EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0006

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/6/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 1995 li temenda l-Annessi I u II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

ĠU L 67, 25.3.1995, p. 30–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/6/oj

31995L0006



Official Journal L 067 , 25/03/1995 P. 0030 - 0032


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/6/KE

ta’ l-20 ta’ Marzu 1995

li temenda l-Annessi I u II mad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/2/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Billi l-ibridi tas-segala huma inklużi fl-iskop tad-Direttiva 66/402/KEE, iżda d-Direttiva ma tistabbilixxix il-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-uċuħ tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ l-ibridi tas-segala;

Billi sabiex jiġu stabbiliti dawn il-kondizzjonijiet kienet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/374/KEE tat-2 ta’ Ġunju 1989 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE rigward il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali, sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-uċuħ tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ l-ibridi tassegala [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 92/520/KEE [4];

Billi dan l-esperiment temm fit-30 ta Ġunju 1994;

Billi fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dan l-esperiment jistgħu issa jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfatti mill-uċuħ tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ l-ibridi tas-segala u l-Annessi I u II ta Direttiva 66/402/KEE għandhom jiġu emendati kif jixraq;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi I u II mad-Direttiva 66/402/KEE huma emendati kif iddikjarat fl-Anness ma’ hawn.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta Ġunju 1995. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fil-waqt talpubblikazzoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66

[2] ĠU L 54, tal-5.3.1993, p. 20

[3] ĠU L 166, tas-16.6.1989, p. 66

[4] ĠU L 325, tal-11.11.1992, p. 25.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-punti 2 u 3, il-kliem "għajr l-ibridi" jiġi miżjud wara l-kliem Secale cereale.

(b) Jiddaħħal il-punt 3a li ġej:

"3a. Ibridi tas-segala.

(a) Il-wiċċ tar-raba’ għandu jħares l-istandards li ġejjin rigward id-distanzi mis-sorsi tal-pollen fil-qrib li jistgħu jirriżultaw f’pollenazzjoni barranija mhux mixtieqa.

Il-wiċċ tar-raba | Id-Distanza minima |

1 | 2 |

— għall-produzzjoni tas-żerriegħa bażika

— fejn hija wżata l-isterilizzazzjoni maskili | 1000 m |

— fejn mhix użata l-isterilizzazzjoni maskili | 600 m |

— għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata | 500 m |

(b) Il-wiċċ tar-raba’ għandu jkollu identità u safa biżżejjed rigward il-karatteristiċi tal-komponenti, inkluża l-isterilità maskili.

B’mod partikolari, il-wiċċ għandu jħares l-istandards jew il-kondizzjonijiet l-oħra li ġejjin:

(i) in-numru tal-pjanti jew l-speċje tal-wiċċ li jingħarfu bħala ovvjament li mhumiex veri għall-komponent ma għandhomx jaqbżu:

- il-wieħed għal kull 30 m² għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,

- il-wieħed għal kull 10 m² għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata, dan l-istandard għandu japplika għall-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post għall-komponenti femminili biss,

(ii) fil-każ taż-żerriegħa bażika, fejn tiġi użata l-isterilità maskili, il-livell ta’ l-isterilità tal-komponent maskili sterili għandu jkun mill-inqas 98 %.

(ċ) Meta approprjat, iż-żerriegħa ċċertifikata għandha tiġi prodotta f’kultivazzjoni mħallta tal-komponent femminili li huwa sterili għall-maskil ma’ komponent maskil li jregga’ lura l-fertilità maskili."

2. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-punt 1, il-kliem "il-varjetajiet ibridi tas-Sorghum spp. u taż-Zea Mays" għandu jinbidel bil-kliem "il-varjetajiet ibridi tas-Secale Cereale, is-Sorghum spp. u ż-Zea Mays".

(b) Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 1:

"Ċ. L-ibridi tas-segala.

Iż-żerriegħa ma għandhiex tiġi ċċertifikata għajr jekk ikunu tqiesu r-riżultati ta’ test uffiċjali ta’ wara l-kontroll, fuq kampjuni taż-żerriegħa bażika meħuda uffiċjalment u mwettqa matul l-istaġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata sabiex jiġi żgurat jekk iż-żerriegħa bażika tkunx laħqet il-ħtiġiet taż-żerriegħa bażika stabbiliti f’din id-Deċiżjoni dwar l-identità u s-safa rigward il-karatteristiċi tal-komponenti, inkluża l-isterilità maskili."

(ċ) Il-punt 3 jiġi mibdul b’li ġej:

"3. L-organiżmi ta’ ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fl-iktar livell baxx possibbli.

B’mod partikolari, iż-żerriegħa għandha tikkonforma ma’ l-istandards li ġejjin rigward il-Claviceps purpurea (in-numru massimu ta’ sclerotia jew ta’ frak ta’ sclerotia f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 3 ta’ l-Anness III).

Il-Kategorija | Il-Claviceps purpurea |

1 | 2 |

Iċ-Ċereali l-oħra għajr is-segala ibrida: | |

— iż-żerriegħa bażika | 1 |

— iż-żerriegħa ċċertifikata | 3 |

L-ibridi tas-segala: | |

— iż-żerriegħa bażika | 1 |

— iż-żerriegħa ċċertifikata | 4 [1] |

--------------------------------------------------

Top