Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0032

Is-Sitt Direttiva tal-Kummissjoni 95/32/KE tas-7 ta’ Lulju 1995 li tirrigwardja l-metodi ta’ l-analiżi meħtieġa għal verifikar tal-kompożizzjoni ta’ prodotti kosmetiċi

ĠU L 178, 28.7.1995, p. 20–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/32/oj

31995L0032



Official Journal L 178 , 28/07/1995 P. 0020 - 0035


Is-Sitt Direttiva tal-Kummissjoni 95/32/KE

tas-7 ta’ Lulju 1995

li tirrigwardja l-metodi ta’ l-analiżi meħtieġa għal verifikar tal-kompożizzjoni ta’ prodotti kosmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi d-Direttiva 76/768/KEE tipprovdi għal testijiet uffiċjali ta’ prodotti kosmetiċi bil-għan li jkun assigurat li l-kondizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi jkunu sodisfatti;

Billi l-metodi ta’ l-analiżi kollha meħtieġa għandhom ikunu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun possibli; billi ċerti metodi diġà ġew adottati fid-Direttivi tal-Kummissjoni 80/1335/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 87/143/KEE [4], 82/434/KEE [5], kif emendata bid-Direttiva 90/207/KEE [6], 83/514/KEE [7], 85/490/KEE [8] u 93/73/KEE [9];

Billi l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ l-aċidu benżojku, l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu sorbiku, l-aċidu Saliċiku u l-aċidu propjoniku fil-prodotti kosmetiċi u l-identifikazzjoni u determinazzjoni ta’ hydroquinone, hydroquinone monomethylether, hydroquinone monoethylether u hydroquinone monobenzylether fi prodotti kosmetiċi jikkonstitwixxu is-sitt pass;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adattament tad-Direttiva 76/768/KEE għal progress tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw li matul it-testijiet uffiċjali ta’ prodotti kosmetiċi:

- l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ l-aċidu benżojku, l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu sorbiku, l-aċidu saliċiliku u l-aċidu propjoniku,

- l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ hydroquinone, hydroquinone monomethylether, hydroquinone monoethylether u hydroquinone monobenzylether,

għandhom jitwettqu bi qbil mal-metodi deskritti fl-Anness.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1996. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 31.

[3] ĠU L 383, tal-31.12.1980, p. 27.

[4] ĠU L 57, tas-27.2.1987, p. 56.

[5] ĠU L 185, tat-30.6.1982, p. 1.

[6] ĠU L 108, tat-28.4.1990, p. 92.

[7] ĠU L 291, ta’ l-24.10.1983, p. 9.

[8] ĠU L 295, tas-7.11.1985, p. 30.

[9] ĠU L 231, ta’ l-14.9.1993, p. 34.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI TA’ L-AĊIDU BENŻOJKU, L-AĊIDU 4-IDROKSIBENŻOJKU, L-AĊIDU SORBIKU, L-AĊIDU SALIKLIKU U L-AĊIDU PROPJONIKU FI PRODOTTI KOSMETIĊI

1. Skop u qasam ta’ l-applikazzjoni

Il-metodu huwa applikabbli għall-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ l-aċidu benżojku, l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu sorbiku, l-aċidu salikiku u l-aċidu propjoniku fi prodotti kosmetiċi. Proċeduri separati jiddeskrivu l-identifikazzjoni ta’ dawn il-preservattivi; id-determinazzjoni ta’ l-aċidu propjoniku; u d-determinazzjoni ta’ l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu salikliku, l-aċidu sorbiku u l-aċidu benżojku.

2. Definizzjoni

L-ammonti tal-aċidu benżojku, l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu salikliku, l-aċidu sorbiku u l-aċidu propjoniku determinati b’dan il-metodu huma espressi bħala persentaġġi bil-massa ta’ l-aċidi ħielsa.

A. IDENTIFIKAZZJONI

1. Prinċipju

B’segwiment ta’ l-estratt ta’ l-aċidu/bażi ta’ preservattivi, l-estratt huwa analizzat bikromatografija ta’ saff irqiq (TLC) li tuża derivitazzjoni tal-jum. Jiddependi mir-riżultati, l-identifikazzjoni hija kkonfermata bi kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja ta’ (HPLC) jew, fil-każ ta’ l-aċidu propjoniku, bil-kromatografija tal-gass (GC).

2. Reaġenti

2.1. Ġenerali

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika. L-ilma użat għandu jkun ilma iddistillat, jew ilma ta’ mill-anqas purità ekwivalenti

2.2. Aċetun

2.3. Diethyl ether

2.4. Acetonitrile

2.5. Toluene

2.6. n-Hexane

2.7. Paraffin, likwidu

2.8. Acidu idrokloriku, 4 M

2.9. Idrossidu tal-potassju, akweju, 4 M

2.10. Klorin tal-ġir, CaCl2.2H2O

2.11. Karbonat tal-litjum, Li2CO3

2.12. 2-Bromo-2'-acetonaphthone

2.13. 4-Aċidu idroksibenżojku

2.14. Aċidu salikliku

2.15. Aċidu benżojku

2.16. Aċidu sorbiku

2.17. Aċidu propjoniku

2.18. Soluzzjonijiet ta’ Referenza

Ipprepara 0,1 % (m/v) soluzzjonijiet (100 mg/100 ml) ta’ kull waħda mill-ħames preservattivi (2.13 sa 2.17) fi diethyl ether

2.19. Reaġent ta’ derivazzjoni

0,5 % (m/v) soluzzjoni ta’ 2-bromo-2'-acetonaphthone (2.12) fi acetonitrile (2.4) (50 mg/10 ml). Din is-soluzzjoni għandha tkun imħejjija kull gimgħa u merfuha f’refriġerator

2.20. Soluzzjoni katalitika

0,3 % (m/v) soluzzjoni ta’ karbonat tal-litjum (2.11) f’ilma (300 mg/100 ml). Din is-soluzzjoni għandha tkun imħejjija friska

2.21. Solvent ta’ l-iżvilupp

Toluene (2.5)/Aċetun (2.2) (20:0,5, v/v)

2.22. Paraffin likwidu (2.7)/n-hexane (2.6) (1:2, v/v)

3. Apparat

Tagħmir ordinarju tal-laboratorju

3.1. Banju ta’ l-ilma, li jista’ jżomm temperatura ta’ 60 °C

3.2. Tank ta’ l-iżvilupp

3.3. Sors ta’ dawl ultraviolet, 254 u 366 nm

3.4. Folji ta’ saff irqiq, Kieselgel 60, mingħajr indikatur florixxenti, 20 x 20 ċm, ħxuna tal-folja 0,25 mm b’żona ta’ konċentrazzjoni 2,5 x 20 ċm (Merck 11845, jew ekwivalenti)

3.5. Mikro-siringa, 10 μl

3.6. Mikro-siringa, 25 μl

3.7. Forn, kapaċi li jżomm temperaturi sa 105 °C

3.8. 50-ml tubi tal-ħġieġ b’tapp bil-kamin

3.9. Karta tal-filtru, diametru 90 mm, Schleicher & Schull, Weissband No 5892, jew ekwivalenti

3.10. Karta ta’ l-indikazzjoni universali tal-pH, pH 1-11

3.11. 5-ml vijali tal-ħġieġ għal kampjuni

3.12. Evaporatur b’pellikola rotanti (Rotavapor jew ekwivalenti)

3.13. Hot plate

4. Proċedura

4.1. Tħejjija tal-kampjun

Iżen bejn wieħed u ieħor 1 g tal-kampjun f’tubu tal-ħġieġ 50-ml b’tapp bil-kamin (3.8). Żid erba taqtiriet ta’ l-aċidu idrokloriku 4 M (2.8) u 40 ml aċetun (2.2). Għal prodotti bażiċi qawwija bħalma huwa sapun tal-banju, 20 qattra ta’ l-aċidu idrokloriku 4 M (2.8) għandhom ikunu miżjuda. Ikkonferma li l-pH huwa kważi tnejn, uża karta indikatur (3.10). Għalaq it-tubu u ħarrek b’saħħa qawwija għal minuta.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa biex tkun iffaċilitata l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-aċetun, saħħan bil-mod it-taħlita għal madwar 60 °C biex tħoll il-fażi likwida.

Kessaħ is-soluzzjoni għat-temperatura tal-kamra u saffiha minn karta tal-filtru (3.9) f’garafina konika.

Ittrasferixxi 20 ml tal-filtrat lejn 200-ml garafina konika, żid 20 ml ilma u ħawwad. Aġġustja il- pH tat-taħlita għal madwar 10 bil-idrossidu tal-putassa 4 M (2.9), tuża karta indikatur (3.10) biex tkejjel il- pH.

Żid 1 g klorin tal-ġir (2.10) u ħarrek b’saħħa qawwija. Saffi minn karta tal-filtru (3.9) ġewwa 250-ml lembut ta’ separazzjoni li jkun fih 75 ml diethyl ether (2.3) u harrek bil-qawwa għal minuta. Ħallieħ jissepara u iġbed il-s-saff akweju fi 250 ml garafina konika. Warrab is-saff ta’ l-etere. Uża karta indikatur (3.10), aġġustja l-pH tas-soluzzjoni akwea għal approssimament tnejn bl-aċidu idrokloriku 4 M (2.8). Żid 10 ml diethyl ether (2.3), agħmel tapp fil-garafina u ħarrek bil-qawwa għal madwar minuta. Ħallieħ jissepara u ttrasferixxi s-saff ta’ l-etere lejn evaporatur tal-pellikola rotanti (3.12). Warrab is-saff akweju.

Evapora il-folja ta’ l-etere kwazi għax-xott u ħoll mill-ġdid ir-residwu fi 1 ml of diethyl ether (2.3). Trasferixxi is-soluzzjoni f’vijal ta’ kampjun (3.11).

4.2. Kromatografija ta’ saff irqieq

Għall-kull waħda mir-referenzi u l-kapjuni li għandhom ikunu ikkromatografati, applika approssimament 3 μl ta’ soluzzjoni ta’ lithium carbonate (2.20) u b’siringa (3.5) f’distanzi ugwali fuq il-linja tal-bidu fiż-żona ta’ konċentrament ta’ pjanċa TLC (3.4) u nixxef f’kurrent ta’ arja friska.

Ittrasferixxi il-pjanċa TLC lejn hot plate (3.13), saħħan għal 40 °C, sabiex it-tikek jinżammu żgħar kemm jista’ jkun possibbli. B’mikrosiringa (3.5) applika 10 μl ta’ kull waħda mis-soluzzjonijiet ta’ referenza (2.18) u s-soluzzjoni kampjun (4.1) fuq il-linja tal-bidu fuq il-pjanċa, fil-postijiet eżatti ta’ fejn tkun ġiet applikata s-soluzzjoni tal-lithium carbonate.

Finalment applika approssimament 15 μl reaġent tad-derivazzjoni (2.19) (soluzzjoni 2-bromo-2'-acetonaphthone), erġa fuq l-istess post eżatt fejn is-soluzzjonijiet ta’ referenza/kampjun u s-soluzzjoni tal-lithium carbonate kienu ġew applikati.

Saħħan il-pjanċa TLC gewwa forn (3.7) fi 80 °C għal 45 minuta. Wara li tkessaħ, żviluppa l-pjanċa f’tank (3.2), li jkun ekwilibrat għal 15-il minuta (mingħajr l-użu ta’ l-inforra tal-karta tal-filtru), bl-użu ta’ solvent ta’ l-iżvilupp 2.21 (toluene/acetone), sa kemm il-wiċċ tas-solvent ikun laħaq distanza ta’ 15 ċm (dan jista’ jieħu approssimament 80 minuta).

Nixxef il-pjanċa f’arja friska u eżamina t-tikkek li jiżvilluppaw taħt dawl UV (3.3). Biex titqawwa l-florixxenza tat-tikkek dgħajfa, il-pjanċa TLC tista tkun ġiet imdaħħla fil-paraffin/n-hexane likwidu (2.22).

5. Identifikazzjoni

Ikkalkula l-Rf għal kull tikka.

Qabbel l-Rf u l-imġieba taħt radjazjoni UV miksuba għall-kampjun ma’ dak akwistat għas-soluzzjonijiet ta’ referenza.

Ħejji konklużjoni preliminari rigward il-presenza u l-identità tal-preservattivi preżenti. Wettaq il-HPLC deskritt fit-Taqsima B, jew, meta jidher li l-aċidu propjoniku jkun preżenti, il-GC deskritt fit-Taqsima Ċ. Qabbel iż-żmien ta’ retenzjoni hekk akwistat ma dawk tas-soluzzjonijiet ta’ referenza.

Għaqqad ir-riżultati mill-TLC u HPLC jew GC u ibbaża l-identifikazzjoni finali tal-preservattivi preżenti fil-kampjun fuq ir-riżultati kombinati.

B. DETERMINAZZJONI TA’ L-AĊIDU BENŻOJKU, L-AĊIDU 4-IDROKSIBENŻOJKU, L-AĊIDU SORBIKU U L-AĊIDU SALIĊILIKU

1. Prinċipju

Wara l-aċidifikazjoni, il-kampjun ikun estratt minn taħlita ta’ etanol u ilma. Wara l-filtrazjoni l-preservattivi huma iddeterminati bi kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC).

2. Reaġenti

2.1. Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika, u tajbin għal HPLC fejn xieraq. L-ilma użat għandu jkun ilma iddistillat, jew ilma ta’ mill-anqas purità ekwivalenti

2.2. Etanol, assolut

2.3. 4-aċidu idroksibenżojku

2.4. Aċidu saliċiku

2.5. Aċidu benzojku

2.6. Aċidu sorbiku

2.7. Aċetat tas-sodju, (CH3COONa.3H2O)

2.8. Aċidu aċetiku, (α)420 = 1,05 g/ml

2.9. Aċetonitril

2.10. Aċidu sulfuriku, 2 M

2.11. Idrossidu tal-putassa, akweju, 0.2 M

2.12. 2-aċidu Metoksibenżojiku

2.13. Taħlita Etanol/ilma

Ħallat disa’ volumi ta’ etanol (2.2) u volum wieħed ta’ ilma (2.1)

2.14. Soluzzjoni ta’ standard intern

Ħejji soluzzjoni li jkun fiha approssimament 1 g 2-aċidu metoksibenżojku (2.12) fi 500 ml taħlita etanol/ilma (2.13)

2.15. Fażi mobbli għal HPLC

2.15.1. Buffer ta’ l-aċetat: ma’ 1 l ta’ ilma żid 6,35 g aċetat tas-sodju (2.7) u 20,0 ml aċidu aċetiku (2.8) u ħallat

2.15.2. Ħejji l-fażi mobbli bit-taħlit ta’ disa’ volumi tal-buffer aċetiku (2.15.1) u volum wieħed ta’ acetonitrile (2.9)

2.16. Soluzzjoni preservattiva ta’ ħażna

B’eżatezza iżen approssimament 0,05 g 4-aċidu idroksibenżojku (2.3), 0,2 g aċidu saliċiku (2.4), 0,2 g aċidu benżojku (2.5) u 0,05 g aċidu sorbiku (2.6) fi 50-ml f’garafina volumetrika u wassal għal volum b’taħlita ta’ etanol/ilma (2.13). Aħżen din is-soluzzjoni f’refriġerator. Din is-soluzzjoni hija stabbli għal ġimgħa waħda

2.17. Soluzzjonijiet standard ta’ preservattiv

Trasferixxi rispettivament 8,00, 4,00, 2,00, 1,00 u 0,50 ml tas-soluzzjoni tal-ħażna (2.16) f’serje ta’ garafini volumetriċi ta’ 20-ml. F’kull garafina, żid 10,00 ml soluzzjoni ta’ standard intern (2.14) u 0,5 ml aċidu sulfiku 2 M (2.10). Wassal għal volum b’taħlita ta’ etanol/ilma (2.13). Dawn is-soluzzjonijiet għandhom ikunu ippreparati friski

3. Apparat

Tagħmir normali tal-laboratorju mhux mod ieħor speċifikat, u:

3.1. Banju ta’ ilma, f’temperatura ta’ 60 °C

3.2. Kromatografu likwidu ta’ prestazzjoni għolja b’detector ta’ wavelength UV varjabli u sistema ta’ injezzjoni ta’ 10-μl.

3.3. Kolonna analitika

Azzar inossidabbli, tul 12,5 sa 25 cm, dijametru intern 4,6 mm, ippakkjat bi Nucleosil 5C18, jew ekwivalenti

3.4. Karta ta’ filtru, dijametru: 90 mm, Schleicher u Schull, Weissband No 5892, jew ekwivalenti

3.5. 50-ml tubi tal-ħġieġ b’tapp bil-kamin

3.6. 5-ml vijali tal-ħġieġ għal kampjuni

3.7. Frak tat-tgħolija, carborundum, daqs 2 to 4 mm, jew ekwivalenti

4. Proċedura

4.1. Tħejjija tal-kampjun

4.1.1. Tħejjija tal-kampjun mingħajr iż-żieda ta’ standard intern

Iżen 1 g tal-kampjun f’tubu tal-ħġieġ 50-ml b’tapp bil-kamin (3.5). Pipetta 1,00 ml aċidu sulfiku 2 M (2.10) u 40,0 ml etanol/ilma (taħlita) (2.13) f’tubu. Żid approssimament 1 g ta’ frak tat-tgħolija (3.7), għalaq it-tubu u ħarrek bil-qawwi mill-anqas għal minuta sa kemm sospenzjoni omoġenizzata tkun miksuba. Biex tiffaċilita l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-etanol, qiegħed it-tubu għal eżattament ħames minuti f’banju ta’ ilma (3.1) u żomm f’60 °C.

Kessaħ it-tubu immedjatament taħt tnixxija ta’ ilma kiesaħ u aħżen l-estratt fi 5 °C għal siegħa.

Saffi l-estratt minn karta filtru (3.4). Trasferixxi approssimament 2 ml ta’ l-estratt f’vijali ta’ kampjun (3.6). Aħżen l-estratt fi 5 °C u wettaq id-determinazzjoni HPLC fi żmien 24 siegħa tat-tħejjija.

4.1.2. Tħejjija ta’ kampjun mingħajr iż-żieda ta’ standard intern

Iżen sa tliet postijiet deċimali 1 ± 0,1 g (a gramma) tal-kampjun f’tubu tal-ħġieġ 50-ml b’tapp bil-kamin (3.5). Żid b’pipetta 1,00 ml aċidu sulfuriku 2 M (2.10) u taħlita ta’ 30,0 ml etanol/ilma (2.13). Żid approssimament 1 g ta’ frak tat-tgħolija (3.7) u 10,000 ml soluzzjoni ta’ standard intern (2.14). Għalaq it-tubu u ħarrek bil-qawwi għal mill-anqas minuta sa kemm sospenzjoni omoġenizzata tkun miksuba. Biex tiffaċilita l-estrazzjoni tal-preservattivi fil-fażi ta’ l-etanol, qiegħed it-tubu għal eżattament ħames minuti f’banju ta’ l-ilma (3.1) u żomm f’60 °C.

Kessaħ it-tubu immedjatament taħt tnixxija ta’ ilma kiesaħ u aħżen l-estratt fi 5 °C għal siegħa.

Saffi l-estratt minn karta filtru (3.4). Trasferixxi approssimament 2 ml tal-filtrat f’vijali ta’ kampjun (3.6). Aħżen il-filtrat fi 5 °C u wettaq id-determinazzjoni HPLC fi żmien 24 siegħa tat-tħejjija.

4.2. Kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja

Fażi mobbli: buffer ta’ acetonitrile/aċetat (2.15).

Aġġusta ir-rata ta’ ċirkolazzjoni tal-fażi mobbli mil-kolonna ta’ 2,0 ± 0,5 ml/minuta. Qiegħed id-detector tal-wavelength għal 240 nm.

4.2.1. Kalibrazzjoni

Injetta 10 μl porzjonijiet ta’ kull soluzzjoni standard ta’ preservattiv (2.17) fi kromatografija likwida (3.2). Għal kull soluzzjoni iddetermina ir-relattivita tal-qċaċet l-aktar għolja tal-preservattivi investigati lejn l-għoli tal-quċċata ta’ l-istandard intern miksuba mill-kromatogrammi. Pinġi grafika ta’ kull preservattiv b’relazzjoni għar-relattivita ta’ l-għoli tal-quċċata tal-konċentrament ta’ kull soluzzjoni standard.

Aċċerta li r-ralizzazzjoni linejari tkun miksuba għas-soluzzjonijiet standard fil-proċedura tal-kalibrazzjoni.

4.2.2. Determinazzjoni

Injetta 10 μl tal-kampjun estratt (4.1.1) fil-kromatografija likwida (3.2) u żomm nota tal-kromatogramma. Injetta 10 μl tas-soluzzjoni standard tal-preservattiv (2.17) u żomm nota tal-kromatogramma. Ikkumpara il-kromatogrammi mħejjija. Jekk il-kromatografija ta’ l-estratt tal-kampjun (4.1.1) l-ebda quċċata ma tidher li tkun preżenti li jkollha approssimament l-istess żmien ta’ retenzjoni bħal 2-aċidu metoksibenżojku (standard intern rakkomandat), injetta 10 μl tal-kampjun estratt b’żieda ta’ standard intern (4.1.2) fil-kromatografija likwida u innota il-kromatografija.

Jekk quċċata li tfixkel tkun osservata fil-kromatogramma tal-kampjun estratt (4.1.1) li jkollha l-istess żmien ta’ retenzjoni bħall-aċidu 2-metoksibenżojku, standard intern ieħor xieraq għandha tkun magħżula. (Jekk waħda mill-preservattivi investigata tkun nieqsa mill-kromatogramma, dan il-preservattiv jista’ jintuża bħala standard intern.)

Aċċerta jekk il-kromatogammi miksuba għal soluzzjoni standard u s-soluzzjoni kampjun jilħqux dawn il-ħtiġijiet li ġejjin:

- il-quċċata tas-separazzjoni ta’ l-agħar par separat għandha tkun mill-anqas 0,90. (Għal definizzjoni tal-quċċata tas-separazzjoni, ara l-figura 1).

+++++ TIFF +++++

Figura 1:Quċċata tas-separazzjoni

Jekk is-separazzjoni meħtieġa ma tkunx miksuba, jew għandha tkun użata kolonna aktar effiċjenti, jew il-fażi mobbli tal-kompożizzjoni għandha tkun aġġustata sakemm il-ħtieġa tkun intlaħqet.

- Il-fattur ta’ l-assimetrija, mill-qċaċet kollha miksuba għandha tkun fil-medda ta’ bejn 0,9 sa 1,5. (Għal definizzjoni tal-fattur tal-quċċata tas-separazzjoni, ara l-figura 2). Biex tinżamm nota tal-kromatogramma għad-determinar tal-fattur ta’ l-assimetrija, mappa tal-veloċità ta’ mill-anqas 2 ċm/minuta hija rakommandata.

+++++ TIFF +++++

Figura 2:Fattur tal-quċċata ta’ l-assimetrija

- Linja bażika stabbli għandha tkun miksuba.

5. Kalkolu

Uża r-relativitajiet ta’ l-għoljiet tal-quċċata tal preservattivi investigati sa l-għoli tal-quċċata ta’ l-aċidu 2-metoksibenżojku (standard intern) u tal-grafika tal-kalibrazzjoni biex ikun ikkalkolat il-konċentrament ta’ preservattivi aċidużi fis-soluzzjoni kampjun. Ikkalkola l-aċidu benżojku, l-aċidu 4-idroksibenżojku, l-aċidu sorbiku jew aċidu salkiliku tal-kontenut fil-kampjun, bħala persentaġġ bil-massa (xi), bl-uża tal-formula:

xi % m/m = 100 · 20 · b106 · a = b500 · a

li fiha:

a = il-massa (g) tal-porzjon tal-prova (4.1.2),

b = il-konċentrazzjoni (μg/ml) tal-preservattiv fil-kampjun ta’ l-estratt (4.1.2) miksub mill-grafika tal-kalibrazzjoni.

6. Ripetibbilità [1]

Għal kontenut ta’ l-aċidu 4-idroksibenżojku ta’ 0,40 %, id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi valur assolut ta’ 0,035 %.

Għal kontenut ta’ aċidu benżojku ta’ 0,50 %, id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi valur assolut ta’ 0,050 %.

Għal kontenut ta’ l-aċidu salikliku ta’ 0,50 %, id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi valur assolut ta’ 0,045 %.

Għal kontenut ta’ l-aċidu sorbiku ta’ 0,60 %, id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi valur assolut ta’ 0,035 %.

7. Rimarki

7.1. Ir-riżultati ta’ ruggedness test mwettaq fuq dan il-metodu indikaw li l-ammont ta’ l-aċidu sulfuriku miżjud biex ikunu estratti l-aċidi mil-kampjun huma kritiku, u l-limti mill-ammont tal-kampjun maħdum għandhom jinżammu fil-limiti stipulati.

7.2. Jekk mixtieq, kolonna xierqa ta’ ħarsien għandha tintuża.

Ċ. DETERMINAZZJONI TA’ L-AĊIDU PROPJONIKU

1. Skop u qasam ta’ l-applikazzjoni

Dan il-metodu huwa addttat għad-determinazzjoni ta’ l-aċidu propjoniku, konċentrazzjoni massima 2 % (m/m) fi prodotti kosmetiċi.

2. Definizzjoni

Il-konċentrazzjoni ta’ l-aċidu propjoniku imkelja b’dan il-metodu hija espressa bħala persentaġġ bil-massa (% m/m) tal-prodott.

3. Prinċipju

Wara l-estrazzjoni ta’ l-aċidu propjoniku mill-prodott, id-determinazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kromatografija tal-gass bl-użu ta’ l-aċidu 2-metilpropjoniku bħala standard intern.

4. Reaġenti

Ir-reaġenti kollha wżati għandhom ikunu ta’ kwalità analitika; ilma iddistillat jew ilma ta’ kwalità ekwivalenti għandu jintuża.

4.1. Etanol 96 % (v/v)

4.2. Aċidu propjoniku

4.3. 2-aċidu Metilpropjoniku

4.4. Aċidu ortofosforiku, 10 % (m/v)

4.5. Soluzzjoni ta’ aċidu propjoniku

Iżen approssimament 1,00 g (p grammi) ta’ l-aċidu propjoniku f’garafina volumetrika ta’ 50-ml u wassal għal volum permezz ta’ l-etanol (4.1)

4.6. Soluzzjoni ta’ standard intern

Iżen approssimament 1,00 g (e grammi) ta’ aċidu 2-metilpropjoniku f’garafina volumetrika ta’ 50-ml u wassal għal volum permezz ta’ l-etanol (4.1)

5. Apparat

5.1. Tagħmir normali tal-laboratorju; u:

5.2. Gass kromatografiku b’detector ta’ jonizzazzjoni ta’ fjamma

5.3. Tubu tal-ħġieġ (20 x 150 mm) b’tapp bil-kamin

5.4. Banju ta’ ilma, f’temperatura ta’ 60 °C

5.5. 10 ml siringi tal-ħġieġ b’membrana filtru (diametru tat-toqba: 0,45 μm)

6. Proċedura

6.1. Tħejjija tal-kampjun

6.1.1. Tħejjija tal-kampjun mingħajr l-istandard intern

F’tubu tal-ħġieġ (5.3), iżen approssimament 1 g tal-kampjun. Żid 0,5 ml ta’ l-aċidu fosforiku (4.4) u 9,5 ml ta’ l-etanol (4.1).

Għalaq it-tubu u ħarrek bil-qawwa. Jekk meħtieġ, poġġi t-tubu f’banju bl-ilma msaħħan għal 60 °C (5.4) għal ħames minuti sabiex tinħall kompletament il-fażi lipida. Kessaħ malajr taħt l-ilma ġieri. Iffiltra l-parti tas-soluzzjoni minn filtru membrana (5.5). Kromotagrifika l-filtru fl-istess jum.

6.1.2. Tħejjija tal-kampjun bl-istandard intern

Iżen sa tliet postijiet deċimali 1 ± 0,1 g (a grammi) tal-kampjun f’tubu tal-ħġieġ (5.3). Żid 0,5 ml ta’ l-aċidu fosforiku (4.4), 0,50 ml ta’ soluzzjoni ta’ l-istandard intern (4.6) u 9 ml ta’ l-etanol (4.1).

Għalaq it-tubu u ħarrek bil-qawwa. Jekk meħtieġ, poġġi t-tubu f’banju bl-ilma msaħħan għal 60 °C (5.4) għal ħames minuti sabiex tinħall kompletament il-fażi lipida. Kessaħ malajr taħt ilma ġieri. Saffi parti mis-soluzzjoni minn filtru membrana (5.5). Kromotagrafika l-filtrat fl-istess jum.

6.2. Kondizzjonijiet għall-kromatografija tal-gass

Dawn il-kondizzjonijiet ta’ l-operat huma rrakomandati:

Kolonna

Tip | Azzar inossidabbli |

Tul | 2 m |

Dijametru | 1/8 " |

Packing | 10 % SPTM 1000 (jew ekwivalenti + 1 % H3PO4 fuq Chromosorb WAW 100 to 120 mesh |

Temperatura

Injettur | 200 °C |

Kolonna | 120 °C |

Detector | 200 °C |

Gass portatur | nitroġenu |

Rata ta’ ċirkolazzjoni | 25 ml/min |

6.3. Kromatografija

6.3.1. Kalibrazzjoni

F’serje ta’ garafini volumetriċi 20-ml, trasferixxi b’pipetta 0,25, 0,50, 1,00, 2,00 u 4,00 ml rispettivament tas-soluzzjoni ta’ l-aċidu propjoniku (4.5). Ma’ kull garafina volumetrika trasferixxi b’pipetta 1,00 ml ta’ soluzzjoni ta’ standard intern (4.6); tella l-volum bl-etanol (4.1) u ħawwad. Is-soluzzjonijiet imħejjija b’dan il-mod ikun fihom e mg/ml ta’ l-aċidu 2-metilpropjoniku bħala standard intern (jiġifieri, l mg/ml jekk e = 1000) u p/4, p/2, p, 2p, 4p mg/ml aċidu projoniku (jiġifieri, 0,25, 0,50, 1,00, 2,00, 4,00 mg/ml jekk p = 1000).

Injetta 1 μl ta’ kull waħda minn dawn is-soluzzjonijiet u ikseb il-kurva tal-kalibrazzjoni billi tpinġi r-relattività tal-massa ta’ l-aċidu propjoniku/aċidu 2-metilpropjoniku fuq il-perm-x u r-relattività tal-quċċata korrespondenti b’bażi ta’ perm-y.

Agħmel tliet injezzjonijiet għal kull soluzzjoni u kkalkola l-medja tar-relatività tal-bażi tal-quċċata.

6.3.2. Determinazzjoni

Injetta 1 μl tal-kampjun filtrat 6.1.1. Qabbel il-kromatogramma ma dik ta’ waħda mis-soluzzjonijiet standard (6.3.1). Jekk il-quċċata tkun approssimament ta’ l-istess retenzjoni ta’ żmien bħall-aċidu 2-metilpropjoniku, ibdel l-istandard intern. Jekk l-ebda interferenza ma tkun osservata, injetta 1 μl tal-kampjun filtrat 6.1.2 u kejjel il-bażi tal-quċċata ta’ l-aċidu propjoniku u l-quċċata ta’ l-istandard intern.

Agħmel tliet injezzjonijiet għal kull soluzzjoni u kkalkola l-medja tar-relatività tal-bażi tal-quċċata.

7. Kalkoli

7.1. Mill-kurva tal-kalibrazzjoni miksuba fi 6.3.1, akwista l-medja tal-massa (K) korrespondenti għar-relattività tal-quċċata kkalkolata fi 6.3.2.

7.2. Mir-relattività tal-massa hekk miksuba kkalkula l-kontenut ta’ l-aċidu propjoniku tal-kampjun (X) bħala persentaġġ b’massa bl-użu tal-formula:

x % m/m = K 0,5 · 100 · e50 · a = K ea

li fiha:

K = ir-relattività ikkalkolata fi 7.1,

e = massa fi grammi ta’ l-istandard intern miżunha fi 4.6,

a = massa fi grammi tal-kampjun miżun fi 6.1.2.

Ressaq ir-riżultati lejn punt wieħed deċimali.

8. Ripetibbilità [2]

Għal kontenut ta’ l-aċidu propjoniku ta’ 2 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi 0,12 %.

II. IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI TA’ HYDROQUINONE, HYDROQUINONE MONOMETHYLETHER, HYDROQUINONE MONOETHYLETHER U HYDROQUINONE MONOBENZYLETHER FI PRODOTTI KOSMETIĊI

A. IDENTIFIKAZZJONI

1. Skop u qasam ta’ l-applikazzjoni

Il-metodu jiddeskrivi is-sejba u l-indentifikazjoni ta’ hydroquinone, hydroquinonemonomethylether, hydroquinonemonoethylether u hydroquinonemonobenzylether (monobenzone) fi prodotti kosmetċi għal biex tkun iċċarata l-ġilda.

2. Prinċipju

Hydroquinone u l-eteri tiegħu huma identifikabbli bi kromatografija ta’ saff irqiq (TLC).

3. Reaġenti

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika.

3.1. Etanol, 96 % (v/v)

3.2. Kloroform

3.3. Diethyl ether

3.4. Solvent ta’ żvilupp:

Kloroform/Diethyl ether, 66:33 (v/v)

3.5. Ammonia,

3.6. Aċidu askorbiku

3.7. Hydroquinone

3.8. Hydroquinonemonomethylether

3.9. Hydroquinonemonoethylether

3.10. Hydroquinonemonobenzylether (monobenzone)

3.11. Soluzzjonijiet ta’ Referenza

Dawn is-soluzzjonijiet ta’ referenza għandhom ikunu ippreparati friski, u huma stabbli għal jum wieħed.

3.11.1. Iżen 0,05 g hydroquinone (3.7) f’tubu-tat-test iggradwat fi 10-ml. Żid 0,250 g ta’ l-aċidu askorbiku (3.6) u 5 ml ta’ l-etanol (3.1). Żid l-ammonia (3.5) sa kemm il-pH ikun 10 u wassal il-volum għal 10 ml bl-etanol (3.1).

3.11.2. Iżen 0,05 g hydroquinonemonomethylether (3.8) f’tubu-tat-test iggradwat fi 10-ml. Żid 0,250 g ta’ l-aċidu askorbiku (3.6) u 5 ml ta’ l-etanol (3.1). Żid l-ammonia (3.5) sa kemm il-pH ikun 10 u wassal il-volum għal 10 ml bl-etanol (3.1).

3.11.3. Iżen 0,05 g hydroquinonemonoethylether (3.9) f’tubu-tat-test iggradwat fi 10-ml. Żid 0,250 g ta’ l-aċidu askorbiku (3.6) u 5 ml ta’ l-etanol (3.1). Żid l-ammonia (3.5) sa kemm il-pH ikun 10 u wassal il-volum għal 10 ml bl-etanol (3.1).

3.11.4. Iżen 0,05 g hydroquinonemonobenzylether (3.10) f’tubu-tat-test iggradwat fi 10-ml. Żid 0,250 g ta’ l-aċidu askorbiku (3.6) u 5 ml ta’ l-etanol (3.1). Żid l-ammonia (3.5) sa kemm il-pH ikun 10 u wassal il-volum għal 10 ml bl-etanol (3.1).

3.12. Nitrat tal-fidda

3.13. 12-aċidu Molybdophosphoric

3.14. Potassium ferricyanide hexahydrate

3.15. Ferric chloride, hexahydrate

3.16. Reagenti ta’ l-isprej

3.16.1. Ma 5 % (m/v) soluzzjoni akwea tan-nitrat tal-fidda (3.12), żid l-ammonia (3.5) sa kemm il-preċipitat li jifforma jinħall.

Twissija:

is-soluzzjoni ssir intstabbli b’rikju ta’ splużjoni jekk titħalla toqgħod u għandha tintrema malli tkun użata.

3.16.2. 10 % (m/v) soluzzjoni ta’ 12-aċidu Molybdophosphoric (3.13) fl-etanol (3.1).

3.16.3. Ħejji 1 % (m/v) soluzzjoni akwea ta’ potassium ferricyanide (3.14) u 2 % (m/v) soluzzjoni akwea ta’ ferric chloride (3.15). Ħawwad partijiet ugwali taż-żewġ soluzzjonijiet eżatt qabel l-użu.

4. Apparat

Tagħmir normali tal-laboratorju; u:

4.1. Tagħmir TLC tas-soltu

4.2. Pjanċi TLC, lesti għall-użu: silica gel GHR/UV254; 20 × 20 cm (Machery, Nagel, jew ekwivalenti). Ħxuna tas-saff 0,25 mm

4.3. Banju ultrasoniku

4.4. Magna taċ-ċentrifugazzjoni

4.5. Lampa UV, 254 nm

5. Proċedura

5.1. Tħejjija tal-kampjun

Iżen 3,0 g tal-kampjun f’tubu ggradwat fi 10-ml. Żid 0,250 g ta’ l-aċidu askorbiku (3.6) u 5 ml ta’ l-etanol (3.1). Aġġustja il- pH tas-soluzzjoni għal 10, billi tuża l-ammonja (3.5). Wassal il-volum għal 10 ml bl-etanol (3.1). Sodd it-tubu b’tapp u imoġenizza f’banju ultrasiniku għal 10 minuti. Iffiltra minn karta tal-filtru jew ċentrifuga fi 3000 rpm.

5.2. TLC

5.2.1. Imla it-tank kromatografiku b’solvent ta’ l-iżvilupp (3.4).

5.2.2. Qiegħed fuq pjanċa 2 μl tas-soluzzjonijiet ta’ referenza (3.11) u 2 μl tas-soluzzjoni kampjun (5.1). Żviluppa fid-dlam f’temperatura ambjentali sa kemm is-solvent ikun emigra 15 ċm mill-bidu.

5.2.3. Neħħi mil-pjanċa u ħalliha tinxef f’temperatura tal-kamra.

5.3. Sejbien

5.3.1. Osserva l-pjanċa taħt dawl UV fi 254 nm, u mmarka il-pożizzjoni tat-tikek.

5.3.2. Sprejja l-pjanċa bi:

- reaġent tan-nitrat tal-fidda (3.16.1), jew

- reagent 12-aċidu Molybdophosphoric (3.16.2); saħħan għal madwar 120 °C, jew

- soluzzjoni ta’ potassium ferricyanide u soluzzjoni ta’ ferric chloride (3.16.3).

6. Identifikazzjoni

Ikkalkula l-valur tal-Rf għal kull tikka.

Qabbel it-tikek miksuba għas-soluzzjoni kampjun ma dawk tas-soluzzjonijiet ta’ referenza fir-rigward ta’: il-valuri Rf tagħhom; il-kulur tat-tikek taħt radjazjoni UV; u l-kuluri tat-tikek wara viżwalazzjoni ma reaġenti tal-isprej.

Wettaq il-HPLC deskritta f’din is-sezzjoni li ġejja (B), u qabbel iż-żminijiet tar-retenzjoni miksuba għal quċċata (qċaċet) tal-kampjun ma dawk tas-soluzzjonijiet ta’ referenza.

Ikkombina r-riżultati minn TLC u HPLC biex tidentifika il-preżenza ta’ hydroquinone u/jew ta’ l-eteri tiegħu.

7. Rimarki

Bil-kondizzjonijiet deskritti, il-valuri Rf li ġejjin kienu osservati:

hydroquinone: | 0,32 |

hydroquinonemonomethylether: | 0,53 |

hydroquinonemonoethylether: | 0,55 |

hydroquinonemonobenzylether: | 0,58 |

B. DETERMINAZZJONI

1. Skop u qasam ta’ l-applikazzjoni

Dan il-metodu jispeċifika proċedura għad-determinazzjoni ta’ hydroquinone, hydroquinonemonomethylether, hydroquinonemonoethylether u hydroquinonemonobenzylether fi prodotti kosmetċi għal biex tkun iċċarata l-ġilda.

2. Prinċipju

Il-kampjun huwa estratt b’taħlita ta’ ilma/metanol permezz ta’ sħana bil-mod biex jinħall xi materjal lipidu. Determinazzjoni ta’ l-analiti fis-soluzzjoni riżultanti hija mwettqa bi kromatografija likwida f’ fażi maqluba kkombinata ma’ detection UV.

3. Reaġenti

3.1. Ir-riaġenti kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika. L-ilma użat għandu jkun ilma iddistillat, jew ilma ta’ mill-anqas purità ekwivalenti

3.2. Metanol

3.3. Hydroquinone

3.4. Hydroquinonemonomethylether

3.5. Hydroquinonemonethylether

3.6. Hydroquinonemonobenzylether (monobenzone)

3.7. Tetrahydrofuran, grad HPLC

3.8. Taħlita ilma/metanol 1:1 (v/v). Ħallat volum wieħed ta’ l-ilma ma volum wieħed ta’ metanol (3.2)

3.9. Fażi mobbli: Taħlita ilma/tetrahydrofuran 45:55 (v/v). Ħallat 45 volumi ta’ tetrahydrofuran (3.7) u 55 volumi ta’ l-ilma

3.10. Soluzzjoni ta’ Referenza

Iżen 0,06 g ta’ hydroquinone (3.3), 0,08 g hydroquinonemonomethylether (3.4), 0,10 g hydroquinonemonoethylether (3.5) u 0,12 g hydroquinonemonobenzylether (3.6) f’garafina volumetrika ta’ 50-ml. Ħoll u wassal il-volum b’metanol (3.2). Ipprepara s-soluzzjoni ta’ referenza billi tħoll 10,00 ml ta’ din is-soluzzjoni ma’ 50,00 ml b’taħlita ta’ ilma/metanol (3.8). Dawn is-soluzzjonijiet għandhom ikunu ippreparati friski.

4. Apparat

Tagħmir normali tal-laboratorju; u:

4.1. Banju ta’ l-ilma, li jista’ jżomm temperatura ta’ 60 °C

4.2. Kromatografu likwidu ta’ prestazzjoni għolja b’detector ta’ wavelength UV varjabli u sistema ta’ injezzjoni ta’ 10-μl.

4.3. Kolonna analitika:

Kolonna kromatografika ta’ l-azzar inossidabbli, tul 250 mm, dijametru intern 4,6 mm, ippakjata bi Zorbax phenyl (phenethylsilane kemikament marbut fuq Zorbax SIL, end-capped bi trimethylchlorosilane), daqs tal-partikoli 6 μm, jew ekwivalenti. Tgħamilx użu minn kolonna ta’ ħarsien, ħlief ħarsien phenyl, jew ekwivalenti

4.4. Karta tal-filtru, diametru 90 mm, Schleicher & Schull, Weissband No 5892, jew ekwivalenti

5. Proċedura

5.1. Tħejjija tal-kampjun

Iżen lejn tliet postijiet deċimali 1 ± 0,1 g (gramma) tal-kampjun f’garafina volumetrika 50-ml. Xerred il-kampjun fi 25 ml ta’ taħlita ta’ ilma/metanol (3.8). Sodd il-garafina u ħarrek bil-qawwi sa kemm suspensjoni omoġenizzata tkun miksuba. Ħarrek mill-anqas għal minuta. Qiegħed il-garafina f’banju ta’ l-ilma (4.1) miżmum fi 60 °C biex isaħħaħ l-estrazjoni. Kessaħ il-garafina, wassal il-volum b’ilma/metanol (3.8). Saffi l-estratt bl-użu ta’ karta filtru (4.4). Wettaq id-determinazzjoni HPLC fi żmien 24 siegħa tat-tħejjija ta’ l-estratt.

5.2. Kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja.

5.2.1. Aġġustja r-rata ta’ ċirkolazzjoni tal-fażi mobbli (3.9) lejn 1,0 ml/min u qiegħed id-detector tal-wavelength għal 295 nm.

5.2.2. Injetta 10 μl tas-soluzzjoni kampjun miksuba kif deskritta fit-Taqsima 5.1, u żomm nota tal-kromatogramma. Kejjel l-oqasma tal-quċċata. Wettaq kalibrazzjoni kif deskritta taħt 5.2.3. Qabbel il-kromatogrammi miksuba għall-kampjun u s-soluzzjonijiet standard. Uża l-oqsma tal-quċċata u l-fatturi ta’ respons (RF) ikkolkolati skond 5.2.3. biex tkun ikkalkolata l-konċentrazzjoni ta’ l-analiti fis-soluzzjoni kampjun.

5.2.3. Kalibrazzjoni

Injetta 10 μl tas-soluzzjoni ta’ referenza (3.10) u żomm nota tal-kromatogramma. Injetta diversi drabi sa kemm qasam ta’ quċċati konsistenti jkun akwistat.

Iddetermina l-fattur tar-reazzjoni RFi:

,

li fiha:

pi = qasam tal-quċċata għal hydroquinone, hydroquinonemonomethylether, hydroquinonemonoethylether jew hydroquinonemonobenzylether, u

ci = konċentrazzjoni (g/50 ml) fis-soluzzjoni ta’ referenza (3.10) ta’ hydroquinone, hydroquinonemonomethylether, hydroquinonemonoethylether jew hydroquinonemonobenzylether.

Aċċerta jekk il-kromatogammi miksuba għal soluzzjoni standard u s-soluzzjoni kampjun jilħqux dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

- il-quċċata tas-separazzjoni ta’ l-għar par separat għandha tkun mill-anqas 0,90. (Għal definizzjoni tal-quċċata tas-separazzjoni, ara l-Figura 1).

+++++ TIFF +++++

Figura 1:Quċċata tas-separazzjoni

Jekk is-separazzjoni meħtieġa ma tkunx miksuba, jew kolonna aktar effiċjenti għandha tkun użata, jew il-kompożizzjoni tal-fażi mobbli għandha tkun aġġustata sa kemm il-ħtieġa tkun intlaħqet.

- Il-fattur ta’ l-assimetrija AS, għal l-qċaċet kollha miksuba għandha tkun fil-medda ta’ bejn 0,9 sa 1,5. (Għal definizzjoni tal-fattur ta’ l-assimetrija tal-quċċata, ara l-Figura 2). Biex tinżamm nota tal-kromatogramma għat-determinar tal-fattur ta’ l-assimetrija, veloċità ta’ mill-anqas 2 ċm/min hija rakkomandata.

+++++ TIFF +++++

Figura 2:Fattur ta’ quċċata ta’ l-assimetrija

- bażika stabbli għandha tkun miksuba.

6. Kalkolu

Uża l-qasam tal-quċċata analita biex tikkalkula il-konċentrazzjoni(jiet) ta’ l-analita(i) fil-kampjun. Ikkalkola l-konċentrazzjoni ta’ l-analita fil-kampjun bħala persentaġġ skond il-massa, (xi) billi tuża l-formula:

xi % m/m = bi · 100RFi · a

li fiha:

a = massa tal-kampjun fi grammi, u

bi = qasam tal-quċċata ta’ l-analita i fil-kampjun.

7. Ripetibbilità [3]

7.1. Għal kontenut ta’ hydroquinone ta’ 2,0 %, id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi valur assolut ta’ 0,13 %.

7.2. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonomethylether ta’ 1,0 %, id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi valur assolut ta’ 0,1 %.

7.3. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonoethylether ta’ 1,0 %, id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi valur assolut ta’ 0,11 %.

7.4. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonobenzylether ta’ 1,0 %, id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi valur assolut ta’ 0,11 %.

8. Riproduċibbilità [4]

8.1. Għal kontenut ta’ hydroquinone ta’ 2,0 % id-differenzi bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun f’kondizzjonijiet differenti (laboratorji differenti, operaturi differenti, tgħamir differenti u/jew żmien differenti) m’għandux jeċċedi l-valur assolut ta’ 0,37 %.

8.2. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonomethylether ta’ 1,0 % id-differenzi bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun f’kondizzjonijiet differenti (laboratorji differenti, operaturi differenti, tgħamir differenti u/jew żmien differenti) m’għandux jeċċedi l-valur assolut ta’ 0,21 %.

8.3. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonomethylether ta’ 1,0 % id-differenzi bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun f’kondizzjonijiet differenti (laboratorji differenti, operaturi differenti, tgħamir differenti u/jew żmien differenti) m’għandux jeċċedi l-valur assolut ta’ 0,19 %.

8.4. Għal kontenut ta’ hydroquinonemonobenzylether ta’ 1,0 % id-differenzi bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun f’kondizzjonijiet differenti (laboratorji differenti, operaturi differenti, tgħamir differenti u/jew żmien differenti) m’għandux jeċċedi l-valur assolut ta’ 0,11 %.

9. Rimarki

9.1. Meta l-kontenut hydroquinone li jkun konsiderevolment għola minn 2 % jinstab u stima b’akkuratezza tal-kontenut tkun meħtieġa, il-kampjun estratt (5.1) għandhu jkun dilwit għal konċentrazzjoni simili li kienet tkun miksuba minn kampjun li jkun fiħ 2 % hydroquinone, u d-determinazzjoni tkun irrepetuta.

(F’uħud mill-istrumenti l-assorbazzjoni tista tkun ’il barra mill-medda lineari tad-detector għal konċentrazzjoni għolja ta’ hydroquinone.)

9.2. Interferenzi

Il-metodu deskritt hawn fuq jippermetti d-determinazzjoni ta’ hydroquinone u l-eteri tiegħu fi prova waħda isokratika. L-użu tal-kolonna phenyl tassigura retenzjoni suffiċjenti għal hydroquinone, li ma tistax tkun iggarantita meta l-kolonna C18 tkun użata mal-fażi mobbli deskritta.

B’dana kollu, dan il-metodu huwa suġġett għall-interferenzi minn numru ta’ parabeni. F’każi bħal dawn id-determinazzjoni għandha tkun irrepetuta billi tintuża sistema ta’ fażijiet mobbli u stazzjonarja differenti. Metodi xierqa jistgħu jinstabu fir-referenzi 1 u 2, jiġifieri:

Kolonna: Zorbax ODS, 4,6 mm × 25 mm, jew ekwivalenti:

temperatura: 36 °C

ċirkolazzjoni: 1,5 ml/min

fażi mobbli:

għal hydroquinone: metanol/ilma 5/95 (V/V)

għal hydroquinonemonomethylether: metanol/ilma 30/70 (V/V)

għal hydroquinonemonobenzylether: metanol/ilma 80/20 (V/V) [5]

Kolonna: Spherisorb S5-ODS, jew ekwivalenti:

fażi mobbli: ilma/metanol 90/10 (V/V)

ċirkolazzjoni: 1,5 ml/min.

Dawn il-kondizzjonijiet huma addatti għal hydroquinone [6].

[1] ISO 5725.

[2] ISO 5725.

[3] ISO 5725.

[4] ISO 5725.

[5] M. Herpol-Borremans u M.-O. Masse, Identification et dosage de l’hydroquinone et de ses éthers méthylique et benzylique dans les produits cosmétiques pour blanchir la peau. Int. j. Cosmet. Sci. 8-203-214 (1986).

[6] J. Firth u I. Rix, Determination of hydroquinone in skin toning creams, Analyst (1986), 111, p. 129.

--------------------------------------------------

Top