EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0038

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/38/KE tas-17 ta’ Lulju 1995 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal fdalijiet minn pestiċidi ġo u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħxejjex, u li jipprovdu għall-istabbiliment ta’ lista ta’ livelli massimi

ĠU L 197, 22.8.1995, p. 14–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/38/oj

31995L0038



Official Journal L 197 , 22/08/1995 P. 0014 - 0028


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/38/KE

tas-17 ta’ Lulju 1995

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal fdalijiet minn pestiċidi ġo u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħxejjex, u li jipprovdu għall-istabbiliment ta’ lista ta’ livelli massimi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar il-livelli massimi għal fdalijiet minn pestiċidi ġo u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż il-frott u ħxejjex [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni ngħatat struzzjonijiet, fil-kuntest tad-Direttiva 90/642/KEE, sabiex tħejji lista ta' fdalijiet minn pestiċidi u l-livelli massimi tagħhom sabiex tiġi sottomessa għall-approvazzjoni mill-Kunsill;

Billi l-fdalijiet mill-pestiċidi jistgħu jinstabu fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħxejjex, bħala riżultat ta' prattiċi agrikoli; billi huwa meħtieġ li tiġi meqjusa l-informazzjoni relevanti kemm għall-użu tal-pestiċidi kif ukoll għall-provi sorveljati;

Billi sabiex jiġi stmat aħjar il-potenzjal massimu tal-konsum fid-dieta ta’ fdalijiet minn pestiċidi, huwa prudenti li jiġu stabbiliti fl-istess waqt, fejn appropjat, il-livelli massimi ta’ fdalijiet għal kull pestiċida individwalment f'kull komponent prinċipali tad-dieta; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu ta' kwantitajiet minimi ta' pestiċidi meħtieġa sabiex jinkiseb kontroll adegwat, applikat b'tali manjiera li l-ammont tal-fdalijiet ikun l-inqas possibbli u tossikoloġikament aċċettabli;

Billi issa huwa approprjat li l-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti fdalijiet minn pestiċidi fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, bħall-methidathion, methomyl thiodicarb, amitraz, primiphos-methyl, aldicarb, thiabendazole; billi madanakollu, m'huwiex possibbli li dan isir għall-kombinazzjonijiet kollha ta' fdalijiet minn pestiċidi minħabba nuqqas ta' data

Billi, fil-każ ta' thiabendazole, id-data disponibbli m’hijiex biżżejjed sabiex wieħed jistabbilixxi, skond ir-regoli preżenti, il-livell massimu ta’ fdalijiet għall-frott taċ-ċitru; billi, madanakollu, it-thiabendazole ġie inkluż fil-lista ta' sustanzi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [2] u huwa kopert mill-ewwel stadju ta' programm ta' xogħol stabbilit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3]; billi element importanti ta' dan il-programm għandu jkun l-istabbiliment ta' livelli massimi skond l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

Billi ċerti fdalijiet ta’ pestiċidi jistgħu jibqgħu, b’mod partikolari, fil-ħwawar, li jistgħu jeħtieġu li jiġu kontrollati; billi huwa meħtieġ li l-Anness I għad-Direttiva 90/642/KEE jiġi emendat sabiex jinkludi ħwawar bħal dawn fil-lista ta' gruppi ta' prodotti li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ fdalijiet;

Billi huwa meqjus meħtieġ biss li jiġu stabbiliti livelli ta' fdalijiet minn pestiċidi massimi fil-ħwawar għal ċerti pestiċidi billi wieħed iqis in-natura tossikoloġika tal-fdalijiet tagħhom u l-mod ta' l-użu tagħhom;

Billi, madanakollu, d-data disponibbli m’hijiex biżżejjed bl-istandards preżenti biex tistabbilixxi l-livelli massimi ta’ fdalijiet għal ċerti fdalijiet minn pestiċidi/taħlit ta' prodotti; billi f'każijiet bħal dawn perjodu ta' żmien ta’ mhux aktar minn erba’ snin ikun raġonevoli għall-ġenerazzjoni tad-data meħtieġa; billi l-livelli massimi għandhom għalhekk jiġu stabbiliti fuq il-bazi ta' informazzjoni ta’ din ix-xorta sa l-1 ta' Lulju 2000 l-aktar tard; billi jekk ma tingħatax data sodisfaċenti dan in-nuqqas jista’ jirriżulta fl-istabbiliment ta' livelli fil-limiti approprjati stabbiliti; billi sa sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva jridu jingħataw impenji sodisfaċenti li sejra tiġi ġenerata d-data meħtieġa;

Billi l-livelli ta' fdalijiet massimi stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti fil-kuntest ta' ri-evalwazzjoni ta' sustanzi attivi stabbilita fil-programm tax-xogħol fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:

1) L-Anness 1 għandu jiġi miżjud b’dan li ġej:

"Grupp ta' Prodotti | Prodotti inklużi fil-gruppi | Partijiet minn prodotti Li għalihom japplikaw il-livelli ta' fdalijiet massimi |

8.Ħwawar

| Żerriegħa tal-kemmun | Prodott sħiħ |

| Tut ġuniebru |

| Nuċimuskata |

| Bżar, iswed u abjad |

| Fsiedaq tal-vanilla |

| (Prodotti sħaħ)" |

2) L-Anness II għandu jsir l-Anness II, Parti A, u għandu jiġi miżjud b’dan li ġej:

(a) (b) Jekk il-livelli ma jiġux adottati sa l-1 ta' Lulju 2000, il-limiti massimi li jmiss għandhom japplikaw

(a) 0,02(*)

(b) 0,05(*)

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplika l-LMR | Fdalijiet minn pestiċidi u livelli massimi fdalijiet (mg/kg) |

Methidathion | Methomyl Thiodicarb somma ta' methomyl u thiodicarb espress bħala methomyl | Fdalijiet Amitraz: amitraz flimkien mal-metaboliti kollha tiegħu li jikkonsisti f'2,4 dimethylanine, espress bħala amitraz |

1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar priżervat bl-iffriżar mingħajr zokkor miżjud; ġewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 2 | (b) | |

Grapefruit | | | |

Lumi | | | |

Limunċell | | | |

Mandolin(inkluż klementin u ibridi simili) | | | |

Larinġ | | | 1 |

Pomelos | | | |

Oħrajn | | | (a) |

ii)LEWŻ TAS-SIĠAR (bil - qoxra jew mingħajr) | 0,05 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Lewż | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | |

Kexju | | | |

Qastan | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | |

Ġellewż | | | |

Macadarnia | | | |

Macadarnia pecans | | | |

Ġewż ta' l-arżnu | | | |

Pistaċċa | | | |

Ġewż | | | |

Oħrajn | | | |

iii)FROTT BIL-KARAPELLI FIL-QALBA BIŻ- ŻERRIEGĦA MINN ĠEWWA | 0,3 | | 1 |

Tuffieħ | | 1 | |

Lanġas | | (b) | |

Sfarġel | | | |

Oħrajn | | 0,05 [4] | |

(iv)FROTT BL-GĦADMA | | (b) | |

Berquq | | | |

Ċirasa | (a) | | |

Ħawħ (inkluż nuċipriska ibridi simili) | | | 1 |

Għanbaqar | | | |

Oħrajn | 0,2 | | (a) |

(v)TUT U FROTT ŻGĦIR

a)(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 0,5 | 3 | (a) |

Għeneb tal-mejda | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | |

b)Frawli (għajr dak selvaġġ) | 0,02 [4] | 0,05 [4] | (a) |

c)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Tut | | | |

Tut tan-nida | | | |

loganberries | | | |

Ċawsli | | | |

Oħrajn | | | |

d)Frott żgħir ieħor u tut (għajr dak selvaġġ) | 0,02 [4] | | |

Bilberries | | | |

Cranberries | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | (b) | (a) |

Gooseberries | | | |

Oħrajn | | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

e)Tut u frott selvaġġ | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

(vi)FROTT DIVERS | | | 0,02 [4] |

Avokado | | | |

Banana | | | |

Tin | | | |

Tamal | | | |

Kiwi | | | |

Kumquats | | | |

Litchis | | | |

Mango | | | |

Żebbuġ | 1 | (b) | |

Frott tal-passjoni | | | |

Ananas | | | |

Rummien | | | |

Oħrajn | 0,02 [4] | 0,05 [4] | |

2.Ħxejjex, friski jew imsajra, friżati jew niexfa

(i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ JEW IT-TUBERI | 0,02 [4] | | 0,02 [4] |

Pitravi | | | |

Karrotti | | | |

Karfus | | | |

Ravanella | | | |

Artiċoks ta' Ġerusalem | | | |

Zunnarija safra | | | |

Tursin | | | |

Għeruq tar-ravanell | | 0,05 [4] | |

Leħjet il-bodbod | | | |

Patata ħelwa | | | |

Lift | | | |

Nevew | | | |

Jam | | | |

Oħrajn | | 0,05 [4] | |

(ii)ĦXEJJEX TAL-BASAL | | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Tewm | | | |

Basal | (a) | | |

Shallots | (a) | | |

Basla tar-rebbiegħa | | | |

Oħrajn | 0,02 [4] | | |

(iii)ĦXEJJEX TAL-FROTT

a)Solanakka | 0,02 [4] | (b) | |

Tadam | | | |

Bżar | | | 0,5 |

Brunġiel | | | |

Oħrajn | | | (a) |

b)Cocurbits -- Qxur li jittiekel | 0,02 [4] | | (a) |

Ħjar | | (b) | |

Gherkins | | | |

Qargħa Bagħlija | | (b) | |

Oħrajn | | 0,05 [4] | |

c)Cocurbits -Qxur li ma jittikilx | 0,02 [4] | 0,2 | (a) |

Bettieħ | | | |

Għasar | | | |

Dulliegħ | | | |

Oħrajn | | | |

d)Qamħirrun | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

(iv)ĦAXIX BRASSIKU

a)Brassika ffjurata | 0,02 [4] | (b) | 0,02 [4] |

Brokkoli | | | |

Pastard | | | |

Oħrajn | | | |

b)Rjus Brassika | 0,02 [4] | (b) | 0,02 [4] |

Kaboċċi żgħar | | | |

Ras kaboċċa | | | |

Oħrajn | | | |

c)Brassika mwerqa | 0,02 [4] | (b) | 0,02 [4] |

Kaboċċa Ċiniża | | | |

Kaboċċi mfelfla | | | |

Oħrajn | | | |

d)Kohlrabi | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

(v)ĦAXIX WERAQ U ĦWAWAR FRISKI

a)Ħass jew simili | 0,02 [4] | (b) | 0,02 [4] |

Krexxun | | | |

Ħass tal-Ħaruf | | | |

Ħass | | | |

Scarole | | | |

Oħrajn | | | |

b)Spinaċi jew simili | 0,02 [4] | 2 | 0,02 [4] |

Weraq tal-pitravi | | | |

c)Krexxun ta' l-ilma | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

d)Witloof | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

e)Ħwawar | 0,02 [4] | (b) | 0,02 [4] |

Maxxita | | | |

Kurrat selvaġġ | | | |

Tursin | | | |

Weraq tal-karfus | | | |

Oħrajn | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (FRISKI) | 0,02 [4] | | 0,02 [4] |

Fażola (bil-fosdqa) | | (b) | |

Fażola (mhux bil-fosdqa) | | | |

Piżelli (bil-fosdqa) | | (b) | |

Piżelli (mhux bil-fosdqa) | | | |

Oħrajn | | 0,05 [4] | |

(vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK (FRISKI) | | | 0,02 [4] |

Asparagi | | | |

Karduni | | | |

Karfus | | | |

Bużbież | | (b) | |

Qaqoċċ globu | | (b) | |

Kurrat | (a) | | |

Rubarbru | | | |

Oħrajn | 0,02 [4] | 0,05 [4] | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Faqqiegħ kultivat | | | |

Faqqiegħ selvaġġ | | | |

3.Żrieragħ | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Fażola | | | |

Għads | | | |

Piżelli | | | |

Oħrajn | | | |

4.Żrieragħ taż-żejt

Żerriegħa tal-kittien | | | |

Karawett | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | |

Żerriegħa tal-ġulġlien | | | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bil-qoxra) | | | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bla qoxra) | | | |

Żerriegħa tal-lift | 0,05 [4] | | |

Żerriegħa tas-sojja | | 0,2 | |

Mustarda | | | |

Żerriegħa tal-qoton | (a) | 0,5 | (a) |

Oħrajn | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

5.Patata | 0,02 [4] | 0,05 [4] | 0,02 [4] |

Patata mwarrba | | | |

6.Tè (weraq imnixxef), zkuk, fermentati, jew inkella, Camelia sinensis | (b) | 0,1 [4] | 0,1 [4] |

7.Ħopp (imnixxef), inkluż gerbub tal-ħopp u trab mhux konċentrat | 3 | 10 | 50 |

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplika l-LMR | Fdalijiet minn pestiċidi u livelli massimi fdalijiet (mg/kg) |

Pirimiphos -methyl | Residwu Aldicarb: somma ta' Aldicurb; is-Sulfoxide u s-Sulfone tiegħu espressi bħala aldicarb |

1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar preżervat bl-iffriżar mingħajr zokkor miżjud; ġewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU | | 0,2 |

Grapefruit | | |

Lumi | | |

Limunċell | | |

Mandolin(inkluż klementin u ibridi simili | 2 | |

Larinġ | | |

Pomelos | | |

Oħrajn | 1 | |

ii)LEWŻ TAS-SIĠAR(bil -qoxra jew migħajr)

Lewż | (b) | |

Ġewż tal-Brażil | | |

Kexju | | |

Qastan | | |

Ġewż ta' l-indi | | |

Ġellewż | (b) | |

Macedamia | | (b) |

Macadarnia pecans | | 0,2 |

Ġewż ta' l-arżnu | | |

Pistaċċa | (b) | |

Ġewż (walnuts) | (b) | |

Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

iii)FROTT BIL-KARAPELLI FIL-QALBA MIMLIJA ŻERRIEGĦA | (b) | 0,05 [4] |

Tuffieħ | | |

Lanġas | | |

Sfarġel | | |

Oħrajn | | |

(iv)FROTT BL-GĦADMA | (b) | 0,05 [4] |

Berquq | | |

Ċirasa | | |

Ħawħ (inkluż nuċipriska ibridi simili) | | |

Għanbaqar | | |

Oħrajn | | |

(v)TUT U FROTT ŻGĦIR

a)Għeneb tal-mejda u ta' l- inbid | (b) | 0,05 [4] |

Għeneb tal-mejda | | |

Għeneb ta' l-inbid | | |

b)Frawli (għajr dak selvaġġ) | (b) | (b) |

c)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

Tut | | |

Tut tan-nida (dewberries) | | |

Loganberries | | |

Ċawsli | | |

Oħrajn | | |

d)Frott żgħir ieħor u tut (għajr dak selvaġġ) | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

Bilberries | | |

Cranberries | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | |

Gooseberries | | |

Oħrajn | | |

e)Tut u frott selvaġġ | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

(vi)FROTT VARJU

Avokado | | |

Banana | | (b) |

Tin | | |

Tamal | | |

Kiwi | 2 | |

Kumquats | | |

Litchis | | |

Mango | | |

Żebbuġ | (b) | |

Frott tal-passjoni | | |

Ananas | | |

Rummien | | |

Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

2.Hxejjex, friski jew imsajra, friżati jew niexfa

(i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ JEW TAT-TUBERI

Pitravi | | (b) |

Karrotti | 1 | (b) |

Karfus | | |

Ravanell | | |

Artiċoks ta' Ġerusalem | | |

Zunnarija safra | | |

Tursin | | |

Għeruq tar-ravanell | | (b) |

Leħjet il-bodbod | | |

Patata ħelwa | | |

Lift | | |

Nevew | | |

Jam | | |

Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

(ii)ĦXEJJEX TAL-BASAL | (b) | 0,05 [4] |

Tewm | | |

Basal | | |

Shallots | | |

Basla tar-rebbiegħa | | |

Oħrajn | | |

(iii)ĦXEJJEX TAL-FROTT

a)Solanakka | (b) | |

Tadam | | |

Bżar | | (b) |

Brunġiel | | (b) |

Oħrajn | | 0,05 [4] |

b)Cocurbits -- Qxur li jittiekel | (b) | 0,05 [4] |

Ħjar | | |

Gherkins | | |

Qargħa Bagħli | | |

Oħrajn | | |

c)Cocurbits -Qxur li ma jittikielx | (b) | 0,05 [4] |

Bettieħ | | |

Għasar | | |

Dulliegħ | | |

Oħrajn | | |

d)Qamħirrun | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

(iv)ĦAXIX BRASSIKA

a)Brassika iffjurata | 1 | |

Brokkoli | | (b) |

Pastard | | 0,2 |

Oħrajn | | 0,05 [4] |

b)Rjus Brassika

Kaboċċi żgħar (Brussels Sprouts) | 2 | 0,2 |

Ras kaboċċa | | (b) |

Oħrajn | (b) | 0,05 [4] |

c)Brassika mwerqa | (b) | 0,05 [4] |

Kaboċċa Ċiniża | | |

Kaboċċi mfelfel | | |

Oħrajn | | |

d)Kohlrabi | (b) | 0,05 [4] |

(v)ĦAXIX WERAQ U ERBA AROMATIKA FRISKA

a)Ħass jew simili | (b) | 0,05 [4] |

Krexxun | | |

Ħass tal-Ħaruf | | |

Ħass | | |

Scarole | | |

Oħrajn | | |

b)Spinaċi jew simili | (b) | 0,05 [4] |

Weraq tal-pitravi | | |

c)Krexxun ta' l-ilma | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

d)Witloof | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

e)Ħaxix aromatiku | (b) | 0,05 [4] |

Maxxita | | |

Kurrat selvaġġ | | |

Tursin | | |

Weraq tal-karfus | | |

Oħrajn | | |

vi)ĦXEJJEX LEGUMI (FRISKI) | | 0,05 [4] |

Fażola (bil-fosdqa) | | |

Fażola (mhux bil-fosdqa) | | |

Piżelli (bil-fosdqa) | | |

Piżelli (mhux bil-fosdqa) | 0,05 [4] | |

Oħrajn | (b) | |

vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK | (b) | |

Asparagi | | |

Karduni | | |

Karfus | | |

Bużbież | | |

Qaqoċċ globu | | |

Kurrat | | (b) |

Rubarbru | | |

Oħrajn | | 0,05 [4] |

viii)FAQQIEGĦ | | 0,05 [4] |

Faqqiegħ kultivat | (b) | |

Faqqiegħ selvaġġ | 0,05 [4] | |

3.Żrieragħ | (b) | 0,05 [4] |

Fażola | | |

Għads | | |

Piżelli | | |

Oħrajn | | |

4.Żrieragħ taż-żejt

Żerriegħa tal-kittien | (b) | (b) |

Karawett | (b) | |

Żerriegħa tal-peprin | | |

Żerriegħa tal-ġunġlien | | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bil-qoxra) | (b) | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bla qoxra) | (b) | |

Żerriegħa tal-lift | (b) | (b) |

Żerriegħa tas-sojja | (b) | |

Mustarda | | |

Żerriegħa tal-qoton | (b) | (b) |

Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

5.Patata | 0,05 [4] | (b) |

Patata bikrija | | |

6.Tè (weraq imnixxef), zkuk, fermentati, jew inkella, Camelia sinensis | 0,05 [4] | 0,05 [4] |

7.Ħopp (imnixxef), inkluæ gerbub tal- ħopp u trab mhux konċentrat | 0,05 [4] | (b) |

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwalili għalihom japplika l-LMR | Fdalijiet minn pestiċidi ulivelli massimi fdalijiet(mg/kg) |

Thiebendazole |

1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar priżervat bl- iffriżar mingħajr zokkor miżjud; lewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 6 |

Grapefruit | |

Lumi | |

Limunċell | |

Mandolin(inkluż klementin u ibridi simili | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

ii)LEWŻ TAS-SIĠAR(bil-qoxra jew migħajr) | 0,1 [4] |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Kexju | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-indi | |

Ġellewż | |

Macedamia | |

Macadarnia pecans | |

Ġewż tal-arżnu | |

Pistaċċa | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

iii)FROTT BIL-KARAPELLI FIL-QALBA MIMLIJA ŻERRIEGĦA | 5 |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

iv)FROTT BL-GĦADMA

Berquq | |

Ċirasa | (b) |

Ħawħ (inkluża n-nuċipriska u ibridi simili) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

v)TUT U FROTT ŻGĦIR

a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | (b) |

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

b)Frawli (għajr dak selvaġġ) | 5 |

c)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

Tut | |

Tut tan-nida (dewberries) | |

Loganberries | |

Ċawsli | (b) |

Oħrajn | 0,05 [4] |

d)Frott żgħir ieħor u tut (għajr dak selvaġġ)

Bilberries | |

Cranberries | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | (b) |

Gooseberries | (b) |

Oħrajn | 0,05 [4] |

e)Tut u frott selvaġġ | 0,05 [4] |

(vi)FROTT VARJU

Avokado | |

Banana | 3 |

Tin | |

Tamal | |

Kiwi | |

Kumquats | |

Litchis | |

Mango | |

Żebbuġ | |

Frott tal-passjoni | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn (għajr banana) | 0,05 [4] |

2.Hxejjex, friski jew imsajra, friżati jew niexfa

(i)ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ JEW TUBERI

Pitravi | (b) |

Karrotti | |

Karfus | |

Ravanella | |

Artiċoks ta' Ġerusalem | |

Zunnarija safra | |

Tursin | |

Għeruq tar-ravanell | |

Leħjet il-bodbod | |

Patata ħelwa | |

Lift | |

Nevew | |

Jam | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

(ii)ĦXEJJEX TAL-BASAL

Tewm | (b) |

Basal | (b) |

Shallots | (b) |

Basla tar-rebbiegħa | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

(iii)ĦXEJJEX TAL-FROTT

a)Solanakka

Tadam | (b) |

Bżar | (b) |

Brunġiel | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

b)Cocurbits -- Qxur li jittiekel

Ħjar | (b) |

Gherkins | |

Qargħa Bagħli | |

Oħrajn | 0,05* |

c)Cocurbits -Qxur li majittikielx

Bettieħ | (b) |

Għasar | |

Dulliegħ | (b) |

Oħrajn | 0,05* |

d)Qamħirrun | 0,05* |

(iv)ĦAXIX BRASSIKA

a)Brassika iffjurata

Brokkoli | 5 |

Pastard | |

Oħrajn | 0,05* |

b)Rjus Brassika

Kaboċċi żgħir (Brussles Sprouts) | (b) |

Ras kaboċċa | 0,05 [4] |

Oħrajn | 0,05 [4] |

c)Brassika mwerrqa

Kaboċċa Ċiniża | |

Kaboċċi mfelfel | |

Oħrajn | |

d)Kohlrabi | 0,05 [4] |

(v)ĦAXIX WERAQ U ERBA AROMATIKA FRISKA

a)Ħass jew simili

Krexxun | |

Ħass tal-ħaruf | |

Ħass | (b) |

Scarole | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

b)Spinaċi jew simili | 0,05 [4] |

Weraq tal-pitravi | |

c)Krexxun ta' l-ilma | 0,05 [4] |

d)Witloof | 0,05 [4] |

e)Ħaxix aromatiku | 0,05 [4] |

Maxxita | |

Kurrat selvaġġ | |

Tursin | |

Weraq tal-karfus | |

Oħrajn | |

vi)ĦXEJJEX LEGUMI (FRISKI)

Fażola (bil-fosdqa) | (b) |

Fażola (mhux bil-fosdqa) | (b) |

Piżelli (bil-fosdqa) | |

Piżelli (mhux bil-fosdqa) | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

vii)ĦXEJJEX TAZ-ZOKK

Asparagi | (b) |

Karduni | |

Karfus | (b) |

Bużbież | |

Qaqoċċ globu | |

Kurrat | (b) |

Rubarbru | |

Oħrajn | 0,05 [4] |

viii)FAQQIEGĦ

Faqqiegħ kultivati | (b) |

Faqqiegħ selvaġġ | 0,05 [4] |

3.Żrieragħ | 0,05 [4] |

Fażola | |

Għads | |

Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Żrieragħ taż-żejt | 0,05 [4] |

Żerriegħa tal-kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-peprin | |

Żerriegħa tal-ġulġlien | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bil-qoxra) | |

Żerriegħa tal-ward tax-xemx (bla qoxra) | |

Żerriegħa tal-lift | |

Żerriegħa tas-sojja | |

Mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton | |

Oħrajn | |

5.Patata

Patata bikrija | (b) |

Patata mwarrba | 5 |

6.Tè (weraq imnixxef), zkuk, fermentati, jew inkella, Camelia sinensis | 0,1 [4] |

7.Ħopp (imnixxef), inkluż gerbub tal-ħopp u trab mhux konċentrat | 0,1 [4] |

8.Ħwawar

Żerriegħa tal-kemmun | |

Tut Ġniebru | |

Nuċimuskata | |

Bżar, iswed u abjad | |

Fsiedaq tal-vanilla | |

(Prodotti sħaħ) | |

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1996.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fiż-17 ta’ Lulju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

[1] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/30/KE (ĠU L 189. 23. 7. 1994 p. 70).

[2] ĠU L 366, 15. 12. 1992, p. 10.

[3] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/43/KE (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 31).

[4] Jindika limitu baxx ta' determinazzjoni analitika;

--------------------------------------------------

Top