This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0035
95/35/EC: Council Decision of 19 December 1994 on the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and the Kingdom of Morocco on the regime for imports into the European Community of tomatoes and courgettes originating in and imported from Morocco
Id-Deċiżjoni tal-kunsill tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-qafas tal-impostazzjoni għall-importazzjonijiet fil-Komunità tat-tadam u qargħa bagħli żgħir li joriġinaw fi, u jiġu importati mill-, Marokk
Id-Deċiżjoni tal-kunsill tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-qafas tal-impostazzjoni għall-importazzjonijiet fil-Komunità tat-tadam u qargħa bagħli żgħir li joriġinaw fi, u jiġu importati mill-, Marokk
ĠU L 48, 3.3.1995, p. 21–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/35(1)/oj
Official Journal L 048 , 03/03/1995 P. 0021 - 0021
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-qafas tal-impostazzjoni għall-importazzjonijiet fil-Komunità tat-tadam u qargħa bagħli żgħir li joriġinaw fi, u jiġu importati mill-, Marokk (95/35/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Filwaqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 228(2) tiegħu, Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi fil-Kuntest tal-Urugwaj Round dwar negozjati multilaterali dwar il-kummerċ il-qafas ta' l-impostazzjoni għat-tadam u qargħa bagħli żgħir inbidel; Billi Artikolu 25 tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni bejn bejn il- Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk jipprovdi li, meta jinbidlu r-regoli eżistenti, il- Komunità tista’ temenda l-qafas tal-impostazzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar il-prodotti in kwistjoni; Billi l-Komunità qablet mar-Renju tal-Marokk li l-imsemmi qafas jiġi aġġustat abbażi ta' Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri; Billi issa dan il-Ftehim għandu jiġi approvat; Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il- Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-qafas għall-importazzjoni fil- Komunità Ewropea tat-tadam u l-qargħa bagħli żgħir li joriġinaw fi u jiġu importati mill-Marokk huwa b'dan approvat għall- Komunità Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’ dan awtorizzat li jinnomina l-persuna awtorizzata li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill- Komunità. Artikolu 3 Il-miżuri dettaljati sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim, inklużi l-miżuri ta' sorveljanza possibbli, għandhom jiġu addottati, kif xieraq, skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1] jew skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1981/94 tal-25 ta' Lulju 1994 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tal-miżati Komunitarji għal xi prodotti li joriġinaw fl-Alġerija, Ċipru, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, Malta, il-Marokk it-Territorji Okkupati, it-Tuneżija u t-Turkija, u li jipprovdi għar-regoli dettaljati li jestendu u jaddattaw dawn il- kwoti tal-miżati [2]. Fejn il-implimentazzjoni tal-Ftehim jitlob kooperazzjoni mill-qrib mar-Renju tal-Marokk, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi kollha meħtieġa biex taċċerta din il-kooperazzjoni. Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Diċembru 1994. Għall-Kunsill Il-President K. Kinkel [1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2753/94 (ĠU L 292, tat-12.11.1994, p. 3). [2] ĠU L 199, tat-2.8.1994, p. 1. --------------------------------------------------