Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1643

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1643/95 tad−29 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol

    ĠU L 156, 7.7.1995, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0126

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1643/oj

    31995R1643



    Official Journal L 156 , 07/07/1995 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1643/95

    tad−29 ta' Ġunju 1995

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol

    Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi, rigward ir-rappreżentanza ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema, il-kompożizzjoni tal-Bord Amminstrattiv ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol għandha l-ħtieġa li tinbidel;

    Billi hemm il-ħtieġa illi l-kompożizzjoni tal-Bord Amminstrattiv imsemmi tiġi aġġustata sabiex titqies l-adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol għandu għalhekk jiġi emendat [3];

    Billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri oħra għajr dawk fl-Artikolu 235,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2062/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) il-kelmiet "ta' dan ir-Regolament" għandhom jinbidlu bil-kelmiet "tar-Regolament (KE) Nru 1643/95".

    2. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 8

    Il-Bord Amminstrattiv

    1. L-Aġenzija għandu jkollha Bord Amminstrattiv li jikkonsisti fi 48 membru, li minnhom:

    (a) ħmistax-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri;

    (b) ħmistax-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

    (ċ) ħmistax-il membru għandhom jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema;

    (d) tliet membri għandhom jirrappreżentaw lill-Kummissjoni.

    2. Il-membri riferiti fil-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ) għandhom jinħatru mill-Kunsill fuq il-bażi ta' membru għal kull wieħed mill-Istati Membri u għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq.

    Il-membri riferiti fil-paragrafu 1 (b) u (ċ) għandhom jinħatru, fuq il-bażi ta' wieħed għal kull wieħed mill-Istati Membri u għal kull waħda mill-kategoriji interessati, mill-membri u l-membri alternanti li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fuq il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene, u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 74/325/KEE [4], fuq proposta mill-gruppi ta' dawn il-membri u l-membri alternanti tal-Kumitat.

    Fl-istess waqt il-Kunsill għandu jaħtar membru alternant fuq l-istess kondizzjonijiet bħal dawk ta' membru, sabiex jattendi l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv biss fl-assenza ta' xi membru jew kif jistabilixxu r-regoli ta' proċedura.

    Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri u l-membri alternanti li jridu jirrappreżentawha.

    3. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jinħatru għal skond ta' tliet snin. Dan jista' jiġġedded.

    Hekk kif jiskadi l-iskond tal-kariga jew f'każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu jżommu l-kariga tagħhom sakemm tiġġeddilhom il-ħatra jew jiġu mibdula.

    4. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar il-President tiegħu u tliet viċi-Presidenti minn fost il-membri sabiex iservu għal perjodu ta' sena.

    5. Il-President għandu jlaqqa' l-Bord Amministrattiv darbtejn fis-sena u fuq it-talba ta' mill-inqas nofs il-membri tiegħu.

    6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv għandhom jittieħdu bil-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti.

    Il-membri riferiti fil-paragrafu 1 (a) għandu jkollhom żewġ voti kull wieħed.

    Il-membri riferiti fil-paragrafu 1 (b), (ċ) u (d) għandu jkollhom vot kull wieħed.

    Il-membri alternanti ma għandhomx dritt li jivvotaw għajr meta jkun assenti l-membru sħiħ.

    7. Il-President tal-Bord Amministrattiv u d-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għixien u tax-Xogħol għandu jkollhom il-għażla li jattendu l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

    8. Il-Bord Amministrattiv għandu jaddotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, li għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu approvati mill-Kunsill, wara li tingħata opinjoni mill-Kummissjoni."

    3. Fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 10(1) il-kelmiet "ta' dan ir-Regolament" għandhom jiġu mibdula bil-kelmiet "tar-Regolament (KE) Nru 1643/95".

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1995.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Barrot

    [1] ĠU C 151, tad-19. 6. 1995.

    [2] Opinjoni mogħtija fil-31 ta' Mejju 1995 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 216, ta' l-20. 8. 1994, p. 1.

    [4] ĠU L 185, tad-9. 7. 1974, p. 15.

    --------------------------------------------------

    Top