal-Komunità u l-prezzijiet tas-suq dinji fir-rigward biss tal-inbid u l-musti wżati fil-manifattura tal-inbejjed tal-likur, peress li l-ebda tali differenza hija rekordjata fir-rigward tal-prodotti wżati fil-manufattura ta’ l-inbejjed in kwistjoni;

    Billi s-sitwazzjoni tan-negozju internazzjonali jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmluh neċessarju li tkun varjata r-rifużjoni skond l-użu jew id-distinzjoni ta’ prodott speċifiku;

    Billi l-ftehim dwar l-agrikoltura konkluż fl-Uruguay Round ta’ negozjati kummerċjali multilaterali jipprovdi għal impenji annwali fir-rigward ta’ infieq fuq rifużjonijiet tal-esportazzjoni; billi l-Artikolu 55(7) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 jistipula illi dawk l-impenji għandhom jiġu mħarsa fuq il-bażi tal-liċenzi tal-esportazzjoni maħruġa; billi l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/95 tal-11 ta’ Lulju 1995 dwar l-arranġamenti għall-ħruġ ta’ liċenzi tal-esportazzjoni għal prodotti fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3388/81 li jistipula regoli dettaljati speċjali fir-rigward ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur tal-inbid (3) jistipula regoli preċiżi dwar dawk il-miżuri;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2137/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-inbid u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 646/86 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 582/95 (5), jiffissa l-ammont tar-rifużjoni għal ċerti prodotti għal kull ettolitru u għal kull grad ta’ alkoħol; billi huwa possibbli biss li jkun stabbilit il-grad tal-alkoħol fil-ħin ta’ l-esportazzjoni, fiċ-ċertifikat tal-analiżi riferit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3389/81 tas-27 ta’ Novembru 1981 li jistipula regoli dettaljati għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-inbid(6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2730/95 (7); billi, bħala riżultat, mhuwiex possibbli li jiġi evalwat l-infieq fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ liċenzi maħruġin u li jittieħdu l-miżuri provduti għalhekk fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1685/95;

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ffissat l-ammont tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal kull ettolitru għat-tipi varji ta’ prodotti fis-settur, mingħajr ma jingħata każ tal-grad tagħhom ta’ alkoħol; billi, bil-għan ta’ ċarezza, r-Regolament (KEE) Nru 2137/93 għandu jiġi mħassar u ċerti pajjiżi għandhom jitneħħew mil-lista ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom japplikaw ir-rifużjonijiet;

    Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni provduti għalhekk fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 huma ffissati fl-Anness ta’ hawn.

    2. Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/93 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi publikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kodiċi NM | Kodiċi tal-Prodott | Għall-esportazzjoni [1] | Rifuzjonijiet (ECU/hl) |

    20096011 | 100 | 01 | 82612 |

    20096019 |

    20096051 |

    20096071 |

    22043092 |

    22043094 | | | 21888 |

    22043096 | | | 82612 |

    22043098 | | | 21888 |

    22042179 | 120 | 02 u 09 | 4782 |

    22042179 | 220 | 02 u 09 | |

    22042183 | 120 | | |

    22042179 | 180 | 02 | 21217 |

    22042180 | 180 | | |

    22042179 | 180 | 09 | 19854 |

    22042180 | 180 | | |

    22042179 | 280 | 02 | 2484 |

    22042180 | 280 | | |

    22042179 | 280 | 09 | 23244 |

    22042180 | 280 | | |

    22042183 | 180 | 02 | 2898 |

    22042184 | 180 | | |

    22042183 | 180 | 09 | 27118 |

    22042184 | 180 | | |

    22042179 | 910 | 02 u 09 | 4782 |

    22042194 | 910 | 02 u 09 | 1500 |

    22042198 | | | |

    22042962 | 120 | 02 u 09 | 4782 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042983 | | | |

    22042962 | 220 | 02 u 09 | 4782 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042962 | 180 | 02 | 21217 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042971 | | | |

    22042972 | | | |

    22042975 | | | |

    22042962 | 180 | 09 | 19854 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042971 | | | |

    22042972 | | | |

    22042975 | | | |

    22042962 | 280 | 02 | 24840 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042971 | | | |

    22042972 | | | |

    22042975 | | | |

    22042962 | 280 | 09 | 23244 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042971 | | | |

    22042972 | | | |

    22042975 | | | |

    22042983 | 180 | 02 | 28980 |

    22042984 | | | |

    22042983 | 180 | 09 | 27118 |

    22042984 | | | |

    22042962 | 910 | 02 u 09 | 4782 |

    22042964 | | | |

    22042965 | | | |

    22042994 | 910 | 02 u 09 | 1500 |

    22042998 | | | |

    [1] a 02 kull destinazzjoni minbarra dawk fl-02, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi tat-tielet dinja u t-territorji li ġejjin:kull pajjiż fil-kontinent Amerikan skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 208/93 (ĠU L 25, tat-2.2.1993, p.11)L-Alġerija,L-Awstralja,il-Bożnja Herżegovina,Il-Kroazja,Ċipru,L-Iżrael,Il-Marokk,Ir-Repubblika tas-Serbja u Montenegro,L-Islovenja,Afrika t'Isfel,L-Isvizzera,L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja,Tunes,It-Turkija,L-Ungerija,Il-Bulgaria,Ir-Rumanija.

    --------------------------------------------------

    Top