Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0054

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/54/KE tal-31 ta’ Ottubru 1995 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-soppressjoni ta’ l-interferenza mir-radju prodotta minn magni bi spark ignition immuntati fuq mgħammra ma’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 266, 8.11.1995, p. 1–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/54/oj

    31995L0054



    Official Journal L 266 , 08/11/1995 P. 0001 - 0066


    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/54/KE

    tal-31 ta’ Ottubru 1995

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-soppressjoni ta’ l-interferenza mir-radju prodotta minn magni bi spark ignition immuntati fuq mgħammra ma’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-soppressjoni ta’ l-interferenza mir-radju prodotta minn magni bi spark ignition immuntati fuq vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

    Billi d-Direttiva 72/245/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet stabbilita skond id-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-disposizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva 70/156/KEE li huma relatati mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

    Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3 (4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jitolbu li kull direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness I ta' dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI tagħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata;

    Billi d-Direttiva 72/245/KEE kellha fiha l-miżuri l-aktar bikrija li jippruvaw iġibu fis-seħħ il-kompatibbilità elettromanjetika bażika li għandha x’taqsam mal-interferenza tar-radju, li minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-progress tekniku żied il-komplessità u d-diversità tat-tagħmir elettriku u elettroniku;

    Billi, minħabba t-tħassib li dejjem jiżdied dwar l-iżviluppi teknoloġiċi f’tagħmir elettriku u elettroniku u l-bżonn li tiġi assigurata l-kompatibbilità ġenerali ta’ tagħmir elettriku u elettroniku differenti, id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [6] stabbiliet disposizzjonijiet ġenerali dwar il-kompatibbilità elettromanjetika għall-prodotti kollha;

    Billi d-Direttiva 89/336/KEE stabbiliet ir-regola li, safejn il-ħtiġiet ta’ protezzjoni speċifikati f'dik id-Direttiva kienu armonizzati, id-disposizzjonijiet ġenerali tagħha ma kellhomx japplikaw jew kellhom jieqfu milli japplikaw fir-rigward ta’ l-apparat kopert b’direttivi speċifiċi;

    Billi, fil-qasam ta’ vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom, hemm bżonn li tkun prevista direttiva speċifika fi ħdan il-kwadru tas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Ewropew li tipprovdi għal approvazzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali nominati għal ħtiġiet tekniċi armonizzati;

    Billi d-Direttiva 72/245/KEE għandha ssir direttiva speċifika bħal dawn;

    Billi hija magħmula referenza għall-kompatibbilità elettromanjetika f’direttivi oħrajn relatati ma’ vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom, fi ħdan il-kwadru tad-Direttiva 70/156/KEE;

    Billi, l-ħtiġiet tekniċi relatati mal-interferenza tar-radju (kompatibbilità elettromanjetika) ta’ vetturi, il-komponenti u s-sistemi tagħhom, għandhom jiġu regolati mill-1 ta’ Jannar 1996 biss bid-Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 72/245/KEE;

    Billi hemm bżonn li d-Direttiva 70/156/KEE tiġi emendata biex tirrifletti l-estensjoni tad-Direttiva 72/245/KEE għall-kategoriji kollha ta’ vetturi;

    Billi hemm bżonn li jkun hemm referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE [7], kif emendata bid-Direttiva 89/491/KEE, sabiex ikun hemm distinzjoni bejn magni bi spark jew compression ignition.;

    Billi, l-miżjuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 72/245/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. it-titolu għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "Id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1972 li tirrigwarda l-interferenza tar-radju (kompatibbilità elettromanjetika) ta’ vetturi";

    2. Artikolu 1 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 1

    Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, "vettura"; tfisser kull vettura kif definita fid-Direttiva 70/156/KEE.";

    3. Artikolu 2 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura, komponent jew unità teknika separata għal raġunijiet relatati mal-kompatibbilità elettromanjetika jekk il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva huma sodisfatti.";

    4. Artikolu 3 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 3

    1. Din id-Direttiva għandha tkun "direttiva speċifika"; għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE [8] b’effett mill-1 ta’ Jannar 1996.

    2. Il-vetturi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati approvati skond din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati li jissodisfaw id-disposizzjoniet ta’ direttivi oħrajn, ikkwotati f’Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 92/53/KEE [9], li jirreferu għall-kompatibbilità elettromanjetika.";

    5. L-Annessi għandhom jiġu mibdula bl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 1995, l-Istati Membri, ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-kompatibbilità elettromanjetika:

    - jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta' vettura,

    - jirrifjutaw, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE kta’ komponent jew ta’ unità teknika, fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ komponent jew unità teknika separata,

    - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

    - jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati,

    jekk il-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 72/245/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1996, l-Istati Membri:

    - aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' vettura, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jew l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ unità teknika separata, u

    - jistgħu jirrifjutaw li jaGħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

    - għal kull tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata għal raġunijiet relatati mal-kompatibbilità elettromanjetika, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 72/245/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

    3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għal tipi ta’ vetturi approvati qabel l-1 ta’ Jannar 1996 skond id-Direttiva 72/306/KEE u l-anqas għal xi estensjonijiet sussegwenti ta' dawn l-approvazzjonijiet.

    4. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2002, l-Istati Membri:

    - għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati tal-konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 (1) ta' dik id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew il-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li mhumiex akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformita skond id-Direttiva 70/156/KEE, u

    - jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' sub-assemblaġġi ġodda elettriċi/elettroniċi bħala komponenti jew unità teknika separata,

    jekk il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux sodisfatti.

    5. B’effett mill-1 t’Ottubru 2002, il-ħtiġiet tad-Direttiva 72/245/KEE, relatati mas-sub-assemblaġġi elettriċi/elettroniċi bħala komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kif emendata b’din id-Direttiva, huma applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

    6. Minkejja l-paragrafi 2 u 5, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati maħsuba għall-użu fuq tipi ta’ vetturi li jkunu ġew approvati qabel l-1 ta’ Jannar 1996 jew skond id-Direttiva 72/245/KEE jew skond id-Direttiva 72/306/KEE u, meta applikabbli, l-estensjonijiet sussegwenti ta' dawn l-approvazzjonijiet.

    Artikolu 3

    Il-punt Nru 10 tal-Parti I t’Anness IV tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun emendat biex jinkludi "X" f'kull waħda mill-kolonni għall-vetturi tal-kategorija 0 taħt l-intestatura "Applikabbilità".

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Diċembru 1995. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-31 ta’ Ottubru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 42, 23. 2. 1970, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 264, 23. 10. 1993, p. 49.

    [3] ĠU Nru L 152, 6. 7. 1972, p. 15.

    [4] ĠU Nru L 238, 15. 8. 1989, p. 43.

    [5] ĠU Nru L 139, 23. 5. 1989, p. 19.

    [6] ĠU Nru L 220, 30. 8. 1993, p. 1.

    [7] ĠU Nru L 190, 20. 8. 1972, p. 1.

    [8] ĠU Nru L 139, 23. 5. 1989, p. 19.

    [9] ĠU Nru L 225, 10. 8. 1992, p. 1’;

    --------------------------------------------------

    LISTA TA’ ANNESSI

    ANNESS I | Htiġiet Li Għandhom Jiġu Sodisfatti Minn Vetturi U Sub-Assemblaġġi Elettriċi/Elettroniċi Mwaħħla Fuq Il-Vettura |

    ANNESS II | A Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE ta’ vettura fir-rigward tal-kompatibbilità elettromanjetika |

    ANNESS IIB | Dokument ta’ informazzjoni relatat mal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' sub-assemblaġġ elettriku/elettroniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompatibbilità elettromanjetika |

    Anness III A | Mudell Ċertifikat Ta’ Approvazzjoni Tat-Tip Tal-KEE |

    ANNESS IIIB | Mudell Ċertifikat Ta’ Approvazzjoni Tat-Tip Tal-KEE |

    ANNESS IV | Metodu Ta’ Kif Jitkejlu L-Emissjonijiet Elettromanjetiċi Ta’ Firxa Ta’ Frekwenza Wiesgħa Rradjati Minn Vetturi |

    ANNESS V | Metodu Tal-Kejl Ta’ L-Emissjonijiet Elettromanjetiċi Ta’ Firxa Ta’ Frekwenza Dejqa Rradjati Minn Vetturi |

    ANNESS VI | Metodu Ta' L-Ittestjar Ta’ L-Immunità Tal-Vetturi Għar-Radjazzjoni Elettromanjetika |

    ANNESS VII | Metodu Tal-Kejl Ta’ L-Emissjonijiet Elettromanjetiċi Ta’ Firxa Ta’ Frekwenza Wiesgħa Rradjati Minn Sub-Assemblaġġi Elettriċi/Elettrkoniċi |

    ANNESS VIII | Metodu Tal-Kejl U L-Emissjonijiet Elettromanjetiċi Ta’ Firxa Ta’ Frekwenza Dejqa Rradjati Minn Sub-Assemblaġġi Elettriċi/Elettrkoniċi |

    ANNESS IX | Metodu(I) Għall-Ittestjar Tal-Immunità Tas-Sub-Assemblaġġi Elettriċi/Elettroniċi Għar-Radjazzjoni Elettromanjetika |

    --------------------------------------------------

    Top